This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007X1229(01)
Agreement of 14 December 2007 between the European Central Bank and the national central banks of the Member States outside the euro area amending the Agreement of 16 March 2006 between the European Central Bank and the national central banks of the Member States outside the euro area laying down the operating procedures for an exchange rate mechanism in stage three of economic and monetary union
Ftehim ta' l- 14 ta' Diċembru 2007 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro li jemenda l-Ftehim tas- 16 ta' Marzu 2006 , bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro, li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja
Ftehim ta' l- 14 ta' Diċembru 2007 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro li jemenda l-Ftehim tas- 16 ta' Marzu 2006 , bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro, li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja
ĠU C 319, 29.12.2007, p. 7–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32006X0325(01) | 01/01/2008 | |||
Modifies | 32006X0325(01) | Sostituzzjoni | anness 2 | 01/01/2008 |
29.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 319/7 |
FTEHIM
ta' l-14 ta' Diċembru 2007
bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta' Marzu 2006, bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro, li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja
(2007/C 319/04)
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (IL-BĊE) U L-BANEK ĊENTRALI NAZZJONALI TA' L-ISTATI MEMBRI LI HUMA BARRA Ż-ŻONA TA' L-EURO (MINN ISSA 'L QUDDIEM “il-BĊNi BARRA Ż-ŻONA TA' L-EURO” U “L-ISTATI MEMBRI BARRA Ż-ŻONA TA' L-EURO” RISPETTIVAMENT),
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew qabel fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 1997 (minn issa 'l quddiem “ir-Riżoluzzjoni”) biex iwaqqaf mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (minn issa 'l quddiem “l-ERM II”) meta t-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja beda fl-1 ta' Jannar 1999. |
(2) |
Skond it-termini tar-Riżoluzzjoni, l-ERM II huwa mfassal biex jgħin jiżgura li l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro imma li qed jipparteċipaw fl-ERM II, jidderieġu l-politika tagħhom għall-istabbilta, jinkoraġġixi l-konverġenza u b'hekk jgħinhom fl-isforzi tagħhom biex jadottaw l-euro. |
(3) |
Ċipru, bħala Stat Membru b'deroga, ipparteċipa fl-ERM II sa mit-2 ta' Mejju 2005; filwaqt li s-Central Bank of Cyprus huwa parti mill-Ftehim tas-16 ta' Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja (1), emendat bil-Ftehim tal-21 ta' Diċembru 2006 (2) (minn issa 'l quddiem imsejħin flimkien bħala “l-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II”). |
(4) |
Malta, bħala Stat Membru b'deroga, ipparteċipat fl-ERM II sa mit-2 ta' Mejju 2005; filwaqt li l-Bank Ċentrali ta' Malta huwa parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II. |
(5) |
Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta' l-10 ta' Lulju 2007, skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-munita waħda minn Ċipru fl-1 ta' Jannar, 2008 (3), id-deroga favur Ċipru msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni 2003 hija rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2008; billi l-euro ser ikun il-munita ta' Ċipru mill-1 ta' Jannar 2008; billi s-Central Bank of Cyprus m'għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b'effett minn dik id-data. |
(6) |
Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta' l-10 ta' Lulju 2007, skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-munita waħda minn Malta fl-1 ta' Jannar, 2008 (4), id-deroga favur Malta msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni 2003 hija rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2008; billi l-euro ser ikun il-munita ta' Malta mill-1 ta' Jannar 2008; billi l-Bank Ċentrali ta' Malta m'għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b'effett minn dik id-data. |
(7) |
Hemm bżonn li jiġi emendat il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II biex tiġi kkunsidrata r-revoka tad-derogi favur Ċipru u Malta, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Emenda tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II minħabba r-revoka tad-deroga ta' Stat Membru
1.1 |
Is-Central Bank of Cyprus m'għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b'effett mill-1 ta' Jannar 2008. |
1.2 |
Il-Bank Ċentrali ta' Malta m'għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b'effett mill-1 ta' Jannar 2008. |
Artikolu 2
Sostituzzjoni ta' l-Anness II tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II
L-Anness II mal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ma' dan il-Ftehim.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet finali
3.1 |
Dan il-Ftehim jemenda, b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II. |
3.2 |
Dan il-Ftehim għandu jitħejja bl-Ingliż u debitament iffirmat mill-partijiet. Il-BĊE, li għandu jżomm il-Ftehim oriġinali, għandu jibgħat kopja ċċertifikata ta' l-oriġinal lil kull BĊN taż-żona ta' l-euro kif ukoll lil ta' barra ż-żona ta' l-euro. Dan il-Ftehim għandu jiġi ppubblikat fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, fl-14 ta' Diċembru 2007.
Għall-
Bank Ċentrali Ewropew
Ghall-
Българска народна банка/Bank Nazzjonali Bulgaru
Għaċ-
Česká národní banka
Għad-
Danmarks Nationalbank
Għall-
Eesti Pank
Għas-
Central Bank of Cyprus
Għal-
Latvijas Banka
Għal-
Lietuvos bankas
Għall-
Magyar Nemzeti Bank
Għall-
Bank Ċentrali ta' Malta
Għan-
Narodowy Bank Polski
Għall-
Banca Națională a României
Għan-
Národná banka Slovenska
Għall-
iSveriges Riksbank
Għall-
Bank of England
(1) ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.
(3) ĠU L 186, 18.7.2006, p. 29.
(4) ĠU L 186, 18.7.2006, p. 32.
ANNESS
“ANNESS II
LIMITI MASSIMI APPLIKABBLI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-FAĊILITÀ TA' FINANZJAMENT GĦAL ŻMIEN QASIR ĦAFNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8, 10 U 11 TAL-FTEHIM TAL-BANK ĊENTRALI
b'effett mill-1 ta' Jannar 2008
(miljuni f'EUR) |
|
Banek Ċentrali partijiet ta' dan il-Ftehim |
Limiti massimi (1) |
Българска народна банка/il-Bank Nazzjonali Bulgaru |
510 |
Česká národní banka |
660 |
Danmarks Nationalbank |
700 |
Eesti Pank |
300 |
Latvijas Banka |
330 |
Lietuvos bankas |
380 |
Magyar Nemzeti Bank |
640 |
Narodowy Bank Polski |
1 700 |
Banca Naţională a României |
1 000 |
Národná banka Slovenska |
450 |
Sveriges Riksbank |
940 |
Bank of England |
4 390 |
Bank Ċentrali Ewropew |
xejn |
BĊNi taż-żona ta' l-euro |
Limiti massimi |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
xejn |
Deutsche Bundesbank |
xejn |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
xejn |
Bank of Greece |
xejn |
Banco de España |
xejn |
Banque de France |
xejn |
Banca d'Italia |
xejn |
Central Bank of Cyprus |
xejn |
Banque centrale du Luxembourg |
xejn |
Bank Ċentrali ta' Malta |
xejn |
De Nederlandsche Bank |
xejn |
Oesterreichische Nationalbank |
xejn |
Banco de Portugal |
xejn |
Banka Slovenije |
xejn |
Suomen Pankki |
xejn” |
(1) Għall-banek ċentrali li ma jipparteċipawx fl-ERM II l-ammonti indikati huma biss indikattivi.