This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1391
Commission Regulation (EC) No 1391/2007 of 27 November 2007 laying down special measures concerning the application of Regulation (EC) No 1267/2007 in the pigmeat sector
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1391/2007 tas- 27 ta’ Novembru 2007 li jistipula miżuri partikolari rigward l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1267/2007 fis-settur tal-laħam tal-majjal
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1391/2007 tas- 27 ta’ Novembru 2007 li jistipula miżuri partikolari rigward l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1267/2007 fis-settur tal-laħam tal-majjal
ĠU L 310, 28.11.2007, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Suspension | 32007R1267 | 28/11/2007 | 04/12/2007 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32007R1391R(01) | (FI) |
28.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 310/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1391/2007
tas-27 ta’ Novembru 2007
li jistipula miżuri partikolari rigward l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1267/2007 fis-settur tal-laħam tal-majjal
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3444/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tal-majjal, (1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 851/2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
L-analiżi tas-sitwazzjoni wriet li hemm riskju li l-partijiet interessati jagħmlu użu eċċessiv mill-iskema ta' għajnuna għall-ħżin privat introdotta bir-Regolament (KE) Nru 1267/2007 (2); għaldaqstant jeħtieġ li l-applikazzjoni tar-Regolament imsemmi tiġi sospiża, u li ma jintlaqgħux l-applikazzjonijiet kurrenti,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1267/2007 hija sospiża mit-28 ta’ Novembru 2007 sa l-4 ta’ Diċembru 2007.
2. L-applikazzjonijiet li tressqu fis-27 ta’ Novembru 2007, li d-deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni tagħhom kellha tittieħed matul dan il-perjodu, mhumiex milqugħa.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Novembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 333, 30.11.1990, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
(2) ĠU L 283, 27.10.2007, p. 53.