This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1231
Commission Regulation (EC) No 1231/2007 of 19 October 2007 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1231/2007 tad- 19 ta’ Ottubru 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1231/2007 tad- 19 ta’ Ottubru 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 279, 23.10.2007, p. 3–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
23.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 279/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1231/2007
tad-19 ta’ Ottubru 2007
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artiklu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma’ fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu wkoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha, jew li żżid magħha xi subdiviżjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-ħsieb li tkun applikata tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-merkanzija. |
(3) |
Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna nru 2, minħabba fir-raġunijiet imniżżla fil-kolonna nru 3 ta’ dik l-iskeda. |
(4) |
Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista’, għal perijodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-dwana tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri li huma pprovduti f’dan il-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-dwana, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi NM indikat fil-kolonna nru 2 ta’ dik l-iskeda.
Artikolu 2
Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perijodu ta’ tliet xhur skond Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħas mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi-NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||||
|
8516 79 70 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 2(a), 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 għal Taqsima XVI u l-kliem tal-kodiċi NM 8516 , 8516 79 u 8516 79 70 . L-apparat mekkaniku u t-tagħmir elettroniku jagħtu n-natura essenzjali lill-prodott kollu. Għalhekk, klassifikazzjoni f’titlu 4421 bħal oġġetti oħra ta’ l-injam hija eskluża. Il-prodott ma jipprovdix trattament mediku u, għalhekk, klassifkazzjoni f’titlu 9018 bħala strument jew tagħmir mediku hija eskluża. Klassifikazzjoni f’titlu 9406 hija eskluża billi l-prodott mhuwiex bini prefabbrikat “indipendenti”, komplut jew inkomplut. Minħabba li l-ħiter ta’ l-infra-aħmar taċ-ċeramika fil-bogħod li jwettaq il-funzjoni prinċipali tal-prodott, huwa tagħmir elettrotermiku li għandu funzjoni speċifikata x’imkien ieħor f’Kapitlu 85 (titlu 8516 ), klassifikazzjoni f’titlu 8543 hija eskluża. Peress li l-ħiter ta’ l-infra-aħmar taċ-ċeramika fil-bogħod huwa prinċipalment biex isaħħan il-ġisem u mhux biss biex isaħħan l-ispazji, il-prodott huwa eskluż minn subtitlu 8516 29 bħala apparat elettriku biex isaħħan l-ispazji. Għalhekk għandu jkun ikklassifikat f’subtitlu 8516 79 . |
||||||||||||||||||||
|
8521 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 5(E) ta’ Kapitlu 84 u l-kliem tal-Kodiċi NM 8521 u 8521 90 00 . Minħabba li l-apparat għandu funzjoni speċifika, l-irrekordjar tal-vidjow permezz ta’ kamera, il-klassifikazzjoni bħala unità ta’ ħażna f’subtitlu 8471 70 hija eskluża (ara Nota 5(E) għall-Kapitlu 84). Peress li l-apparat huwa speċifikat f’titlu 8521 (bħala apparat li jirrekordja vidjow), klassifikazzjoni bħala apparat li jittraskrivi f’titlu 8471 (subtitlu 8471 90 ) hija eskluża. Peress li l-apparat għandu funzjoni speċifikata x’imkien ieħor f’Kapitlu 85 (titlu 8521 ), klassifikazzjoni f’titlu 8543 hija eskluża. |
||||||||||||||||||||
|
