Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007H0209

    2007/209/KE: Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Marzu 2007 dwar l-aġġornament 2007 tal-linji gwida ġenrali għal-linji politiċi ekonomiċi ta' l-Istati Membri u l-Komunità u dwar l-implimentazzjoni tal-linji politiċi ta' l-Istati Membri dwar l-impjiegi

    ĠU L 92, 3.4.2007, p. 23–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 291–310 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2007/209/oj

    8.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    291


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

    tas-27 ta’ Marzu 2007

    dwar l-aġġornament 2007 tal-linji gwida ġenrali għal-linji politiċi ekonomiċi ta' l-Istati Membri u l-Komunità u dwar l-implimentazzjoni tal-linji politiċi ta' l-Istati Membri dwar l-impjiegi

    (2007/209/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 128(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew fit-8 u d-9 ta' Marzu 2007,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Impjiegi,

    Billi:

    (1)

    Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2005 ġedded l-Istrateġija ta' Lisbona billi ffoka fuq it-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa.

    (2)

    Il-Kunsill adotta fl-Lulju 2005 rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għal-linji politiċi ekonomiċi ta' l-Istati Membri u tal-Komunità (2005-2008) (1) u Deċiżjoni dwar Linji Gwida għall-linji politiċi dwar l-impjiegi ta' l-Istati Membri (2) li flimkien jiffurmaw “Il-Linji Gwida Integrati għall-impjiegi u t-tkabbir”.

    (3)

    L-Istati Membri ġew mistiedna jieħdu kont tal-linji gwida integrati għall-impjiegi u t-tkabbir fil-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom dwar linji politiċi ekonomiċi u ta' l-impjiegi.

    (4)

    L-Istati Membri kollha ppreżentaw il-Programmi ta' Riforma Nazzjonali tagħhom (PRNs) sa Ottubru 2005, li dwarhom il-Kummissjoni evalwat u ħejjiet rapport fil-kontribut tagħha fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006.

    (5)

    Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ħa nota ta' dawn id-dokumenti u identifika erba' oqsma ta' prijorità (riċerka, żvilupp u innovazzjoni, l-ambjent kummerċjali, opportunitajiet ta' impjiegi u politika ta' enerġija integrata) li fihom qabel fuq għadd limitat ta' azzjonijiet speċifiċi li ħeġġeġ lill-Istati Membri jilħqu sa l-aħħar ta' l-2007.

    (6)

    Skond il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ta' l-2006, l-Istati Membri ppreżentaw ir-Rapporti Annwali tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-Programmi ta' Riforma Nazzjonali.

    (7)

    Dawn ir-rapporti annwali ta' implimentazzjoni ġew analizzati mill-Kummissjoni, li ppreżentat is-sejbiet tagħha fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 (3).

    (8)

    Għandhom jinħarġu għadd ta' rakkomandazzjonijiet, abbażi ta' din l-analiżi. Sabiex isegwu l-Istrateġija ta' Lisbona favur it-tkabbir u l-impjiegi b'mod koerenti u integrat, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fir-rigward ta' linji politiċi ekonomiċi u l-linji politiċi ta' l-impjiegi issa għandhom jiġu adottati fi strument uniku. Dan l-approċċ jirrifletti l-istruttura integrata tal-Programmi ta' Riforma Nazzjonali u r-Rapporti dwar l-Implimentazzjoni, kif ukoll il-konsistenza meħtieġa bejn il-linji gwida dwar l-impjiegi u l-linji gwida ġenerali dwar il-politika ekonomika ta' l-Artikolu 99(2), kif enfasizzat fl-Artikolu 128(2), fl-aħħar sentenza.

    (9)

    Sabiex l-Istrateġija ta' Lisbona favur it-tkabbir u l-impjiegi, tiġi implimentata bis-sħiħ, din ir-rakkomandazzjoni għandha jkollha wkoll rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri li jiffurmaw parti miż-Żona ta' l-euro.

    (10)

    Il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar din ir-Rakkomandazzjoni (4).

    B'DAN TIRRAKKOMANDA li l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni skond il-linji mniżżla fl-Anness u għandu jsir rapport tagħhom fir-Rapport Annwali ta' Progress li jmiss dwar l-implimentazzjoni tal-programmi dwar ir-riformi nazzjonali tagħhom fil-qafas ta' l-Istrateġija mġedda ta' Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Marzu 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. STEINBRÜCK


    (1)  ĠU L 205, 6.8.2005, p. 28.

    (2)  ĠU L 205, 6.8.2005, p. 21

    (3)  COM(2006) 816 Part II.

    (4)  Opinjoni mogħtija fil-15 ta' Frar 2007 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


    ANNESS

    IL-BELĠJU

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Il-Belġju qed jagħmel progress sew fl-implimentazzjoni u t-tisħiħ tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali 2005-2008 tiegħu. Filwaqt li hemm ċertu riskju għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fil-kuntest ta' popolazzjoni dejjem qed tikber fl-età, il-qafas ta' politika globali huwa xieraq. Minkejja li sar progress moderat fil-qasam tar-Riċerka u Zvilupp, il-Belġju qed jimplimenta il-miżuri mħabbra fil-qasam mikro-ekonomiku u qed isaħħaħ ir-riformi eżistenti għaż-żieda fl-investiment. L-istampa fil-qasam ta' l-impjiegi m'hijiex daqshekk ċara u jinħtieġu passi biex jintlaħqu l-għanijiet tar-rata ta' l-impjiegi fl-UE, b'mod partikolari għall-anzjani. Il-Belġju nieda serje ta' miżuri b'rispons għall-impenji li ttieħdu mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006.

    3.

    Fost il-punti sodi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali Belġjan u l-implimentazzjoni tiegħu hemm: it-tendenza kontinwa tat-tnaqqis tal-proporzjon tad-dejn; l-istabilizzazzjoni tax-xejra tat-tnaqqis fl-intensità tar-Riċerka u Żvilupp; l-iżvilupp ta' gruppi u poli ta' kompetittività; ir-rekord imtejjeb dwar it-traspożizzjoni tad-direttivi tas-suq intern; aktar miżuri fil-qasam ta' regolamentazzjoni mtejba u simplifikazzjoni amministrattiva; il-politika għall-promozzjoni tal-bidu tan-negozji; il-miżuri għat-titjib fis-sistema ta' tagħlim alternat; u r-rikonoxximent formali ta' kompetenzi akkwistati u l-kwalità tas-sistema edukattiva teknika jintlaqgħu tajjeb.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali fejn l-isfidi jridu jeħtieġu indirizzati bl-għola prijorità huma: it-tnaqqis tal-piż tat-taxxa fuq l-impjiegi u t-tnaqqis fid-differenzi reġjonali fil-qgħad u l-impjiegi. Fuq dan l-isfond il-Belġju huwa rrakkomandat biex:

    Waqt li jkompli t-titjib fiskali, jimpenja ruħu f'aktar sforzi biex inaqqas il-piż tat-taxxa fuq ix-xogħol lejn il-medja tal-pajjiżi ġirien tiegħu, speċjalment billi jnaqqas id-differenza fit-taxxi fuq il-ħaddiema ta' ħiliet baxxi;

    jieħu aktar miżuri mmirati biex jitnaqqsu d-differenzi reġjonali fil-qgħad u l-impjiegi permezz ta' strateġija ekonomika komprensiva, inklużi linji politiċi dwar suq tax-xogħol attiv, linji politiċi dwar l-integrazzjoni mill-ġdid u l-edukazzjoni.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perjodu ta' Riforma Nazzjonali li l-Belġju jiffoka fuq: l-iżgurar tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi; l-identifikazzjoni ta' aktar linji politiċi u miżuri għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet; it-titjib fil-kompetizzjoni tas-swieq tal-gass u ta' l-elettriku, inkluż permezz ta' regolaturi indipendenti u effettivi u permezz ta' miżuri addizzjonali dwar l-operaturi ta' trasmissjoni u distribuzzjoni; u ż-żieda fir-rata ta' l-impjiegi ta' ħaddiema akbar fl-età u gruppi vulnerabbli, b'mod partikolari bi kriterji ta' eliġibbiltà aktar stretti għal skemi dwar l-irtirar prematur u bit-tisħiħ ta' linji politiċi preventivi (edukazzjoni u taħriġ) u dawk dwar suq tax-xogħol attiv.

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Ir-Repubblika Ċeka qed tagħmel progress limitat fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha: il-progress f'diversi oqsma mhux ċar biżżejjed, xi riformi ġew posposti, filwaqt li oħrajn għandhom ma nbdewx. Madanakollu t-tkabbir ekonomiku qawwi għandu jiffaċilita r-riformi. Hemm ċerti riskji fil-qasam makro-ekonomiku, partikolarment fil-konsolidazzjoni baġitarja għal perijodu medju u s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi fil-kuntest ta' popolazzjoni dejjem qed tikber fl-età. Ir-Repubblika Ċeka ġeneralment qed timxi 'l quddiem relativitament tajjeb fil-qasam mikro-ekonomiku. Għalkemm l-infiq privat fuq ir-Riċerka u Żvilupp qed jiżviluppa b'mod favorevoli, l-progress ġenerali dwar il-linji politiċi dwar ir-Riċerka u Żvilupp kien moderat. Fil-qasam ta' l-impjiegi jenħtieġu aktar sforzi għar-rispons għall-isfidi prinċipali għat-titjib fil-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol. Il-progress dwar it-twettiq ta' l-impenji li saru fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006 kien ukoll imħallat.

    3.

    Fost il-punti sodi ta' l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali hemm miżuri pożittivi għaż-żieda tal-kontroll u t-trasparenza tal-finanzi pubbliċi; it-titjib fir-regolazzjoni u l-ambjent kummerċjali; ir-riforma tal-kurrikulum ta' l-edukazzjoni primarja u dik sekondarja, l-istimulazzjoni għall-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni terzjarja, biex ix-xogħol jirrendi l-ħlas.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali Ċek fejn l-isfidi jeħtieġ jiġu indirizzati bl-għola prijorità huma: is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, billi l-baġit ta' l-2007 jantiċipa ksur fil-limiti tan-nefqa u defiċit akbar; iż-żieda fl-ammont u l-effettività tan-nefqa pubblika fir-Riċerka u Żvilupp; it-titjib fis-sigurtà u l-flessibbiltà fis-suq tax-xogħol; it-titjib ta' l-effiċjenza u l-ekwità fl-edukazzjoni u t-taħriġ u ż-żieda fil-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja. Fuq dan l-isfond ir-Repubblika Ċeka hija rrakkomandata biex:

    bil-ħsieb li ttejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, tieħu passi biex timplimenta r-riformi tas-sistemi tal-pensjoni u tal-kura tas-saħħa, b'mod partikolari abbażi tar-rapport dwar il-pensjonijiet mill-partijiet kollha ta' l-2005, u l-iffissar ta' skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom;

    issaħħaħ l-isforzi għat-titjib tal-kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-kummerċ, l-universajiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi tar-Riċerka u Żvilupp, filwaqt li żżid l-ammont u l-effettività ta' l-investiment pubbliku fir-Riċerka u Żvilupp;

    timmodernizza aktar il-ħarsien ta' l-impjiegi, inklużi l-leġiżlazzjoni u t-taxxa u s-sistemi ta' benefiċċju, itejjeb l-effiċjenza u l-ekwità fl-edukazzjoni u t-taħriġ speċjalment fir-rispons tagħhom għall-ħtiġijiet fis-suq tax-xogħol, tipprovdi inċentivi għall-investiment fit-taħriġ, b'mod partikolari għal-ħaddiema akbar fl-età u dawk ta' ħiliet baxxi, u żżid id-diversifikazzjoni tal-provvista ta' l-edukazzjoni terzjarja.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perjodu ta' Riforma Nazzjonali li r-Repubblika Ċeka tiffoka fuq: it-titjib fis-sistemi tal-ħruġ tal-privattivi u l-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali; it-tħaffif tal-progress fil-qasam ta' l-ICT (teknoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni), inkluż l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' l-iżvilupp ta' ambjent legali li jippermetti l-progress ta' l-e-Government; il-kisba tal-miri għat-tnaqqis fil-piż amministrattiv fuq in-negozji; aktar titjib l-iżvilupp ta' l-aċċess għall-iffinanzjar ta' kumpaniji innovattivi; l-iżvilupp ta' rabtiet bejn kumpaniji barranin u domestiċi; l-introduzzjoni ta' l-edukazzjoni intraprenditorjali fil-kurrikula; it-titjib fl-integrazzjoni ta' gruppi żvantaġġjati fis-suq tax-xogħol; it-tnaqqis fid-differenzi bejn ir-reġjuni fil-qasam ta' l-impjiegi; ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja; l-indirizzar tad-differenzi bejn is-sessi fir-rigward tas-salarji u l-implimentazzjoni ta' strateġija attiva għat-tixjiħ.

