Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0024

    Direttiva 2007/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Mejju 2007 li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 71/304/KEE dwar it-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-provvista tas-servizzi dwar kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi lill-kuntratturi li jaġixxu permezz ta' aġenziji jew fergħat Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 154, 14.6.2007, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/24/oj

    14.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 154/22


    DIRETTIVA 2007/24/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-23 ta' Mejju 2007

    li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 71/304/KEE dwar it-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-provvista tas-servizzi dwar kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi lill-kuntratturi li jaġixxu permezz ta' aġenziji jew fergħat

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) u l-Artikoli 55 u 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

    Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

    Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

    Billi:

    (1)

    Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-aġġornament u s-simplifikazzjoni ta' l-acquis communautaire, il-Kummissjoni ħabbret, inter alia, l-intenzjoni tagħha li tipproċedi billi tagħmel studju ta' l-acquis sabiex tistabbilixxi jekk dan setax jiġi ssimplifikat, per eżempju permezz tat-tħassir ta' atti li jkunu saru obsoleti.

    (2)

    Bħala riżultat ta' l-adozzjoni ta' diversi atti ta' natura leġiżlattiva fil-qasam ta' l-akkwist pubbliku, l-aktar reċenti fosthom id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tal-posta (2), u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (3), kif ukoll fid-dawl ta' l-iżviluppi fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikolari d-deċiżjoni tagħha tal-25 ta' Lulju 1991 fil-kawża C-76/90 Säger (4), sar possibbli li jintlaħaq livell ta' protezzjoni ugwali jew superjuri għal dak provdut taħt id-Direttiva 71/304/KEE (5).

    (3)

    Għall-finijiet tas-simplifikazzjoni ta' l-acquis communautaire, filwaqt li ma jiġux preġudikati d-drittijiet ta' l-operaturi ekonomiċi, id-Direttiva 71/304/KEE għandha għalhekk tiġi mħassra,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 71/304 KEE hija b'dan imħassra.

    Artikolu 2

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta' Mejju 2007.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    H.-G. PÖTTERING

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. GLOSER


    (1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' tas-16 ta' April 2007.

    (2)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/97/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 107).

    (3)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/97/KE.

    (4)  ECR [1991] I-4221.

    (5)  ĠU L 185, 16.8.1971, p. 1.


    Top