Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0141

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2007 ta' l- 14 ta’ Frar 2007 dwar ir-rekwiżit għall-approvazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal stabbilimenti kummerċjali ta' l-għalf li jimmanifatturaw jew li jqiegħdu fis-suq addittivi għall-għalf tal-kategorija coccidiostats u histomonostats Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 43, 15.2.2007, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 38–39 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 19/11/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/141/oj

29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

38


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 141/2007

ta' l-14 ta’ Frar 2007

dwar ir-rekwiżit għall-approvazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal stabbilimenti kummerċjali ta' l-għalf li jimmanifatturaw jew li jqiegħdu fis-suq addittivi għall-għalf tal-kategorija “coccidiostats u histomonostats”

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 183/2005 tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistipula r-rekwiżiti għall-iġjene ta' l-għalf (1), b’mod partikulari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 jipprevedi l-approvazzjoni ta’ ċerti stabbilimenti kummerċjali ta' l-għalf. L-għan prinċipali tas-sistema ta' approvazzjoni stabbilità bir-Regolament (KE) Nru 183/2005 hija li dawk l-istabbilimenti li jimmanifatturaw u/jew li jqiegħdu fis-suq prodotti meqjusa bħala sensittivi jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' iġjene rilevanti stipulati f'dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jipprevedi possibilità li jitwessa' l-ambitu tar-rekwiżit ta' l-approvazzjoni.

(2)

“Coccidiostats u histomonostats” huma waħda mill-kategoriji ta' additivi għall-għalf imsemmija fil-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar additivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali (2). Din il-kategorija ta’ additivi għall-għalf hija meqjusa bħala ugwalment sensittiva daqs il-kategoriji li għalihom ġie stipulat rekwiżit ta' approvazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 183/2005.

(3)

Għalhekk, stabbilimenti li jimmanifatturaw u/jew iqiegħdu fis-suq additivi għall-għalf li huma parti mill-kategorija “coccidiostats u histomonostats” għandhom ugwalment ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti ta' approvazzjoni.

(4)

Għandhom jiġu previsti mizuri tranżizzjonali dwar stabbilimenti li jimmanifatturaw u/jew li jqiegħdu fis-suq addittivi għall-għalf tal-kategorija “coccidiostats u histomonostats” li ma kinux jeħtieġu li jiġu approvati taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-istabbilimenti approvati taħt id-Direttiva 95/69/KE (3) huma koperti bil-Art. 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Operaturi kummerċjali ta’ l-għalf għandhom jiżguraw li stabbilimenti taħt il-kontroll tagħhom u koperti bir-Regolament (KE) Nru 183/2005 huma approvati mill-awtorità kompetenti, fejn it-tali stabbilimenti jimmanifatturaw u/jew iqiegħdu fis-suq additivi għall-għalf tal-kategorija “coccidiostats u histomonostats”. L-approvazzjoni tingħata skond ir-Regolament (KE) Nru 183/2005.

Artikolu 2

Stabbilimenti li jimmanifatturaw u/jew li jqiegħdu fis-suq additivi għall-għalf tal-kategorija “coccidiostats u histomonostats” u li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma kinux jeħtieġu li jiġu approvati għal din il-kategorija ta' additivi ta' l-għalf mil-leġislazzjoni nazzjonali, jistgħu jkomplu l-attivitajiet tagħhom sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-approvazzjoni, bil-kundizzjoni li jippreżentaw din l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti fil-qasam li fih jinsab l-istabbiliment tagħhom sa mill-inqas is-7 ta’ Ġunju 2007.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-7 ta’ April 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(3)  ĠU L 332, 30.12.1995, p. 15.


Top