    ID-DANIMARKA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Id-Danimarka qed tagħmel ħafna progress fl-implimentazzjoni tal-programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006. Id-Danimarka bil-Ftehim dwar l-Għajnuna Soċjali ta' Ġunju 2006 saħħet aktar l-istrateġija ta' riforma tagħha fit-termini tal-politika makro-ekonomika u ta' l-impjiegi u għamlet progress tajjeb ħafna fil-kisba ta' kunsens nazzjonali dwar ir-riformi. Id-Danimarka għamlet progress ukoll fil-linji politiċi mikro-ekonomiċi, inkluż fil-qasam tal-kompetizzjoni.

    3.

    Fost il-punti sodi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tad-Danimarka u l-implimentazzjoni tiegħu hemm: in-natura komprensiva u integrata ta' l-istrateġija ta' riforma, li hija livell ta' riferiment (benchmark) għal-Stati Membri oħrajn; il-kombinazzjoni ta' l-approċċ ta' perijodu medju u dak fit-tul żmien, imsaħħah billi konstatment jieħu kont ta' l-input tal-partijiet interessati; l-approċċ ibbażat fuq il-metodu ta' “flessikurità” fis-suq tax-xogħol; l-istrateġija makro-ekonomika globali mmirata lejn sostenibbiltà fiskali fit-tul, inkluż il-kontroll fin-nefqa, il-bilanċi pożittivi fiskali u tnaqqis rapidu tad-dejn tal-gvern; u l-miżuri sodi mmirati lejn żieda fil-provvista tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari bi ftehim li jiġi differit l-irtirar prematur.

    4.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perjodu ta' Riforma Nazzjonali li d-Danimarka tiffoka fuq: miżuri mmirati biex tiżdied il-provvista tax-xogħol fuq medda ta' żmien medju, sa' l-2015, inkluż aktar inizjattivi għat-titjib fl-inċentivi għax-xogħol u aktar passi għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema akbar fl-età u immigranti; l-insegwiment permezz ta' riformi proposti fil-liġi tal-kompetizzjoni u l-iżgurar li setgħat ġodda tal-kompetizzjoni huma eżerċitati b'mod vigoruż mill-awtoritajiet relevanti; aktar miżuri fil-provvista ta' interkonnessjoni ta' l-enerġija, sabiex jitjieb il-funzjonament tas-swieq ta' l-elettriku u tal-gass; l-identifikazzjoni ta' aktar politiki u miżuri ta' tnaqqis ta' l-emissjonijiet; tisħiħ ta' miżuri eżistenti mmirati tajjeb biex itejbu l-edukazzjoni primarja u dik sekondarja u biex iżidu n-numru ta' studenti li jispiċċaw l-edukazzjoni sekondarja ogħla u dik terzjarja, jekk il-miżuri ma jkunux biżżejjed biex jinkisbu l-miri ambizzjużi li ġew stabbiliti.

    IL-ĠERMANJA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Il-Ġermanja qed globalment tagħmel progress sew fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha, u speċjalment fl-isfidi makro- u mikro-ekonomiċi prinċipali u l-azzjonijiet ta' prijorità. Qed timxi 'l quddiem aktar bil-mod fil-qasam ta' l-impjiegi. Il-Ġermanja qed tirrispondi pjuttost tajjeb għall-impenji li saru fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006.

    3.

    Il-punti sodi tar-riformi fl-2006 jinkludu l-progress fil-qasam ta' konsolidazzjoni u sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' diversi miżuri regolatorji, bħall-istabbiliment ta' kunsill indipendenti fil-livell federali għall-valutazzjoni ta' l-impatt(Normenkontrollrat) u l-għodda ta' informazzjoni bbażata fuq il-web “Startothek” għall-istabbiliment ta' negozi. Punti sodi oħra huma evidenti fil-qasam tas-soċjetà ta' l-għarfien (Riċerka u Żvilupp u innovazzjoni), kif ukoll fil-viżibbiltà ogħla li tingħata għal miżuri għall-integrazzjoni ta' persuni qiegħda li huma akbar fl-età.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali tal-Ġermanja fejn l-isfidi jeħtieġ li jiġu indirizzati bl-għola prijorità huma: l-iżgurar tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi; it-titjib fil-kompetizzjoni, notevolment fi snajja u professjonijiet regolati u swieq broadband ġodda;u l- indirizzar tal-qgħad strutturali. Fuq dan l-isfond, huwa rrakkomandat li l-Ġermanja:

    ittejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi bit-tkomplija tal-konsolidazzjoni fiskali, li twassal għal tnaqqis fid-dejn, u bl-implimentazzjoni tar-riforma tas-sistema tas-saħħa bil-għan t-tkabbir fin-nefqa jkun kkontrollat u it-tisħiħ ta' l-effiċjenza fis-settur tas-saħħa;

    ittejjeb il-kompetizzjoni fis-swieq tal-prodotti u servizzi, notevolment billi tkompli tagħmel ir-regoli restrittivi anqas stretti fi snajja u professjonijiet regolati u billi b'mod effettiv tirregola ta' l-aċċess għas-suq bitstream bl-ingrossa;

    tindirizza l-qgħad strutturali inkluż bl-integrazzjoni tal-persuni b'ħiliet baxxi fis-suq tax-xogħol permezz ta' aċċess aħjar għal kwalifiki, bl-isegwiment tar-riformi ta' benefiċċji tat-taxxa proposti u bil-provvediment ta' servizzi ta' impjiegi aktar effettivi għal persuni qiegħda għal perijodu twil u bit-tisħiħ ta' l-integrazzjoni fix-xogħol taż-żgħażagħ.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perjodu ta' Riforma Nazzjonali li l-Ġermanja tiffoka fuq: it-titjib tal-proċeduri ta' l-akkwist pubbliku, it-titjib tal-qafas għall-kompetizzjoni fis-settur tal-ferroviji, u fin-netwerks tal-gass u l-elettriku, fejn il-kompetizzjoni hi insuffiċjenti minħabba konċentrazzjoni għolja; it-tħaffif tal-bidu tan-negozji u l-iffaċilitar ta' l-impjiegi ta; l-ewwel ħaddiem; il-bini fuq miżuri eżistenti għat-titjib fit-tagħlim tul il-ħajja, inkluż it-tisħiħ tat-taħriġ professjonali ta' adulti; iż-żieda tal-provvediment tal-faċilitajiet għall-kura tat-tfal.

    L-ESTONJA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    L-Estonja qed tagħmel progress sew bl-implimentazzjoni ta' miżuri li jirrispondu għall-isfidi prinċipali tal-pajjiż tar-Riċerka u Żvilupp u l-innovazzjoni u l-impjiegi u għall-erba' azzjonijiet ta' prijorità formulati mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006. Hija tagħmel ukoll sforzi impressjonanti biex tiżgura koerenza bejn il-Programm ta' Riforma Nazzjonali u l-politika ta' koeżjoni u r-Rapport dwar l-Implimentazzjoni f'dan ir-rigward jista' jiġi kkunsidrat bħala mudell.

    3.

    Fost il-punti sodi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali Estonjan u l-implimentazzjoni tiegħu hemm: it-titjib f'bosta miri ta' politika, li juri approċċ ambizzjuż kif xieraq; it-twaqqif ta' Uffiċċju Strateġiku ġdid biex isaħħaħ l-implimentazzjoni, li huwa eżempju tajjeb għall-oħrajn; is-suċċess tal-politika makro-ekonomika proposta fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali dwar is-sostenibbiltà fiskali u dwar il-ħolqien ta' kondizzjonijiet favorevoli għat-tkabbir fl-impjiegi; l-isforz konsiderevoli li sar biex tiżdied in-nefqa kemm pubblika kif ukoll privata fir-Riċerka u Żvilupp u biex jitjiebu l-kondizzjonijiet ta' qafas għan-negozju tar-Riċerka u Żvilupp; miżuri biex jiffaċilitaw l-inkubazzjoni u l-iffinanzjar ta' SMEs innovattivi; u progress f'firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet ambjentali, notevolment ir-riforma tat-taxxa ekoloġika.

    4.

    Ikun importanti għall-Estonja matul il-perjodu tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali biex tiffoka fuq prijoritizzazzjoni aktar ċara u kooperazzjoni interministerjali mtejba għall-użu effettiv tan-nefqa tar-Riċerka u Żvilupp u innovazzjoni; it-tisħiħ fl-isforzi biex ir-riżultati tar-Riċerka u Żvilupp iwasslu għal servizzi jew prodotti innovattivi; l-inkoraġġiment għal kooperazzjoni aktar fil-qrib bejn universitajiet u intrapriżi; l-implimentazzjoni vigoruża tal-politika proattiva ta' kompetizzjoni ppjanata; it-titjib fil-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol permezz ta' żieda fil-progress fit-tiġdid tal-liġijiet dwar ix-xogħol; it-tisħiħ tal-politika attiva tas-suq tax-xogħol u aktar żieda fil-livelli ta' ħiliet tal-forza tax-xogħol bit-tisħiħ tar-riformi fl-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja.

    IL-GREĊJA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Il-Greċja qed tagħmel xi progress fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha, għalkemm hija aktar limitata fir-rigward ta' l-aspetti mikroekonomiċi u ta' l-impjiegi. Il-Greċja qed tavvanza relativitament b'mod qawwi fil-qasam makro-ekonomiku, filwaqt li jeħtieġ progress fir-rigward ta' riformi mikro-ekonomiċi u ta' l-impjiegi. Il-Greċja qed tirrispondi parzjalment għall-impenji magħmula mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006. Fir-rigward tal-governanza, kondizzjoni mtejba fost l-livelli amministrattvi tista' ssaħħaħ aktar il-kooperazzjoni konstruttiva, li diġà ġiet stabbilita ma' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati.

    3.

