Vælg de eksperimentelle funktioner, som du ønsker at prøve

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 32007R0092

92/2007/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2007 tat- 30 ta' Jannar 2007 li jiffissa kwantità komplementarja ta' zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġina fl-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u l-Indja għall-provvista lir-raffineriji għas-sena tas-suq 2006/2007

ĠU L 22, 31.1.2007, s. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 9.12.2008, s. 490–491 (MT)

Dokumentets juridiske status Ikke længere i kraft, Gyldighedsperiodens slutdato: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/92/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

490


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 92/2007

tat-30 ta' Jannar 2007

li jiffissa kwantità komplementarja ta' zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġina fl-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u l-Indja għall-provvista lir-raffineriji għas-sena tas-suq 2006/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistipula li matul is-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, u sabiex tkun żgurata provvista adegwata lir-raffineriji Komunitarji, id-dazji fuq l-importazzjoni fuq kwantità komplementarja ta' importazzjonijiet ta' zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġina fl-Istati msemmija fl-Anness VI għal dak ir-Regolament għandhom jiġu sospiżi.

(2)

Dik il-kwantità komplementarja għandha tiġi kkalkulata skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 sabiex jiġu importati u rraffinati prodotti taz-zokkor skont ċerti kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali (2), abbażi ta' previżjoni Komunitarja eżawrjenti ta' bilanċ ta' provvista għaz-zokkor mhux raffinat. Għas-sena tas-suq 2006/2007, il-bilanċ indika l-ħtieġa li tkun importata kwantità komplementarja ta’ zokkor mhux raffinat sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet ta’ provvista tar-raffineriji Komunitarji.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2006 tat-18 ta' Awwissu 2006 li jiffissa l-kwantità komplementarja taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġina mill-Istati tal-AKP u l-Indja għall-provvista lir-raffineriji fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta' Lulju 2006 u t-30 ta' Settembru 2007 (3) iffissa l-ewwel kwantità komplementarja ta' 82 500 tunnellata biex taqdi l-bżonnijiet l-iktar urġenti tal-provvista għall-ewwel xhur tas-sena tas-suq 2006/2007. Minħabba li mhux se jkun hemm irtirar ta' zokkor mis-suq skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, mhijiex se tonqos il-ħtieġa tradizzjonali tal-provvista ta’ zokkor għar-raffinar, kif imsemmija fl-Artikolu 29(1) ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, il-kwota Portugiża taz-zokkor tnaqqset b'iktar minn 50 % fis-sena tas-suq 2006/2007. Għalhekk, skont l-Artikolu 29(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-ħtieġa tradizzjonali tal-provvista ffissata għall-Portugall skont l-Artikolu 29(1) ta’ dak ir-Regolament għandha tiżdied b’35 000 tunnellata supplimentarja.

(4)

Sabiex tkun żgurata provvista xierqa tar-raffineriji fil-Komunità, huwa għalhekk xieraq li tkun iffissata kwantità komplementarja ta’ 120 000 tunnellata ta' zokkor komplementarju għas-sena tas-suq 2006/2007.

(5)

Din il-provvista xierqa lir-raffineriji tista' tkun iggarantita biss jekk il-ftehimiet tradizzjonali tal-esportazzjoni bejn il-pajjiżi benefiċjarji jiġu rrispettati. Għalhekk hemm il-ħtieġa ta’ tqassim bejn il-pajjiżi benefiċjarji jew il-grupp ta' pajjiżi. Għall-Indja, il-kwantitajiet iffissati fir-Regolament (KE) Nru 1249/2006 diġà jikkorrispondu mal-kwantità tradizzjonali tal-importazzjoni. Għalhekk, hemm kwantità limitata disponibbli ta’ 3 5000 tunnellata għall-Indja. Il-kwantitajiet li jifdal għandhom ikunu ffissati għall-Istati tal-AKP, li flimkien impenjaw ruħhom li bejniethom jimplimentaw proċeduri għall-allokazzjoni tal-kwanititajiet sabiex tkun żgurata provvista xierqa lir-raffineriji.

(6)

Qabel l-importazzjoni ta' dan iz-zokkor komplementarju, jeħtieġ li r-raffinaturi jagħmlu arranġamenti dwar il-provvista u t-trasport mal-pajjiżi benefiċjarji u l-operaturi kummerċjali. Sabiex jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw l-applikazzjoni għal-liċenzji ta' importazzjoni, huwa xieraq li d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ikun previst mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Minbarra l-kwantitajiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1249/2006, ġiet iffissata kwantità komplementarja ta' 120 000 tunnellata zokkor tal-kannamieli mhux raffinat komplementarju ekwivalenti għal zokkor abjad għas-sena tas-suq 2006/2007:

(a)

116 500 tunnellata espressi bħala zokkor abjad li joriġina fl-Istati elenkati fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 minbarra l-Indja;

(b)

3 500 tunnellata espressi bħala zokkor abjad li joriġina fl-Indja.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta' Jannar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1585/2006 (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 19).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 227, 19.8.2006, p. 22.


Op