Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0869

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 869/2007 tat- 23 ta’ Lulju 2007 dwar ir-rilaxx tal-garanziji marbuta mad-drittijiet ta’ l-importazzjoni fi ħdan ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċanga minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 192, 24.7.2007, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/869/oj

    24.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 192/19


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 869/2007

    tat-23 ta’ Lulju 2007

    dwar ir-rilaxx tal-garanziji marbuta mad-drittijiet ta’ l-importazzjoni fi ħdan ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċanga minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

    Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 41 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sal-31 ta’ Diċembru 2006, l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti annimali bovini ħajjin fi ħdan il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni fetħu mal-Bulgarija jew mar-Rumanija fuq bażi multiannwali mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2005 tat-28 ta’ Lulju 2005 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kwota tariffarja għal ċerti annimali bovini ħajjin li joriġinaw mill-Bulgarija, prevista fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/286/KE (1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1241/2005 tad-29 ta’ Lulju 2005 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kwota tariffarja għal ċerti annimali bovini ħajjin li joriġinaw mir-Rumanija, previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/18/KE (2), ġew soġġetti għall-allokazzjoni ta’ drittijiet ta’ importazzjoni mmexxija permezz tal-liċenzji ta’ importazzjoni. Mill-1 ta’ Jannar 2007, dawk il-liċenzji ta’ importazzjoni ma setgħux ikomplu jintużaw għal tali kummerċ.

    (2)

    Ċerti drittijiet ta’ importazzjoni li ngħataw f'Lulju 2006 u li normalment huma validi sat-30 ta’ Ġunju 2007, ma ntużawx jew intużaw biss parzjalment. In-nuqqas li jitwettqu l-obbligi li saru marbuta ma’ dawk id-drittijiet ta’ importazzjoni għandu jirriżulta fil-konfiska tal-garanzija ppreżentata. Ladarba tali obbligi ma jistgħux jitwettqu wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, jeħtieġ li jiġi adottat, b'effett mid-data ta’ adeżjoni ta’ dawk iż-żewġ pajjiżi, miżura li tipprovdi għar-rilaxx tal-garanziji marbuta mad-drittijiet ta’ importazzjoni fi ħdan dawk il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni.

    (3)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Fuq it-talba tal-partijiet interessati, il-garanziji marbuta mad-drittijiet ta’ importazzjoni ppreżentati fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2005 u ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1241/2005 għandhom jiġu rilaxxati, fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-applikant applika għal u kiseb id-drittijiet ta’ l-importazzjoni fl-ambitu tal-kwota:

    (i)

    imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1217/2005, jew

    (ii)

    imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1241/2005,

    (b)

    il-liċenzji jew iċ-ċertifikati ntużaw parzjalment biss jew ma ntużawx sa l-1 ta’ Jannar 2007.

    2.   Il-garanziji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rilaxxati proporzjonalment lid-drittijiet ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx sa l-1 ta’ Jannar 2007.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fit-totalità kollha tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 199, 29.7.2005, p. 33. Ir-Regolament imħassar mir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 26).

    (2)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 38. Ir-Regolament imħassar mir-Regolament (KE) Nru 1965/2006.


    Top