    Fost il-punti sodi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tal-Greċja u l-implimentazzjoni tiegħu huwa l-progress siewi li sar fuq il-konsolidazzjoni tal-finanzi pubbliċi. Hemm sinjali promettenti ta' progress dwar: it-titjib fl-allokazzjonijiet ta' riżorsi pubbliċi; it-titjib fl-ambjent kummerċjali: ir-Riċerka u Żvilupp u l-innovazzjoni; l-ICT; il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-impjiegi, ir-rati ta' qgħad totali u l-edukazzjoni u t-taħriġ. L-aspetti kwalitattivi tat-tkabbir ekonomiku ġew mtejba, bl-investiment privat bħala kontributur prinċipali.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali tal-Greċja fejn l-isfidi jeħtieġ li jiġu indirizzati bl-għola prijorità huma: titjib fis-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi bir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet; modernizzazzjoni ta' l-amministrazzjoni pubblika; miżuri aktar sodi għaż-żieda fir-rati ta' l-impjiegi, l-indirizzar tal-qgħad u xogħol mhux dikjarat, modernizzar fil-ħarsien ta' l-impjiegi u l-promozzjoni tal-mobilità fis-suq tax-xogħol; titjib fil-kwalità u r-relevanza tas-suq tax-xogħol fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Fuq dan l-isfond, huwa rrakkomandat li l-Greċja:

    tiżgura l-kontinwazzjoni tal-konsolidazzjoni fiskali u t-tnaqqis fid-dejn u tiffissa skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tar-riforma tal-pensjoni bil-għan li ttejjeb s-sostenibbiltà fiskali għal perijodu fit-tul;

    timmodernizza l-amministrazzjoni pubblika tagħha billi tibni kapaċitajiet regolatorji, ta' kontroll u ta' infurzar effettivi, inkluż permezz tat-titjib fil-ħiliet, sabiex ikun żgurat l-użu effettiv tal-Fondi Strutturali;

    timmodernizza l-ħarsien ta' l-impjiegi inkluża l-leġiżlazzjoni, tnaqqas it-taxxi fuq ix-xogħol, u ssaħħaħ politika attiva dwar is-suq tax-xogħol biex trawwem il-flessibbiltà u s-sigurtà fis-suq tax-xogħol u tibdel ix-xogħol mhux dikjarat f'impjiegi formali;

    tintensifika fir-riformi fis-sistema ta' l-edukazzjoni u żżid l-investiment fl-edukazzjoni obbligatorja u ogħla, taċċellera r-riforma tat-tagħlim tul il-ħajja u ttejjeb il-kwalità u r-rispons għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, tnaqqas it-tluq prematur mill-iskola, u żżid il-parteċipazzjoni ta' l-adulti.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perjodu ta' Riforma Nazzjonali li l-Ġreċja tiffoka fuq: l-aċċelerazzjoni ta' sforzi għall-istabbiliment ta' strateġija dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni u ż-żieda ta' investiment fir-Riċerka u Żvilupp; it-titjib tat-traspożizzjoni ta' direttivi dwar is-suq intern; it-tħaffif fil-progress lejn is-sodisfazzjon tal-miri tal-politika ta' l-SME stabbiliti mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006; l-implimentazzjoni tal-linji politiċi għall-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-impjiegi; u li tiġi attwata strateġija attiva tat-tixjiħ konsistenti.

    SPANJA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Spanja qed tagħmel progress sew fl-implimentazzjoni tal-programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006. L-implimentazzjoni ulterjuri ta' liġijiet u miżuri ġodda fis-seba' oqsma prinċipali ta' politika issa huma essenzjali bix jiżdidu l-mpjieg u l-produttività u l-progress lejn PGD sħiħa ta' koverġenza per capita mal-UE-25.

    3.

    Punti sodi importanti fl-implimentazzjoni u t-tisħiħ tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali Spanjol jinkludi: tnaqqis fid-dejn tal-gvern aktar malajr milli ppjanat; progress tajjeb dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tar-Riċerka u Żvilupp u innovazzjoni; l-inklużjoni ta' l-ispirtu ta' l-intrapriża fil-kurrikula nazzjonali fil-livelli kollha ta' l-edukazzjoni; progress fid-Djalogu Soċjali, kif rifless fil-ftehim tripartitiku ta' Mejju 2006, u progress sodisfaċenti rigward l-objettivi kwantifikati, b'mod partikolari għall-impjiegi tan-nisa.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali Spanjol fejn l-isfidi jridu jiġu indirizzati bl-għola prijorità huma: titjib fil-kompetizzjoni fis-swieq ta' l-elettriku u tnaqqis fis-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol; aktar titjib fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Fuq dan l-isfond, huwa rrakkomandat li Spanja:

    tieħu aktar miżuri biex tiżdied il-kompetizzjoni fis-settur ta' l-enerġija, notevolment bit-titjib tal-kapaċità ta' l-interkonnessjoni transkonfinali biex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista;

    timmodernizza l-ħarsien ta' l-impjiegi, tibni fuq miżuri reċenti, inkluża l-leġiżlazzjoni għat-trawwiem tal-flessibbiltà u s-sigurtà fis-suq tax-xogħol; tikkumbatti s-segmentazzjoni; u biex iżżid l-attrazzjoni għax-xogħol part-time.

    tkompli bl-isforzi tagħha għall-implimentazzjoni tal-mudell il-ġdid ta' taħriġ, li jintegra t-taħriġ professjonali u vokazzjonali, biex jingħata rispons aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; u tiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta' riformi fl-edukazzjoni, ukoll fil-livell reġjonali, biex tnaqqas it-tluq prematur mill-iskola.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perjodu ta' Riforma Nazzjonali li Spanja tiffoka fuq: il-ħtieġa għall-kontroll ta' l-inflazzjoni għat-terminu medju; i-ieda tal-kompetizzjoni fis-servizzi professjonali i s-swieqi ta' l-imnut; it-titjib tal-qafas regolatorju; l-implimentazzjoni ta' miżuri ambjentali, b'mod partikolari t-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tas-CO2; iż-żieda tal-livelli tal-ħiliet u l-produttività u l-integrazzjoni ta' l-immigranti fis-suq tax-xogħol; iż-żieda ta' l-aċċess għall-ħarsien tat-tfal, l-implimentazzjoni tal-miżuri tas-suq tad-djar previsti sabiex gradwalment jitnaqqas il-pressjonijiet tal-prezz tad-djar fit-terminu-medju; u r-riformi dwar il-pensjoni u s-saħħa li wkoll għandhom impatt favorevoli fuq is-sostenibbiltà fiskali għal perijodu fit-tul.

    FRANZA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Franza qed tagħmel xi progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006. Fuq sfond ta' ekonomija soda, Franza qed tkompli bl-ispinta ta' konsolidazzjoni baġitarja tagħha waqt li fl-istess ħin qeed tfittex li tkompli li żżid il-potenzjal ta' tkabbir tagħha, notevolment permezz ta' impenji ġodda lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni. Il-prestazzjoni tagħha fir-rigward ta' l-impjiegi tjiebet iżda jibqa' kemxejn mħallta.

    3.

    Fost il-punti sodi tar-riformi li impenjat ruħa fihom, it-twaqqif ta' poli ta' kompetittività u ta' strutturi ġodda għar-riċerka u l-innovazzjoni jidher partikolarment promettenti, kif tidher ukoll il-mira għan-nefqa totali fuq ir-Riċerka u Żvilupp ta' 3 % tal-PGD sal-2010. Ir-riforma reċenti tal-qafas regolatorju tal-finanzi pubbliku għandha tikkontribwixxi b'mod deċiżiv għal ġestjoni ta' infiq pubbliku aħjar. It-tnaqqis fil-qgħad, għall-ewwel darba mill-2001, jirrappreżenta żvilupp pożittiv u l-miżuri reċenti biex jgħinu liż-żgħażagħ li qed jfittxu l-impjiegi jidhru li huma pass fid-direzzjoni t-tajba. Fir-rigward ta' l-impjiegi tal-ħaddiema li huma akbar fl-età, qed jittieħdu l-ewwel passi fil-qafas tal-pjan ta' azzjoni nazzjonali maqbul f'Ġunju 2006.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali Franċiż fejn l-isfidi jridu jiġu indirizzati bl-għola prijorità huma: iż-żamma tat-titjib fis-sitwazzjoni tas-settur finanzjarju pubbliku bl-iżgurar li l-impenji tal-gvern ċentrali huma rrispettati u l-monitoraġġ ta' żviluppi fil-finanzjament lokali u l-infiq tas-sigurtà soċjali; il-qafas għall-kompetizzjoni f'xi industriji tan-netwerk u xi setturi tat-trasport; l-implimentazzjoni ta' strateġija globali kemm għall-iżgurar ta' suq tax-xogħol aktar fluwidu u għall-iżgurar ta' karrieri individwali, kif ukoll il-kontinwazjoni ta' l-impjiegi tal-ħaddiema akbar fl-età, notevolment bit-titjib fl-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja. Fuq dan l-isfond, huwa rrakkomandat li Franza:

    tiżgura s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi tagħha b'kont meħud tal-popolazzjoni li qed tikber fl-età permess ta' konsolidazzjoni baġitarja u tnaqqis tad-dejn kontinwi. Il-laqgħa dwar is-sistemi tal-pensjonijiet ippjanata għall-2008 għandha tistrieħ fuq il-gwadanji magħmulin wara l-introduzzjoni tar-riforma ta' l-2003;

    ittejjeb il-qafas għall-kompetizzjoni fis-setturi tal-gass, l-elettriku u t-t-tagħbija ferrovjarja;

    issaħħaħ l-ħarsien ta' l-impjiegi u ttejjeb it-tagħlim tul il-ħajja biex trawwem il-flessibbiltà u s-sigurtà fis-suq ta' l-impjiegi u biex tikkumbatti s-segmentazzjoni fost it-tipi ta' kuntratti billi tiffaċilita it-tranżitu bejn kuntratti ta' terminu fiss u dawk permanenti.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti għal Franza matul il-perijodu tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali li tiffoka fuq:; it-tisħiħ tal-kompetizzjoni fis-snajja u professjonijiet regolati; tt-tisħiħ tal-linji politiċi għat-titjib tar-regolamentazzjoni u l-inkoraġġiment ta' intraprenditorja, notevolment fir-rigward ta' l-appoġġ għan-negozji żgħażagħ u l-promozzjoni ta' l-ispirtu intraprenditorjali fis-soċjetà; u tieħu passi oħrajn għaż-żieda fil-provvista tax-xogħol.

    L-IRLANDA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    L-Irlandja qed tagħmel progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha u ta' l-impenji magħmula mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006. Barra minn hekk, il-governanza ta' l-Istrateġija dwar it-Tkabbir u l-Impjiegi kisbet viżibbiltà politika notevolment minħabba l-ftehim ta' sħubija soċjali konkluż reċentament, “Lejn l-2016”.

    3.

    Fost il-punti sodi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali Irlandiż u l-implimentazzjoni tiegħu hemm: l-Istrateġija tax-Xjenza, Teknoloġija u Innovazzjoni 2007-2013 adottata reċentement u ż-żieda sostanzjali ta' l-investiment pubbliku fir-Riċerka u Żvilupp; rikonoxximent tal-ħtieġa biex tingħata prijorità lill-investiment pubbliku fl-infrastruttura u nefqa oħra li jippromwovi t-tkabbir; miżuri għall-indirizzar tat-tluq prematur mill-iskola u t-titjib fil-ħiliet, bħall-impenn milqugħ għall-iżvilupp sa l-2007 ta' strateġija għall-ħiliet nazzjonali fit-tul.

    4.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perjodu ta' Riforma Nazzjonali li l-Irlanda tiffoka fuq: tħaffif fil-progress ta' formulazzjoni ta' miżuri konkreti għar-riforma ta' arranġamenti dwar il-pensjonijiet; aktar miżuri għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet; tħaffif fil-progress u żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, inkluż bit-twaqqif ta' infrastruttura komprensiva għall-kura tat-tfal, aktar żvilupp ta' politika koeżiva għall-migrazzjoni interna u b'enfażi partikolari fuq għajnuna għall-ħaddiema ta' età akbar u ta' ħiliet baxxi. Il-livell intermedjarju ta' l-investiment tar-Riċerka u Żvilupp għandhom jiġu indikati għall-2010 u l-iżviluppi fis-suq tad-djar, li jistgħu jaffettwaw l-prospetti ta' tkabbir f'terminu medju, għandhom jiġu monitorjati bir-reqqa.

