This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007H0425
Commission Recommendation of 13 June 2007 identifying a set of actions for the enforcement of Council Regulation (EC) No 338/97 on the protection of species of wild fauna and flora by regulating trade therein (notified under document number C(2007) 2551)
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Ġunju 2007 li tidentifika sensiela ta’ azzjonijiet għall-infurzar tar-Regolament (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2551)
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Ġunju 2007 li tidentifika sensiela ta’ azzjonijiet għall-infurzar tar-Regolament (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2551)
ĠU L 159, 20.6.2007, pp. 45–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
20.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 159/45 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Ġunju 2007
li tidentifika sensiela ta’ azzjonijiet għall-infurzar tar-Regolament (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2551)
(2007/425/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kummerċ illegali f’kampjuni ta’ speċijiet li huma inklużi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (1) li jimplimenta l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta’ Speċijiet Ipperikolati ta’ Flora u Fawna Selvaġġi (Convention on International Trade in Endangered Species of Wild Flora and Fauna, minn hawn ’il quddiem, “CITES”) jagħmel ħsara kbira lir-riżorsi ta’ flora u fawna, inaqqas l-effikaċja tal-programmi ta’ ġestjoni ta’ flora u fawna, idgħajjef il-kummerċ legali u sostenibbli u jhedded l-iżvilupp sostenibbli partikolarment fl-ekonomiji li qed jiżviluppaw ta’ ħafna mill-pajjiżi produtturi. |
|
(2) |
Sabiex jissaħħu l-isforzi ta’ infurzar, huwa importanti li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-kummerċ illegali fil-flora u fawna selvaġġi. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 338/97, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma’, u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament u fejn ikun meħtieġ, jieħdu passi legali. |
|
(4) |
Skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 338/97, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pubbliku jsir jaf u jiġi mgħarraf bid-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tas-CITES u tar-Regolament. |
|
(5) |
Skond l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 338/97, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għall-ksur ta’ dan ir-Regolament skond in-natura u l-gravità tagħhom. |
|
(6) |
Skond il-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istati Membri huma responsabbli sabiex jiżguraw li s-sanzjonijiet għall-ksur tal-liġi Komunitarja jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati. |
|
(7) |
Skond l-Artikolu 10 tat-Trattat tal-KE, sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv tar-Regolament (KE) Nru 338/97 hija essenzjali l-koordinazzjoni u kooperazzjoni ta’ l-Istati Membri u l-awtoritajiet tagħhom. |
|
(8) |
L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 338/97 teħtieġ il-kooperazzjoni internazzjonali, li hija fundamentali għat-twettiq ta’ l-għanijiet tas-CITES ukoll. |
|
(9) |
L-Istudju tal-Kummissjoni dwar l-Infurzar tar-Regolamenti ta’ l-UE dwar il-Kummerċ fil-Flora u Fawna Selvaġġi ta’ l-UE-25, ippubblikat f’Novembru 2006, jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu identifikati l-oqsma prijoritarji għal xogħol ikkoordinat u li jiġi żviluppat sett ta’ linji ta’ gwida komuni sabiex l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 338/97 titħaffef. |
|
(10) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu dwar it-twaqqif tat-telf ta’ bijodiversità (2), il-Kunsill jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummisjoni sabiex jirrinfurzaw l-isforzi fil-ġlieda kontra l-kummerċ illegali ta’ l-ispeċijiet elenkati fis-CITES u jappella lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex isaħħu r-respons u azzjonijiet koordinati fl-infurzar tas-CITES. |
|
(11) |
Is-sensiela ta’ azzjonijiet stipulati f’din ir-Rakkomandazzjoni tirrifletti d-diskussjoniet li saru fil-kuntest tal-Grupp ta’ Infurzar stabbilit taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 338/97 u tal-Kumitat dwar il-Kummerċ fi Flora u Fawna Selvaġġ, stabbilit taħt l-Artikolu 18 ta’ l-istess Regolament, |
TIRRAKKOMANDA LI:
|
I. |
L-Istati Membri għandhom iwettqu l-azzjonijiet identifikati minn din ir-Rakkomandazzjoni sabiex jitħaffef l-infurzar tar-Regolament (KE) Nru 338/97. |
|
II. |
Sabiex tiżdied il-kapaċità għall-infurzar, l-Istati Membri għandhom jieħdu dawn l-azzjonijiet:
|
|
III. |
Sabiex jiżdiedu l-kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu dawn l-azzjonijiet:
|
|
IV. |
L-informazzjoni dwar il-miżuri li jittieħdu abbażi ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni fl-istess żmien li tintbagħat l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 15(4) (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 338/97. |
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1332/2005 (ĠU L 215, 19.8.2005, p. 1).
(2) L-2773 laqgħa tal-Kunsill Ambjentali fit-18 ta’ Diċembru 2006.
(3) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn Strateġija ta’ l-UE dwar Għajnuna għall-Kummerċ – il-kontribut tal-Kummissjoni (COM(2007)163)