Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1201

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1201/2007 tal- 15 ta’ Ottubru 2007 li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Coliflor de Calahorra (IĠP))

    ĠU L 271, 16.10.2007, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1201/oj

    16.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 271/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1201/2007

    tal-15 ta’ Ottubru 2007

    li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Coliflor de Calahorra (IĠP))

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) ta’ l-imsemmi Regolament, l-applikazzjoni mressqa minn Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Coliflor de Calahorra”, ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

    (2)

    Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ġiet innotifikata dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni. Billi din id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni ġiet sussegwentement irtirata, id-denominazzjoni għandha għaldaqstant tiġi rreġistrata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ottubru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    (2)  ĠU C 148, 24.6.2006, p. 21.


    ANNESS

    Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

    Klassi 1.6

    Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali tagħhom jew ipproċessati

    SPANJA

    Coliflor de Calahorra (IĠP)


    Top