    L-ITALJA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    L-Italja għamlet progress limitat fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha. Meta kkumparat mal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tas-sena l-oħra, ir-Rapport ta' Implimentazzjoni Taljan jippreżenta strateġija aktar ċara, li tkopri l-oqsma ta' politika kollha u s-sinerġiji bejniethom u b'hekk huwa aktar ambizzjuż. Il-progress huwa estensiv l-aktar fil-qasam mikro-ekonomiku. Strateġiji u miżuri proposti fil-qasam makro huma ġeneralment adegwati iżda l-implimentazzjoni tagħhom hija kruċjali. Il-politika ta' l-impjiegi għandha tiġi msaħħa f'ċerti oqsma ewlenin. Il-progress dwar l-impenji li saru fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006 kien imħallat.

    3.

    Fost il-punti sodi murija mir-Rapport ta' Implimentazzjoni Taljan hemm: miżuri għat-titjib fil-kompetizzjoni f'servizzi professjonali u oħrajn; inizjattivi biex jinfirex aktar l-użu ta' l-ICT; u miżuri għaz-zieda fil-koordinazzjoni ta' l-azzjoni għat-titjib fl-ambjent kummerċjali.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali Taljan fejn jeħtieġ li jiġu indirizzati sforzi bl-għola prijorità huma: is-sostenibbiltà fiskali, fejn l-impenn jeħtieġ jiġi tradott f'azzjoni effettiva; il-kompetizzjoni fi swieqi ta' prodotti u servizzi fejn l-implimentazzjoni vigoruża ta' riformi proposti ser tipprovdi l-bażi għal aktar progress; iż-żieda ta' l-impjiegi formali u l-fleksikurità fis-suq tax-xogħol; u it-titjib fl-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja. Fuq dan l-isfond, huwa rrakkomandat li l-Italja:

    tkompli ssegwi b'mod rigoruż il-konsolidazzjoni fiskali tagħha sabiex tnaqqas il-proporzjon tad-dejn mal-PGD u timplimenti bis-sħiħ ir-riformi tal-pensjonijiet bil-ħsieb li titjieb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi;

    issegwi l-implimentazzjoni ta' riformi mħabbra reċentament, u aktar progress fl-istrateġija dwar il-liberizzazzjoni, bil-għan ta' żieda tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-prodotti u s-servizzi;

    tnaqqas tad-differenzi reġjonali fl-impjiegi bl-indirizzar tax-xogħol mhux dikjarat, żżid l-proviżjoni tal-kura tat-tfal u tiżgura l-operazzjoni effiċjenti tas-servizzi ta' impjiegi fil-pajjiż;

    tiżviluppa strateġija komprensiva ta' tagħlim tul il-ħajja u ttejjeb l-kwalità u r-relevanza tas-suq għall-edukazzjoni.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perjodu ta' Riforma Nazzjonali li l-Italja tiffoka fuq: Ir-Riċerka u Żvilupp, fejn minkejja żviluppi ta' politika f'oqsma speċifiċi, l-istrateġija globali għad trid tit kompla; miżuri effettivi għat-titjib fis-sostenibbiltà tal-proviżjoni tas-saħħa, filwaqt li jinżammu l-kwalità u l-aċċessibbiltà; użu sostenibbli ta' riżorsi, fejn l-implimentazzjoni u aktar tisħiħ sussegwenti ta' miżuri huma essenzjali; implimentazzjoni ta' pjanijiet għat-titjib ta' l-infrastruttura; u twaqqif ta' sistema komprensiva ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt għar-regolament propost.

    ĊIPRU

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Ċipru qed jagħmel progress sew fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tiegħu, u ta' l-erba' oqsma għal azzjoni ta' prijorità formulata mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006. In ġenerali, l-implimentazzjoni tal-maġġoranza tal-miżuri jidher li qed jipproċedi kif ippjanat.

    3.

    Il-punti sodi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali u l-implimentazzjoni tiegħu fl-2006 jinkludu: progress fil-qasam tal-konsolidazzjoni fiskali; politika ġdida għall-iżvilupp ta' sistema komprensiva ta' riċerka u innovazzjoni; u ż-żamma ta' prestazzjoni fl-impjiegi globali tajba appoġġat minn firxa wiesgħa ta' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali Ċiprijott fejn jeħtieġ li jiġu sforzi indirizzati bl-għola prijorità huma: l-indirizzar tan-nefqa relatata mat-tixjiħ, fejn miżuri mhux qed jagħmlu progress; u aktar żieda fl-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ. Fuq dan l-isfond, huwa rrakkomandat li Ċipru:

    tieħu passi biex timplimenta r-riformi tas-sistemi tal-pensjonijiet u tas-saħħa u tistabbilixxi ż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom bil-ħsieb li ttejjeb s-sostenibbiltà fit-tul;

    ittejjeb it-tagħlim tul il-ħajja, u żżid aktar l-opportunitajiet ta' l-impjiegi u t-taħriġ għaż-żgħażagħ billi tħaffef r-riformi fis-sistemi vokazzjonali, edukattivi, ta' taħriġ u ta' l-apprentistat.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perijodu ta' Riforma Nazzjonali li Ċipru jiffoka fuq: miżuri għall-inkoraġġiment ta' investimenti ta' kapital u għat-titjib tal-kompetizzjoni fis-snajja u l-professjonijiet regolati.

    IL-LATVJA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Il-Latvja qed tagħmel progress fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha, b'mod partikolari fl-oqsma mikro-ekonomiċi u ta' l-impjiegi. Madankollu, risposti ta' politika għall-indirizzar ta' l-isfida prinċipali makro-ekonomika huma anqas komprensivi. Fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006, il-progress hu mħallat. Fir-rigward tal-governanza ta' l-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Impjiegi, il-proċess kiseb viżibbiltà politika mill-adozzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali u kien hemm titjib fl-involviment tal-partijiet interessati.

    3.

    Fost il-punti sodi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tal-Latvja u l-implimentazzjoni tiegħu hemm bosta miżuri li ttieħdu biex jiffaċilitaw l-istabbiliment u l-iffinanzjar ta' SME's innovattivi inkluż l-istabbiliment ta' fondi ġodda għall-garanziji u ta’ kapital ta’ riskju u żviluppi fil-promozzjoni ta' one-stop-shop għall-istabbiliment ta' kumpaniji. Il-Latvja implimentat ukoll sett ta' miżuri li appoġġjaw b'suċċess il-prestazzjoni tas-suq tax-xogħol.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali Latvjan fejn jeħtieġ li jiġu indirizzati sforzi bl-għola prijorità huma: miżuri aktar konkreti għall-iżgurar ta' l-istabbiltà makro-ekonomika u l-prevenzjoni ta' soprażbilanċ fl-ekonomija, aktar żvilupp fl-istrateġija ta' Riċerka u Żvilupp għat-titjib fil-prijoritizzazzjoni u jiżdied l-involviment tas-settur privat; u miżuri aktar sodi biex tiżdied il-provvista tax-xogħol u jissaħħu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol. Fuq dan l-isfond, huwa rrakkomandat li l-Latvja:

    iżżomm sostenibbiltà ekonomika u baġitarja billi ssegwi politika fiskali aktar restrittiva, sabiex tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' soprażbilanċ ekonomiku u prijoritizzazzjoni għaqlija tan-nefqa;

    tagħmel progress aktar mgħaġġel fl-implimentazzjoni tar-riformi tal-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni, sabiex b'mod effettiv tilħaq il-miri ambizzjużi mniżżla fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha. Dan jikkonċerna speċjalment linji ta' politika biex jistimulaw is-sħubijiet bejn ir-riċerka u istituzzjonijiet edukattivi u negozji;

    tintensifika l-isforzi biex iżżid il-provvista tax-xogħol u l-produttività billi ttejjeb il-mobilità reġjonali, issaħħaħ ir-risponsività tas-sistemi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u timplimenta sistema ta' tagħlim tul il-ħajja.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perjodu ta' Riforma Nazzjonali li l-Latvja tiffoka fuq: progress aktar mgħaġġel għall-istabbiliment ta' punt uniku ta' kuntatt għall-formalitajiet amministrattivi involuti fl-impjiegi ta' l-ewwel impjegat; il-promozzjoni ta' l-edukazzjoni ta' l-ispirtu ta' l-intrapriża;l-insegwiment ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol; it-titjib fl-aċċess għall-kura tat-tfal.

    IL-LITWANJA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Il-Litwanja qed tagħmel progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha, f'bosta mill-oqsma ta' politika prinċipali mifruxa fis-setturi makro, mikro u ta' l-impjiegi. Madanakollu, b'ħafna miżuri importanti fl-istadju konċettwali, għad hemm ħafna x'isir fl-implimentazzjoni. Progress fit-twettiq ta' l-impenji miftehma fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006 huwa moderat.

    3.

    Fost il-punti sodi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali Litwan u l-implimentazzjoni tiegħu hemm: ir-riformi tal-pensjonijiet, is-saħħa u t-taxxa; miżuri għat-titjib ta' l-infrastrutturi tat-toroq u tal-ferroviji; l-adozzjoni ta' l-istrateġija nazzjonali aġġornata ta' l-enerġija; it-tisħiħ ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, notevolment il-miżuri ġodda ta' rotazzjoni tax-xogħol; u passi għall-modernizzar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali Litwan fejn jeħtieġ li jiġu indirizzati l-isfidi bl-ogħla prijorità huma: it-tisħiħ ta' miżuri mmirati li jżidu l-investiment fir-Riċerka u l-Iżvilupp, li s'issa ma jidhrux suffiċjenti biex jilħqu l-għan ambizzjuż li ġie ffissat; enfasi iktar qawwija fuq miżuri għall-promozzjoni ta' mobbiltà fix-xogħol; u t-teħid ta' passi addizzjonali għaż-żieda tal-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja, speċjalment minn ħaddiema ikbar fl-età. Fuq dan l-isfond, huwa rrakkomandat li l-Litwanja:

    tkompli l-isforzi tagħha biex issaħħaħ is-sistema tar-Riċerka u l-Iżvilupp u biex tilħaq il-mira ambizzjuża għall-investiment globali fir-Riċerka u l-Iżvilupp, billi żżid in-nefqa pubblika u trawwem l-investiment fis-settur privat f'dan il-qasam;

    tintensifika l-isforzi biex iżżid il-provvista ta' xogħol tas-sengħa bit-titjib fil-mobbiltà reġjonali tas-suq u bil-promozzjoni ta' tagħlim tul il-ħajja, b'attenzjoni speċjali fuq il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema ikbar fl-età.

    5.

    Barra minn hekk, ser ikun importanti matul il-perijodu tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali li l-Litwanja tiffoka fuq: it-titjib ta' l-istabbiltà makro-ekonomika u tillimita l-inflazzjoni; iżżid l-investiment barrani dirett; tiffaċilita l-istabbiliment tan-negozji; ħarsien ta' l-ambjent; it-titjib ta' l-impjiegi għaż-żgħażagħ; iżżid l-edukazzjoni ta' l-intraprenditorija; iżżid id-disponibbiltà tal-kura tat-tfal; u ssaħħaħ is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

    IL-LUSSEMBURGU

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Il-Lussemburgu qed jagħmel progress tajjeb ħafna fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tiegħu u fl-azzjonijiet miftiehma fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006, imma għad fadal xi jsir għat-titjib dwar in-nuqqasijiet identifikati fl-2005. Il-miżuri makro-ekonomiċi adottati jġibu magħhom prospetti ta' konsolidazzjoni fiskali u inflazzjoni iktar baxxa. Għadd ta' miżuri promettenti issa qed jiġu implimentati fil-livell mikro-ekonomiku. Madanakollu, sforzi ikbar huma meħtieġa, biex tiġi implimentata sistema għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-progress annwali, u jeħtieġ li għadd ta' miżuri jiġu introdotti, per eżempju biex jgħinu fl-istabbiliment tan-negozji u SMEs. Għalkemm saru riformi inkoraġġanti fuq il-front ta' l-impjiegi, ma ġiet imħabbra l-ebda inizjattiva ġdida biex iżżid il-livell ta' l-impjiegi fost il-ħaddiema ikbar fl-età, u riformi maġġuri għat-titjib fis-sistema edukattiva għad iridu jimmaterjalizzaw ruħhom.