8525 80 30 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 għal Sezzjoni XVI u l-kliem tal-kodiċi NM 8525 , 8525 80 u 8525 80 30 . Il-kamera ma tkunx ikklassifikata f’subtitlu 8525 80 11 jew 8525 80 19 bħala kamera tat-televiżjoni għax hija kapaċi tirrekordja immaġni fissi u vidjow. Il-prodott jista’ jiġbed u jirrekordja immaġni fissi ta’ kwalità għolja. Madankollu, il-prodott jista’ jiġbed u jirrekordja biss vidjow ta’ kwalità anqas minn 800 × 600 pixels u m’għandux funzjoni ta’ żum matul l-irrekordjar tal-vidjow (Ara in-Noti ta’ Spjega NM għal subtitlu 8525 80 30 ). Fit-tifsira ta’ Nota 3 għal Taqsima XVI, il-funzjoni prinċipali tal-kamera hija l-ġbid u l-irrekordjar ta’ immaġni fissi u, għalhekk, il-prodott għandu jkun ikklassifikat bħala kamera diġitali ta’ subtitlu 8525 80 30 . |
||||||||||||||||||||
|
8525 80 30 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 għal Sezzjoni XVI u l-kliem tal-kodiċi NM 8525 , 8525 80 u 8525 80 30 . Il-kamera ma tkunx ikklassifikata f’subtitli 8525 80 11 jew 8525 80 19 bħala kamera għat-televiżjoni, għax hija kapaċi tirrekordja immaġni fissi u vidjow. Il-prodott jista’ jiġbed u jirrekordja immaġni fissi ta’ kwalità għolja. Għalkemm il-prodott għandu d-disinn ta’ vidjowkamera li tirrekordja, għandu funzjoni ta’ żum meta jkun qiegħed jirrekordja vidjow u huwa kapaċi jirrekordja sa 42 minuta ta’ vidjow b’riżoluzzjoni ta’ 640 × 480 pixels, l-irrekordjar tal-vidjow jibqa’ funzjoni sekondarja għax il-prodott jista’ jiġbed u jirrekordja biss vidjow ta’ kwalità ta’ anqas minn 800 × 600 pixels. (Ara n-Noti ta’ Spjega NM għal subtitlu 8525 80 30 ). Fit-tifsira ta’ Nota 3 għal Taqsima XVI, il-funzjoni prinċipali tal-kamera hija l-ġbid u l-irrekordjar ta’ immaġni fissi u, għalhekk, il-prodott għandu jkun ikklassifikat bħala kamera diġitali ta’ subtitlu 8525 80 30 . |
||||||||||||||||||||
|
8525 80 91 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 għal Sezzjoni XVI u l-kliem tal-kodiċi NM 8525 , 8525 80 and 8525 80 91 . Il-kamera ma tistax tkun ikklassifikata f’subtitlu 8525 80 11 jew 8525 80 19 bħala kamera għat-televiżjoni għax hija kapaċi tirrekordja immaġni fissi u vidjow. Fit-tifsira ta’ Nota 3 għal Taqsima XVI, il-funzjoni prinċipali tal-kamera hija l-ġbid u l-irrekordjar ta’ vidjow, għax jista’ jirrekordja vidjow ta’ kwalità ogħla minn 800 × 600 pixels għal madwar 42 minuta b’riżoluzzjoni ta’ 1 280 × 720 pixels bi 30 frejm kull sekonda. Aktar minn hekk, il-kamera għandha funzjoni ta’ żum ottiku li jista’ jintuża waqt l-irrekordjar ta’ vidjow. (Ara n-Noti ta’ Spjega NM għal subtitli 8525 80 91 u 8525 80 99 ). Il-prodott, li huwa kapaċi jirrekordja biss ħsejjes u immaġni meħuda minn kamera għat-televiżjoni, huwa kklassifikat bħala vidjowkamera li jirrekordja ta’ subtitlu 8525 80 91 . |
||||||||||||||||||||
|
8526 91 20 |
Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 8526 , 8526 91 u 8526 91 20 . It-tagħmir hu magħmul minn żewġ komponenti: magna li tipproċessa d-data awtomatikament ta’ titlu 8471 u riċevitur tal-GPS ta’ titlu 8526 . La l-ipproċessar tad-data u lanqas il-funzjonijiet riċevituri tal-GPS ma jistgħu jitqiesu bħala l-funzjoni prinċipali. Għalhekk bl-applikazzjoni tal-GIR 3(ċ), l-apparat għandu jkun ikklassifikat f’titlu 8526 . |
||||||||||||||||||||
|
8701 90 90 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 8701 , 8701 90 u 8701 90 90 . Il-vettura m’għandhiex tkun ikklassifikata f’titlu 8709 , għaliex la hija ddisnjata u lanqas maħsuba biex iġġorr l-oġġetti nfushom u mhix tajba għall-użu fuq pjattaformi fi stazzjonijiet ferrovjarji. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, fil-każ C 495/03 (1) ddeċidiet li din it-tip ta’ vettura għandha tkun ikklassifikata f’titlu 8701 . M’għandhiex tkun ikklassifikata bħala trakter tat-triq għas-semi-trejlers f’subtitlu 8701 20 , għaliex mhix iddisinjata biex tinsaq fuq toroq pubbliċi għall-ġarr tal-merkanzija f’distanzi sostanzjali. Għalhekk il-vettura għandha tkun ikklassifikata bħala trakter f’subtitlu 8701 90 90 |
(1) [2005] ECR I-8151.