    3.

    Fost il-punti sodi ta' l-abbozzar, l-implimentazzjoni u t-tisħiħ tal-Programm Nazzjonali ta' Riforma hemm il-ftehim bejn il-gvern u l-imsieħba soċjali dwar sistema mfassla biex trażżan it-tendenzi ta' l-inflazzjoni osservati mill-2002 bis-sospensjoni temporanja ta' l-indiċjar għall-pagi u l-benefiċċji. L-istess ftehim tripartitiku jorganizza sistema ta' assistenza għan-negozji li jippromwovi modi kif jinżammu ħaddiema fl-imjieg fejn hemm periklu ta' telf ta' l-imjieg. Il-Lussemburgu jista' jkun kburi wkoll b'espansjoni maġġuri fil-faċilitajiet tal-kura tat-tfal. Il-prijorità li ngħatat lir-Riċerka u l-Iżvilupp hija wkoll ta' min ifaħħarha. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għadd ta' miżuri komprensivi ttieħdu biex tiġi garantita s-sostenibbiltà ta' l-Iżvilupp, u l-istrateġija ta' l-enerġija hija pass fid-direzzjoni t-tajba.

    4.

    Barra minn hekk, ikun wkoll importanti matul il-perijodu tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali li l-Lussemburgu jiffoka fuq: strateġija għal iktar żieda fir-rata ta' l-impjiegi fost il-ħaddiema ikbar fl-età; strateġija dettaljata partikolarment immirata lejn iktar riformi fis-sistemi attwali ta' rtirar kmieni; huma meħtieġa wkoll iktar sforzi biex jitnaqqsu r-rati ta' tluq kmieni, speċjalment fl-edukazzjoni sekondarja, u biex jitneħħew l-ostakoli artifiċjali bejn it-tipi differenti ta' edukazzjoni; l-impatt fuq il-qgħad fost iż-żgħażagħ tal-miżuri li ġew adottati reċentement għaż-żgħażagħ jeħtieġ ikun segwit mill-qrib; u sabiex l-ambjent ekonomiku jsir iktar attraenti, appoġġ iktar b'saħħtu huwa meħtieġ għas-swieq kompetittivi, għat-traspożizzjoni tad-direttivi ta' l-UE u għall-SMEs.

    L-UNGERIJA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    L-Ungerija għamlet progress limitat fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha. Madanakollu, ta' min jinnota li f'Ottubru 2006 l-Ungerija ppreżentat Program ta' Riforma Nazzjonali rivedut. Minħabba nuqqasijiet baġitarji qawwija, il-gvern kellu jirrevedi b'mod sinifikanti l-linja tiegħu ta' l-aġġustament fiskali. Xi riformi ġew implimentati fl-oqsma ta' politika kemm ta' l-impjieg kif ukoll mikro-ekonomika. Iżda għad fadal ħafna xi jsir f'dawk l-oqsma kif ukoll fit-titjib ta' l-istabbiltà makro-ekonomika. Sar progress limitat rigward it-twettiq ta' l-impenji li saru fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006.

    3.

    Fost il-punti sodi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali u l-implimentazzjoni tiegħu hemm: miżuri korrettivi li ġew adottati reċentement, inkluż kemm iż-żidiet fid-dħul kif ukoll sa ċertu punt it-tnaqqis fl-infiq, bil-għan li jnaqqsu d-defiċit; ir-riforma tas-sistema ta' benefiċċju għall-qgħad; passi inizjali lejn l-integrazzjoni tas-sistemi ta' l-impjieg u s-servizzi soċjali; u t-tneħħija tar-restrizzjonijiet għad-dħul fis-suq f'ċerti oqsma, partikolarment fis-settur ta' l-imnut farmaċewtiku.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali Ungeriż fejn jeħtieġ li jiġu indirizzati l-isfidi bl-ogħla prijorità huma: l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija tal-konsolidazzjoni baġitarja ppjanata u twaqqif tal-pedimenti għas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, li bħalissa qegħdin f'riskju għoli; tisħiħ tal-linji politiċi attiva tas-suq tax-xogħol; żieda fl-inċentivi għax-xogħol; titjib fil-kwalità ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex tirrispondi aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Fuq dan l-isfond, huwa rrakkomandat li l-Ungerija:

    tkompli timplimenta l-miżuri meħtieġa biex tiżgura tnaqqis kredibbli tad-defiċit tal-gvern u tal-proporzjon gross tad-dejn, b'aktar dipendenza fuq in-naħa tan-nefqa nkluż permezz ta' l-istabbiliment ta' regoli tan-nefqa iktar preċiżi u komprensivi;

    tirriforma s-sistemi ta' l-amministrazzjoni pubblika, saħħa, pensjonijiet u edukazzjoni bil-ħsieb li tiżgura sostenibbiltà fiskali fit-tul u titjib ta' l-effiċjenza ekonomika. Dan għandu jinkludi passi biex jonqos il-limitu ta' l-irtirar kmieni, jitnaqqas in-numru ta' min jieħu l-pensjoni ta' diżabbiltà u iktar strutturar tal-kura tas-saħħa;

    tisħiħ tal-linji politiċi attivi tas-suq tax-xogħol, introduzzjoni ta' iktar inċentivi għax-xogħol u biex in-nies jinżammu fis-suq tax-xogħol u biex jintemm it-twaqqif ta' sistema integrata ta' impjieg u servizzi soċjali;

    l-iżgurar fl-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ ta' kwalità għolja għal kulħadd, titjib tal-livelli ta' ħiliet, u tiżdied ir-rispons għas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, speċjalment permezz tal-forniment ta' numru suffiċjenti ta' gradwati fix-xjenza u t-teknoloġija.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perijodu tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali li l-Ungerija tiffoka fuq: riforma tas-sistema ta' Riċerka pubblika; it-tnaqqis u l-indirizzar mill-ġdid ta' għajnuniet statali; żvilupp ta' strateġija għar-Riċerka u l-Iżvilupp, innovazzjoni u ICT iktar koerenti; iktar tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq l-intrapriżi; titjib fis-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol għal min hu żvantaġġat; tibdil tax-xogħol mhux dikjarat f'impjieg formali; tnaqqis ta' differenzi reġjonali persistenti fl-impjieg; u l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija Ungeriża għat-tagħlim tul il-ħajja.

    MALTA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Malta għamlet progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha. Hija tindirizza wkoll l-biċċa l-kbira ta' l-impenji magħmula mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006. L-implimentazzjoni qed tavvanza tajjeb ħafna fil-qasam tas-sostenibbiltà fiskali, meqjusa mill-awtoritajiet bħala element kruċjali għall-kisba ta' aktar tkabbir u impjiegi u għall-adozzjoni ta' l-euro. L-isforzi għall-implimentazzjoni fil-qasam mikro-ekonomiku u ta' l-impjiegi huma aktar moderati.

    3.

    Fost il-punti sodi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali Malti u l-implimentazzjoni tiegħu hemm: ir-riformi fit-tassazzjoni mħabbra reċentement; l-Iżvilupp li jinsab għaddej ta' strateġiji essenzjali tar-Riċerka u l-Iżvilupp u ta' l-innovazzjoni; skema ġdida għat-trawwim ta' ħiliet intraprenditorjali; u serje promettenti ta' inizjattivi komprensivi fil-qasam tat-taħriġ.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali fejn l-isfidi jeħtieġ li jiġu indirizzati bl-ogħla prijorità huma: titjib fil-kompetizzjoni f'bosta setturi, inkluż is-servizzi professjonali; tnaqqis u indirizzar mill-ġdid ta' għajnuniet statali; u ssaħħaħ l-investiment fir-Riċerka u l-Iżvilupp; u titjib fil-provvista tax-xogħol. Fuq dan l-isfond, huwa rrakkomandat li Malta:

    tieħu aktar miżuri, b'segwitu tar-reviżjoni dejjem għaddejja, inkluż it-tisħiħ ta' l-awtorità tal-kompetizzjoni, biex issaħħaħ il-kompetizzjoni, partikolarment fis-servizzi professjonali; it-tnaqqis ta' l-għajnuniet statali u t-trasferiment ta' dawn lejn objettivi orizzontali, partikolarment ir-Riċerka u l-Iżvilupp;

    iżżid l-isforzi sabiex tiġbed aktar nies, partikolarment in-nisa, is-suq tax-xogħol, tintensifika l-isforzi sabiex issolvi l-problema tax-xogħol mhux dikjarat u tieħu azzjoni ulterjuri dwar is-sistema ta' benefiċċji sabiex tagħmel ix-xogħol aktar attraenti.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perijodu tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali li Malta tiffoka fuq: l-implimentazzjoni u t-tisħiħ tal-miżuri posposti dwar ir-riforma tal-kura tas-saħħa; l-introduzzjoni ta' valutazzjoni sistematika ta' l-impatt u l-kisba ta' progress aktar mgħaġġel lejn is-simplifikar tar-regolamenti; il-kejl aktar preċiż tan-nefqa fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp; l-integrazzjoni ta' Malta fin-netwerks ta' l-enerġija Ewropej; il-bini fuq ir-riżultati miksuba fit-titjib tas-suċċess fl-edukazzjoni u t-tnaqqis fin-numru ta' dawk li jħallu l-iskola kmieni; u ż-żieda tar-rata ta' impjieg tal-ħaddiema ta' età akbar, fejn għandu jiġi evitat l-użu ta' skemi ta' rtirar kmieni sabiex jitnaqqsu l-impjiegi fis-settur pubbliku.

    L-OLANDA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    L-Olanda qed tagħmel progress siewi bl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha. Filwaqt li hemm ċerti riskji fil-qasam makro, notevolment fir-rigward ta' inflazzjoni tal-pagi potenzjali, dejn domestiku, u l-issikkar tas-suq tax-xogħol, b'mod ġenerali l-qafas tal-politika huwa xieraq. -Ġeneralment l-Olanda miexja 'l quddiem b'mod sinifikanti fil-qasam mikro-ekonomiku. Madankollu, filwaqt li ġew attwati linji politiċi għat-trawwim tar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-innovazzjoni jibqa' l-fatt li għad baqa' xi jsir meta wieħed iqis il-mira ambizzjuża dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp stabbilita mill-gvern. L-istampa ġenerali fil-qasam ta' l-impjiegi hija wkoll pożittiva, b'rati ta' impjiegi għoljin għall-biċċa l-kbira tal-gruppi iżda l-provvista tax-xogħol għandha tkompli tittejjeb, notevolment għan-nisa, il-gruppi żvantaġġati, u ħaddiema ikbar fl-età. L-Olanda qed issaħħaħ il-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha biex twieġeb għall-impenji li saru mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006 iżda ser ikunu meħtieġa iktar passi speċjalment għall-ħolqien ta' punt uniku ta' amministrazzjoni pubblika għar-reklutaġġ ta' l-ewwel impjegat.

    3.

    Fost il-punti sodi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali Olandiż u l-implimentazzjoni tiegħu hemm: il-miżuri għaż-żieda tal-kompetizzjoni; l-applikazzjoni tal-Mudell “Standard Cost” biex jitkejjel il-piż amministrattiv u l-iskema għal dokumenti ta' innovazzjoni, li t-tnejn qed jiġu użati b'mod wiesa' minn Stati Membri oħrajn; miżuri għar-riforma tal-pensjonijiet, skemi ta' assikurazzjoni tas-saħħa u ta' diżabbiltà; u riformi bil-għan li jgħollu r-riżultati fl-edukazzjoni, jifirxu t-tagħlim tul il-ħajja u joħolqu kollegamenti aħjar bejn l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol.

    4.

    Il-qasam ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali Olandiż fejn jeħtieġ li jiġu indirizzati l-isfidi bl-għola prijorità huwa fit-titjib tal-provvista tax-xogħol. Fuq dan l-isfond, huwa rrakkomandat li l-Olanda:

    tieħu iktar miżuri biex ittejjeb il-provvista tax-xogħol, notevolment tal-ħaddiema ikbar fl-età, nisa u gruppi żvantaġġati.

    5.

    Barra minn hekk, ser ikun importanti matul il-perijodu tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali li l-Olanda tiffoka fuq: miżuri biex iżżid in-nefqa fis-settur privat ta' Riċerka u żvilupp; il-ħolqien ta' punt uniku ta' amministrazzjoni pubblika għar-reklutaġġ ta' l-ewwel impjegat. Barra minn hekk, jekk il-miżuri eżistenti ma jirnexxilhomx, fiż-żmien, iżidu b'mod sinifikanti s-sigħat globali maħduma fl-ekonomija, ikun hemm bżonn li jiġu kkunsidrati iktar inċentivi.

    L-AWSTRIJA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    L-Awstrija miexja sew fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha, speċjalment fil-qasam mikro-ekonomiku, fejn firxa sostanzjali ta' miżuri ġew implimentati fl-oqsma kollha ħlief f'tal-kompetizzjoni fis-servizzi. L-istabbiltà makro-ekonomika hija b'saħħitha, għalkemm jeħtieġ aktar sforz biex ir-riskji għas-sostenibbilità fit-tul tal-finanzi pubbliċi jkomplu jiġu indirizzati. Il-progress dwar il-politika ta' l-impjiegi kien ġeneralment tajjeb ukoll, għalkemm jeħtieġ li jsir iktar f'ċerti oqsma. It-tweġiba ta' l-Awstrija għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa huwa globalment adegwat.

    3.

    Fost l-oqsma ta' riforma l-aktar promettenti li impenjat ruħha fihom l-Awstrija u li tista' tkun ta' ispirazzjoni għal oħrajn hemm ir-rekord tajjeb fl-użu ta' riżorsi ta' l-enerġija rinovabbli. Qasam ieħor huwa l-isforzi ta' l-Awstrija biex tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi ta' l-SMEs. Barra minn hekk, l-Awstrija qed tagħmel progress fir-rigward tal-mira ta' 3 % fir-Riċerka u l-Iżvilupp, b'mudelli partikolarment promettenti għax-xjenza — il-kooperazzjoni fl-industrija.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali Awstrijak fejn jeħtieġ li jiġu indirizzati l-isfida bl-ogħla prijorità huma ż-żieda tal-provvista tax-xogħol minn ħaddiema ikbar fl-età u t-titjib tal-ħiliet taż-żgħażagħ żvantaġġati. Fuq dan l-isfond l-Awstrija hija rrakkomandata:

    ittejjeb l-inċentivi għall-ħaddiema ikbar fl-età biex ikomplu jaħdmu, notevolment bl-implimentazzjoni ta' strateġija komprensiva għat-tagħlim tul il-ħajja b'attenzjoni partikolari fuq it-taħriġ relatat ma' l-impjieg u r-riforma fis-sistemi tal-benefiċċji tat-taxxa; u t-titjib tal-kondizzjonijiet għall-edukazzjoni taż-żgħażagħ vulnerabbli.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perijodu tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali li l-Awstrija tiffoka fuq: l-ilħiq tal-mira ta' baġit bilanċjat sa l-2008, iż-żjieda ta' kompetizzjoni fis-servizzi, it-tisħiħ tal-kultura intraprenditorjali, l-identifikar ta' aktar linji politiċi u miżuri ta' riduzzjoni ta' l-emissjoni, u l-iffaċċjar tas-segregazzjoni tas-sessi fis-suq tax-xogħol, inkluż it-titjib tad-dispoponibbilità tal-kura tat-tfal.

    IL-POLONJA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Il-Polonja għamlet progress limitat fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha. Hemm sinjali li l-Polonja qed tibda timxi 'l quddiem b'passi sodi fil-qasam mikro-ekonomiku, għalkemm l-implimentazzjoni ta' bosta miżuri għadha fi stadji bikrija. Hemm ħtieġa għal implimentazzjoni aktar vigoruża tar-riformi ta' l-imjiegi. Ir-riformi tal-finanzi pubbliċi huma ttardjati, għalkemm il-Polonja ppjanat passi fid-direzzjoni t-tajba. Hemm tweġiba politika limitati għall-impenji li saru fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006.

    3.

    Fost ir-riformi l-iktar promettenti li qed isiru mill-Polonja huma s-simplifikazzjonijiet tas-sistema tat-taxxa, l-Iżvilupp ta' strateġija espliċita ta' Regolamentazzjoni Aħjar u passi biex jiżdied l-aċċess ta' l-SME għall-finanzi.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali Pollakk fejn jeħtieġ li jiġu indirizzati l-isfidi bl-ogħla prijorità huma: konsolidazzjoni fiskali; titjib fil-kompetizzjoni fl-industriji tan-netwerk; żieda fil-kwantità u l-kwalità tar-Riċerka u żvilupp; tagħmel il-politika attiva tas-suq tax-xogħol iktar estensiva u iktar effettiva; ittejjeb il-kapital uman u l-inċentivi għax-xogħol. Fuq dan l-isfond, il-Polonja hija rrakkomandata:

    issegwi l-azzjoni tagħha biex tkompli l-konsolidazzjoni fiskali u tissupplimenta “l-ankra” tad-defiċit tal-baġit nominali ta' l-istat (limitu tad-defiċit) b'aktar mekkaniżmi għat-titjib tal-kontroll fuq l-infiq;

    ittejjeb il-qafas għall-kompetizzjoni fl-industriji tan-netwerk, inkluż permezz ta' reviżjoni tar-rwol tar-regolaturi;

    issegwi r-riforma tas-settur pubbliku tar-riċerka bil-ħsieb tal-promozzjoni tar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-innovazzjoni, u ttejjeb il-qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp tas-settur privat, b'hekk timmassimizza l-benefiċċji mill-Investiment Dirett Barrani;

    tkompli r-riforma tas-servizzi pubbliċi ta' l-impjiegi sabiex jiżdiedu l-livell u l-effiċjenza tal-politika attiva tas-suq tax-xogħol, speċjalment għal persuni akbar fl-età u ż-żagħżagħ; tnaqqas il-piż tat-taxxa fuq l-impjiegi u tirrevedi s-sistemi ta' benefiċċju biex ittejjeb l-inċentivi tax-xogħol, tiżviluppa linji politiċi biex iżżid il-parteċipazzjoni ta' l-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja u biex timmodernizza s-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ skond il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perijodu tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali li l-Polonja tiffoka fuq: titjib fl-infrastruttura tat-trasport; ittejjeb il-ħarsien ta' l-ambjent; iktar tnaqqis u indirizzar mill-ġdid ta' għajnuniet statali; l-iżgurar ta' qafas effettiv għall-kompetizzjoni fis-settur finanzjarju; tkomplija vigoruża tal-proċess tal-liberalizzazzjoni sħiħa tas-swieq ta' l-enerġija; tħaffif fil-proċess ta' reġistrazzjoni tan-negozji; u żgurar li l-istrumenti ta' politika ta' koeżjoni jirfdu l-miżuri strutturali enfasizzati fir-Rapport ta' Implimentazzjoni, bil-ħsieb li jikkontribwixxu għal żieda fit-tkabbir, kompetittività, impjieg u koeżjoni soċjali. Għandu jiġi mfassal għan sod u realistiku għall-investiment globali fir-Riċerka u l-Iżvilupp sa' l-2010.

    IL-PORTUGALL

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Il-Portugall miexi sew fl-implimentazzjoni tal-miżuri fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali, speċjalment fl-oqsma makro u mikro-ekonomiċi. Dwar il-linji politiċi relatati ma' l-impjiegi, sar progress ukoll, speċjalment fir-riforma ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-qafas tal-Programm Ġdid ta' Opportunitajiet iżda l-qasam importanti ta' l-adattabbiltà tas-suq tax-xogħol u l-flessigurtà għadu ma ġiex indirizzat bis-sħiħ. Progress lejn l-ilħiq ta' l-impenji li saru fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006 huwa ġeneralment tajjeb. Iktar sforzi konsiderevoli fil-firxa ta' l-oqsma kollha tal-politika ser ikunu meħtieġa biex jintlaħqu bis-sħiħ l-għanijiet tal-programm, meta wieħed jikkunsidra l-ambizzjoni tagħhom pożittivament milqugħa u l-punt ta' tluq tal-Portugall.

    3.

    Punti sodi importanti tal-proċess ta' riforma fil-Portugall jinkludu ir-riformi estensivi mnedija lill-amministrazzjoni pubblika, il-miżuri biex jiffaċilitaw l-istabbiliment tan-negozji fi żmien siegħa, l-aġġustament ta' l-iskemi tal-pensjoni ta' l-anzjani u l-miżuri komprensivi ta' konsolidazzjoni fil-kura tas-saħħa u l-miżuri għat-titjib tal-livelli ta' kwalifiki taż-żagħżagħ u l-adulti. Sforzi għat-tisħiħ tar-Riċerka u l-Iżvilupp ġew imsaħħa u adattati fi strateġija koerenti permezz tal-Pjan Teknoloġiku ambizzjuż. Riformi estensivi qed jiġu implimentati wkoll fis-settur ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ b'mod partikolari b'miżuri biex jiżdiedu l-livelli ta' litteriżmu fost iż-żgħażagħ u jiġi razzjonaliżżat in-netwerk nazzjonali ta' l-iskola u jsaħħu s-sistema nazzjonali ta' taħriġ vokazzjonali.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali Portugiż fejn jeħtieġ li jiġu indirizzati l-isfidi bl-ogħla prijorità huma: titjib fil-kisbiet fl-edukazzjoni u tat-tagħlim tul il-ħajja; titjib fl-adattabbiltà tas-suq tax-xogħol u l-indirizzar tas-segmentazzjoni. Dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati fil-kuntest ta' iktar progress fir-riforma amministrattiva u l-kontroll ta' l-infiq dejjem jikber fuq trasferimenti soċjali. Fuq dan l-isfond il-Portugall huwa rrakkomandat:

    fil-kuntest tal-korrezzjoni kontinwa ta' l-iżbilanċi fiskali u r-riforma ta' l-amministrazzjoni pubblika, jidderiġi mill-ġdid l-infiq pubbliku lejn użi li jappoġġaw iktar it-tkabbir potenzjali, filwaqt li jżommu kontroll sod fuq in-nefqa pubblika globali;

    jimplimenta miżuri biex b'mod qawwi jtejjeb radikalment il-livelli ta' riżultati fl-edukazzjoni taż-żgħażagħ, u jiżviluppa sistema ta' taħriġ vokazzjonali li hija rilevanti għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u bbażata fuq il-proposta reċenti għall-istabbiliment ta' “Qafas Nazzjonali ta' Kwalifiki”;

    isegwi il-modernizzar tal-protezzjoni ta' l-impjiegi, inkluż il-leġiżlazzjoni biex titrawwem il-flessibbiltà u s-sigurtà biex jitnaqqsu l-livelli għolja tas-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perijodu tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali li l-Portugall jiffoka fuq: żgurar li l-Pjan Teknoloġiku promettenti jiġi implimentat bis-sħiħ, ir-rabtiet bejn ir-riċerka u l-industrija jiġu kkonsolidati u l-involviment tas-settur privat jissaħħaħ; żgurar ta' kompetizzjoni effettiva fis-swieq ta' l-enerġija u s-servizzi finanzjarji; jitnaqqsu l-emissjonijiet; jitnaqqas id-defiċit fit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE għal-liġi nazzjonali; u l-indirizzar tal-fatturi li jfixklu l-koeżjoni soċjali.

    IS-SLOVENJA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Is-Slovenja qed tagħmel progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha. Is-Slovenja qed tieħu miżuri xierqa f'xi oqsma ewlenin bħall-intraprenditorija u r-regolamentazzjoni aħjar. Nediet il-parti l-kbira tar-riformi ewlenin tal-linji politiċi dwar l-impjiegi, u qed tibbenefika minn kondizzjonijiet ta' tkabbir makroekonomiku relattivament favorevoli. Ġew adottati xi miżuri fir-rigward tar-riforma tan-nefqa pubblika bil-għan tat-tnaqqis tagħha. L-istess għall-qasam mikroekonomiku ta' progress fit-tisħiħ tal-qafas ta' innovazzjoni u kompetizzjoni. Fir-rigward tas-suq tax-xogħol, il-progress dwar l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija attiva tat-tixjiħ u dwar it-tneħħija ta' ostakli għall-impjiegi taż-żgħażagħ għadu s'issa mhux rapidu biżżejjed. Progress fl-implimentazzjoni ta' l-impenji li saru fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006 huwa moderat.

    3.

    Il-punti sodi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali u l-implimentazzjoni tiegħu fl-2006 jinkludu: l-isforzi tar-riforma fiskali; il-miżuri varji għall-promozzjoni ta' l-intraprenditorija; ir-ristrutturar għaddej tal-fondi ta' l-istat għal investituri bil-portafoll; is-sehem dejjem jonqos ta' l-għajnuna statali fil-PGD; u l-progress lejn il-liberalizzazzjoni sħiħa tas-swieq ta' l-enerġija u l-ħolqien tat-tieni attur fis-suq.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali Sloven fejn jeħtieġ li jiġu indirizzati l-isfidi bl-ogħla prijorità huma: it-titjib fit-tul tas-sostenibbiltà fiskali u ż-żieda fir-rata ta' l-impjieg tal-ħaddiema ikbar fl-età; u t-tisħiħ ta' l-aspetti ta' attivazzjoni u prevenzjoni tal-politika ta' l-impjieg, li bħalissa mexjin bil-mod fir-rispons għall-kondizzjonijiet li qed jinbidlu b'rata mgħaġġla fis-suq tax-xogħol. Fuq dan l-isfond, huwa rrakkomandat li s-Slovenja:

    tieħu iktar passi biex issaħħaħ ir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet u tippromwovi anzjanità attiva, bil-ħsieb li żżid ir-rata ta' l-impjieg tal-ħaddiema ikbar fl-età u ttejjeb is-sostenibbiltà fit-tul.

    ittejjeb is-servizzi ta' l-impjiegi fid-dawl tal-mixja lejn arranġament kuntrattwali iktar flessibbli u l-kondizzjonalità diġà miżjuda ta’ benefiċċji, u tingħata prijorità għolja għall-offerta ta' servizzi fi stadju iktar bikri tal-qgħad.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perijodu tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali li s-Slovenja tiffoka fuq: l-istabbiliment ta' miri konkreti u realistiċi għall-investiment fir-Riċerka u l-Iżvilupp; tisħiħ tar-rwol ta' l-Uffiċċju ġdid għat-Tkabbir u ta' l-Aġenzija Slovena għat-Tekonoloġija; tisħiħ ta' l-infurzar tal-qafas legali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; titjib fil-kompetizzjoni, notevolment fis-snajja rregolati u fis-servizzi professjonali, u tisħiħ fl-effettività ta' l-Uffiċju tal-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni; promozzjoni aħjar tat-tekonoloġiji ambjentali u effiċjenza ta' l-enerġija; taqsir taż-żmien ta' l-istabbiliment tan-negozji u tnaqqis ta' l-ispejjeż relatati; tnaqqis tas-segmentazzjoni u l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol; tisħiħ tar-rabta bejn is-sistema ta' l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol.

    IS-SLOVAKKJA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Is-Slovakkja qed tagħmel progress limitat fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha. Madanakollu, jibqgħu sfidi importanti u l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali, partikolarment fl-oqsma mikroekonomiku u ta' l-impjiegi. Progress dwar l-impenji li saru fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006 huwa mħallat.

    3.

    Fost il-punti sodi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali u l-implimentazzjoni tiegħu hemm: il-linji ta' politika għat-titjib ta' l-ambjent tan-negozju u għall-ħolqien ta' soċjetà ta' l-informazzjoni issa qed jagħtu riżultati favorevoli; it-tkabbir ta' l-impjieg ġie msaħħaħ b'inċentivi tat-taxxa ġodda, miżuri ta' mobbiltà u xi titjib fis-servizz offrut lil xi gruppi żvantaġġati; u progress fir-riforma ta' l-edukazzjoni terzjarja flimkien ma' miżuri ġodda biex jappoġġaw l-użu ta' l-ICT u l-integrazzjoni tat-tfal żvantaġġati fis-sistema ta' l-edukazzjoni.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali Slovakk fejn jeħtieġ li jiġu indirizzati l-isfidi bl-ogħla prijorità huma: fil-kuntest tal-konsolidazzjoni fiskali, l-indirizzar mill-ġdid ta' iktar riżorsi lejn ir-Riċerka u l-Iżvilupp, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni u l-Iżvilupp ta' strateġiji ċari u prijoritajiet f'dawn l-oqsma; tisħiħ ta' l-azzjoni dwar it-titjib tal-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja; u sforzi addizzjonali biex jitnaqqas il-qgħad għall-perijodu fit-tul, speċjalment fost il-gruppi vulnerabbli inkluż il-minorità Roma. Fuq dan l-isfond, huwa rrakkomandat li s-Slovakkja:

    talloka mill-ġdid in-nefqa lejn ir-Riċerka u l-Iżvilupp u l-edukazzjoni u tkompli l-Iżvilupp ta' strateġija nazzjonali koerenti fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, b'interkonnessjonijiet b'saħħithom bejn l-istituzzjonijiet tar-riċerka u n-negozji;

    tadotta strateġija ta' tagħlim tul il-ħajja li tkopri l-Iżvilupp fis-sistemi u l-livelli kollha ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ li tindirizza l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u l-individwi u ttejjeb il-livelli ta' kwalifika u ħiliet, u tikkumplimenta r-riforma ta' l-edukazzjoni terzjarja bir-riforma ta' l-edukazzjoni primarja u sekondarja;

    tiżviluppa approċċ komprensiv għall-indirizzar tal-qgħad għall-perijodu fit-tul, notevolment bl-iżvilupp ta' linji politiċi mmirati lejn is-suq tax-xogħol attiv għall-gruppi l-iktar vulnerabbli.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perijodu tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali li s-Slovakkja tiffoka fuq: sforzi kontinwi dwar linji politiċi ta' l-ICT, speċjalment fl-infrastruttura broadband; titjib fis-sistemi ta' regolamentazzjoni aħjar; it-tneħħija tad-differenza fil-paga ta’ bejn is-sessi; u l-Iżvilupp ta' strateġija attiva tat-tixjiħ biex jiżdied l-impjieg ta' ħaddiema ikbar fl-età.

    IL-FINLANDJA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Il-Finlandja qed tagħmel progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha. Il-Finlandja qiegħda wkoll b'mod ġenerali tirrispondi tajjeb għall-impenji li saru fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006. Sar progress b'mod partikolari fl-ambjent tan-negozju għall-SMEs.

    3.

    Fost il-punti sodi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali Finlandiż u l-implimentazzjoni tiegħu hemm: iktar azzjoni biex tiġi posposta l-età ta' rtirar, li tikkumplimenta l-azzjoni diġà estensiva biex tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u biex il-Finlanjda tipprepara għall-effetti ta' popolazzjoni dejjem tikber fl-età; firxa ta' miżuri importanti għal iktar titjib tal-bażi ta' għarfien eċċellenti tal-Finlandja.

    4.

    Huwa importanti matul il-perijodu tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali li l-Finlandja tiffoka fuq: l-implimentazzjoni ta' riformi għat-titjib fil-kompetizzjoni u produttività f'xi setturi tas-servizzi għas-simplifikar ta' proċeduri ta' reklutaġġ għan-negozji; l-inkoraġġiment lis-sistemi ta' negozjar ta' pagi lokali; u l-indirizzar ta' problemi fis-suq tax-xogħol, bil-ħsieb partikolari ta' l-indirizzar tal-qgħad strutturali għoli, speċjalment il-qgħad ta' ħaddiema b'ħiliet baxxi, inklużi ż-żgħażagħ.

    L-IŻVEZJA

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    L-Iżvezja qed tagħmel progress tajjeb ħafna fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħha li kien rivedut mill-gvern il-ġdid. Qed tindirizza l-biċċa l-kbira ta' l-impenji magħmula mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006. Il-qafas makro-ekonomika b'orjentazzjoni għall-istabbiltà huwa xieraq u jaħdem tajjeb. Sforz qawwi qed isir biex jissaħħu l-inċentivi għax-xogħol. Miżuri addizzjonali huma meħtieġa għat-titjib tal-kompetizzjoni fis-servizzi.

    3.

    Fost il-punti sodi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali Svediż u l-implimentazzjoni tiegħu hemm: il-progress li sar fiż-żieda ta' l-investiment fir-Riċerka u l-Iżvilupp u billi jmexxi 'l quddiem miżuri biex iħeġġu l-innovazzjoni; l-approċċ vigoruż għall-inkoraġġament ta' l-intraprenditorija; il-prestazzjoni ta' l-Iżvezja dwar l-appoġġ għall-użu sostenibbli ta' l-enerġija, li hija fost l-aqwa fl-UE; progress fiż-żieda tal-provvista tax-xogħol; il-miżuri biex jissimplifikaw u jrendu iktar profitabbli t-tmexxija ta' negozju bit-tneħħija gradwali ta' taxxi u tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi; u proposti għat-tisħiħ ta' inċentivi għax-xogħol, notevolment bidliet fit-tassazzjoni tas-suq u s-sistemi ta' benefiċċju.

    4.

    Ikun importanti matul il-perijodu tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali li l-Iżvezja tiffoka fuq: it-teħid ta' iktar miżuri regulatorji biex tiżdied il-kompetizzjoni, notevolment fis-servizzi; l-implimentazzjoni ta' titjib, ippjanati malajr għas-sistema ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt; it-teħid ta' approċċ iktar koerenti għat-titjib fir-regolamentazzjoni, tisħiħ ta' l-istrateġija tagħha biex iżżid il-provvista tax-xogħol u sigħat maħduma, inkluż permezz ta' l-implimentazzjoni ta' proposti biex jiżdiedu l-inċentivi għax-xogħol, kif ukoll miżuri iktar sodi għaż-żieda tar-rata ta' l-impjiegi ta' l-immigranti u ż-żgħażagħ u biex jintegraw mill-ġdid nies fl-iskemi relatati mal-mard;

    IR-RENJU UNIT

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata fir-Rapport Annwali ta' Progress 2007 tal-Kummissjoni — It-Tieni Parti — u skond il-Linji Gwida Integrati għall-Impjiegi u t-Tkabbir, il-konklużjonijiet li ġejjin huma xierqa:

    2.

    Ir-Renju Unit qed jagħmel progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tiegħu u ta' l-impenji magħmula mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006. Sar progress sod fl-oqsma ta' politika kollha, partikolarment fil-politika mikro-ekonomika u ta' l-impjiegi. Fil-politika makroekonomika, inbdiet konsolidazzjoni fiskali u hemm preżenti u għandhom jiġu implimentati pjanijiet għal aktar konsolidazzjoni fiskali; u diġà tfasslu pjanijiet għal riforma tal-pensjonijiet, bi preżentazzjoni li diġà saret ta' abbozz ta' leġiżlazzjoni fil-Parlament. Ir-Renju Unit għamel sforzi ikbar biex jinvolvi lill-partijiet interessati.

    3.

    Il-punti partikolarment sodi ta' l-implimentazzjoni tar-riforma tar-Renju Unit huma l-inkoraġġament għall-intraprenditorija, il-promozzjoni ta' regolamentazzjoni aħjar, u t-twettiq tar-riformi ta' l-għajnuna soċjali. Bosta riformi oħra li nrexxew diġà ġew implimentati, bħall-ftuħ tas-suq ta' l-enerġija, iż-żieda ta' l-investiment fl-infrastruttura tat-trasport, u l-introduzzjoni ta' linki politiċi ta' ħlas, per eżempju ħlas għall-konġestjoni tat-toroq tat-trasport ta' Londra. Ir-Renju Unit wettaq ukoll riformi innovattivi għat-titjib tal-kwalità tan-nefqa pubblika li għadhom qed jiġu implimentati.

    4.

    L-oqsma ta' politika fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali tar-Renju Unit fejn baqa' sfidi li jeħtieġ li jiġu indirizzati bl-ogħla prijorità huma: titjib tal-ħiliet bażiċi u intermedjarji mqabbla ma' ekonomiji oħrajn; u t-teħid ta' iktar miżuri kontra l-iżvantaġġar u l-esklużjoni fis-suq tax-xogħol. Fuq dan l-isfond, huwa rrakkomandat li r-Renju Unit:

    iżid il-ħiliet bażiċi u intermedjarji, indirizzati bir-reviżjoni Leitch reċenti ta' ħiliet, sabiex ikabbar il-produttività, u biex ikompli jtejjeb il-prospetti ta' l-impjiegi għall-iktar żvantaġġati.

    5.

    Barra minn hekk, ikun importanti matul il-perijodu tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali li r-Renju Unit jiffoka fuq: l-iżgurar li l-proposti attwali dwar ir-riforma tal-pensjonijiet huma implimentati effettivament; iż-żieda progressiva tal-provvista tad-djar sabiex jitnaqqsu il-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tad-djar fil-perijodu medju; l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija tax-xjenza u l-innovazzjoni tiegħu, għandu jkun indikat il-livell intermedjarju u l-kwalità ta' l-investiment tar-Riċerka u l-Iżvilupp għall-2010 u għandhom jittieħdu miżuri għal aktar tisħiħ ta' l-inċentivi fl-investiment u biex jiżdied l-involviment mis-settur privat; u aktar titjib fl-aċċess għall-kura tat-tfal.

    STATI MEMBRI TAŻ-ŻONA TA' L-EURO

    1.

    Fid-dawl ta' l-analiżi ppreżentata hawn taħt u skond il-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi, il-konklużjoni hija li:

    2.

    Ir-Rapporti ta' Implimentazzjoni ta' l-Istati Membri taż-Żona ta' l-euro juru li qed isir progress globali, li jirrifletti l-azzjoni sustantiva f'bosta pajjiżi. Biż-żona ta' l-euro tikber skond il-potenzjal tagħha, l-iżviluppi pożittivi fis-suq tax-xogħol kif riflessi fir-rata tal-qgħad li qiegħda tonqos u żjieda fl-impjiegi, u numru ta' riformi li qed jiġu preparati, id-dehra ġenerali għal ritorn ekonomiku fit-tul ittejbet sinifikattivament. Sa ċertu punt, din is-sitwazzjoni ekonomika mtejba hija dovuta għal riformi strutturali tal-passat. Dan il-momentum għandu jintuża biex titkompla b'qawwa l-implimentazzjoni ta' l-istrateġiji tar-riforma u l-konsolidazzjoni baġitarja. L-interdipendenza mqarrba ekonomika u finanzjarja ġġenerata minn munita singola tagħmilha meħtieġ għall-Istati Membri tagħha li jimplimentaw linji politiċi ambizzjużi, barra li jimmiraw li jgħollu l-potenzjal tat-tkabbir, jinkludu wkoll miżuri biex jiżguraw il-funzjonament mexxej ta' aġġustamennt fl-unjoni monetarja. F'dan il-kuntest, il-koordinazzjoni politika ekonomika effettiva hija meħtieġa fil-livell taż-żona ta' l-euro. Hija tgħin ukoll biex tippromwovi azzjoni politika fl-Istati Membri biex ikunu żgurati dixxiplina fiskali u riformi strutturali. Dan huwa meħtieġ għaż-żieda fil-potenzjal tat-tkabbir ta' l-ekonomija, tisħiħ tal-ħila taż-żona ta' l-euro għall-assorbiment tax-xokkijiet assimetriċi u b'hekk tkun ippreservata l-istabbiltà tal-prezzijiet filwaqt li jkun promoss id-dinamiżmu ekonomiku fiż-żona ta' l-euro.

    3.

    Fost il-punti sodi ta' l-implimentazzjoni tal-Programmi ta' Riforma Nazzjonali ta' l-Istati Membri fiż-żona ta' l-euro hemm li qed iseħħu jew huma ppjanati riformi promettenti biex iżidu l-utilizzazzjoni tax-xogħol u l-produttività tiegħu, biex isaħħu r-R & Ż u l-innovazzjoni, jiżviluppaw il-kapital uman u biex joħolqu ambjent tan-negozju iktar attraenti, notevolment permezz ta' linji politiċi biex itejbu r-regolamentazzjoni u l-kompetizzjoni. It-tpoġġija tal-Programmi ta' Riforma Nazzjonali f'qafas ta' politika ġenerali ambizzjuż jista' jagħtihom aktar saħħa.

    4.

    Bi żvilupp fuq il-konklużjonijiet tal-politika identifikati għal kull Stat Membru taż-żona ta' l-euro individwali bbażati fuq il-Programm ta' Riforma Nazzjonali tagħhom, hija meħtieġa azzjoni urġenti għall-pajjiżi kollha taż-żona ta' l-euro f'oqsma ta' politika li jtejbu l-funzjonament ta' l-EMU u jikkontribwixxu biex jindirizzaw diverġenzi persistenti fl-inflazzjoni, il-kompetittività u t-tkabbir. Min-naħa bagitarja, filwaqt li qed isir progress biex jitnaqqsu d-defiċits, xi pajjiżi jeħtieġ jaċċelleraw il-pass tal-konsolidazzjoni strutturali baġitarja u jkomplu jirriformaw is-sistemi tal-pensjonijiet u tal-kura tas-saħħa sabiex jindirizzaw l-impatt baġitarju ta' popolazzjonijiet li dejjem jikbru fl-età. Barra minn hekk, il-kwalità tal-finanzi pubbliċi għandha tittejjeb, partikolarment bl-intenzjoni li jissaħħu l-produttività u l-innovazzjoni, biex b'hekk jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u s-sostenibbiltà fiskali. Biex ikunu żgurati mekkaniżmi ta' aġġustament intern ta' l-EMU aktar dinamiċi u effiċjenti, is-swieq għandhom jingħamlu jiffunzjonaw aħjar, permezz ta' kompetizzjoni u liberalizzazzjoni msaħħin, jiġifieri biex tkun żgurata l-mobbiltà tal-fatturi tal-produzzjoni, adattazzjoni rapida tal-prezzijiet u tal-pagi għal xokkijiet u integrazzjoni isħaħ tal-kummerċ. Huwa essenzjlai li jkunu mrawmin l-innovazzjoni u t-tkabbir tal-produttività. F'unjoni monetarja, huwa importanti wkoll impenn ferm lejn żviluppi li jwasslu għal stabbiltà fil-pagi biex tkun żgurata l-kompetittività u l-impjiegi għall-perijodu medju u fit-tul. Ir-reviżjoni regolari tal-funzjonament ta' l-istabbiliment tal-prezzijiet u tal-pagi (pubbliċi u privati) għandha għalhekk titkompla. Għandha tingħata aktar attenzjoni lill-mobbiltà tax-xogħol fil-pajjiżi taż-żona ta' l-euro. Is-swieq finanzjarji u tal-prodotti t-tnejn għandhom rwol ewlieni ta' livellar ta' l-aġġustament intern. Ir-Reviżjoni tas-Suq Intern li ġejja ser tkun ta' importanza partikolari għaż-żona ta' l-euro, kif ukoll implimentazzjoni rapida tad-Direttiva tas-Servizzi u l-implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan ta' Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji. Titjib fil-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi jikkontribwixxu aktar biex jillivellaw l-aġġustament ta' l-EMU.

    F'dan il-kuntest, l-Istati Membri taż-żona ta' l-euro huma rrakkomandati li, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal pajjiżhom:

    jagħmlu użu mis-sitwazzjoni ċiklika favorevoli biex jimmiraw lejn jew isegwu konsolidazzjoni baġitarja iktar ambizzjuża lejn l-objettivi għall-perijodu medju tagħhom f'konformità mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, biex b'hekk jippruvaw jilħqu aġġustament strutturali annwali ta' l-inqas ta' 0.5 % tal-PGD bħala livell ta' riferiment;

    itejbu l-kwalità tal-finanzi pubbliċi tagħhom billi jirrevedu l-ispiżi pubbliċi u t-tassazzjoni, bl-intenzjoni li jsaħħu l-produttività u l-innovazzjoni, biex b'hekk jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u s-sostenibbiltà fiskali.

    effettivament jimplimentaw miżuri li jtejbu l-kompetizzjoni, speċjalment fis-servizzi, u jżidu l-miżuri li jippromwovu l-integrazzjoni sħiħa tas-swieq finanzjarji u l-kompetizzjoni fis-servizzi finanzjarji bl-imnut.

    itejbu l-flessibbiltà u sigurtà fis-swieq tax-xogħol inter alia b'allinjament aħjar ta' l-iżviluppi tal-produttività u l-pagi, bilanċjar tal-protezzjoni ta' l-impjiegi u s-sigurtà fis-suq u jattwaw miżuri li jippromwovu l-mobbiltà tax-xogħol bejn il-fruntieri u bejn l-impjiegi.

    5.

    Bil-ħsieb ta' l-effetti sekondarji u s-sinerġiji li jirriżultaw minn linji politiċi nazzjonali u żviluppi lokali fi ħdan l-unjoni monetarja, l-Istati Membri taż-żona ta' l-euro għandhom jimmiraw għal koordinazzjoni politika effettiva, speċjalment fil-kuntest tal-Eurogroup, u fejn xieraq u f'konformità ma' ftehim preċedenti, f'fora internazzjonali. Dan ikun ta' kontribut sinifikanti biex jiġu indirizzati b'suċċess l-isfidi ta' politika fi ħdan iż-żona ta' l-euro u fl-ekonomija globali. L-Istati Membri taż-żona ta' l-euro huma mistiedna li jieħdu kont ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet fil-linji politiċi nazzjonali tagħhom. L-Eurogroup regolarment ser jirrevedi l-implimentazzjoni tagħhom.


    Top