Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007E0634

    Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/634/PESK ta' l- 1 ta’ Ottubru 2007 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/113/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

    ĠU L 256, 2.10.2007, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/02/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2007/634/oj

    2.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 256/28


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/634/PESK

    ta' l-1 ta’ Ottubru 2007

    li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/113/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-15 ta' Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/113/PESK (1) li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali.

    (2)

    Fil-laqgħa tiegħu tal-21-22 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill Ewropew adotta strateġija ta' l-UE għal sħubija ġdida ma' l-Asja Ċentrali. Billi r-RSUE ingħata rwol li jagħmel monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' dik l-istrateġija, il-mandat tiegħu għandu jiġi adattat kif meħtieġ.

    (3)

    Fis-27 ta' Lulju 2007, abbażi ta' reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' l-Azzjoni Konġunta 2007/113/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li jsiru iktar aġġustamenti għall-mandat tar-RSUE.

    (4)

    L-Azzjoni Konġunta 2007/113/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 3(1) ta' l-Azzjoni Konġunta 2007/113/PESK għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

    (a)

    jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea fl-Asja Ċentrali u jiżgura l-konsistenza ta' l-azzjonijiet esterni ta' l-Unjoni Ewropea fir-reġjun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza Komunitarja;

    (b)

    jagħmel monitoraġġ, f'isem ir-Rappreżentant Għoli u skond il-mandat tiegħu, flimkien mal-Kummissjoni u mal-Presidenza, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza Komunitarja, tal-proċess ta' implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' l-UE għal Sħubija Ġdida ma' l-Asja Ċentrali, jagħmel rakkomandazzjonijiet u jirrapporta lill-korpi rilevanti tal-Kunsill fuq bażi regolari;

    (ċ)

    jassisti lill-Kunsill fl-iżvilupp ulterjuri ta' politika komprensiva fir-rigward ta' l-Asja Ċentrali;

    (d)

    isegwi mill-qrib l-iżviluppi politiċi fl-Asja Ċentrali billi jiżviluppa u jżomm kuntatti mill-qrib mal-gvernijiet, il-parlamenti, il-ġudikatura, is-soċjetà ċivili u l-medja tal-massa;

    (e)

    jinkoraġġixxi lill-Kazakistan, ir-Repubblika tal-Kirgiztan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan biex jikkoperaw fir-rigward ta' kwistjonijiet reġjonali ta' interess komuni;

    (f)

    jiżviluppa kuntatti u koperazzjoni adatti ma' l-atturi interessati ewlenin fir-reġjun, inkluż l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti kollha, inklużi l-Organizzazzjoni ta' Kooperazzjoni ta' Shanghai (SCO), il-Komunità Ekonomika Ewrasjana (EURASEC), il-Konferenza dwar l-Interazzjoni u Miżuri li jibnu l-Kunfidenza fl-Asja (CICA), l-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva (CSTO), il-Programm ta' Koperazzjoni Ekonomika Reġjonali ta' l-Asja Ċentrali (CAREC) u ċ-Ċentru ta' Informazzjoni u Kordinazzjoni Reġjonali ta' l-Asja Ċentrali (CARICC);

    (g)

    jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tan-nisa u t-tfal u f'żoni affetwati minn konflitt, speċjalment permezz tal-monitoraġġ u l-indirizzar ta' l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

    (h)

    jikkontribwixxi, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-OSCE, għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti billi jiżviluppa kuntatti ma' l-awtoritajiet u ma' atturi lokali oħra (NGOs, partiti politiċi, minoritajiet, gruppi reliġjużi u l-mexxejja tagħhom);

    (i)

    jagħti kontribut għall-formulazzjoni ta' aspetti ta' sigurtà ta' l-enerġija kif ukoll ma' anti-narkotiċi tal-PESK fir-rigward ta' l-Asja Ċentrali.”.

    Artikolu 2

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

    Magħmula fil-Lussemburgu, 1 ta’ Ottubru 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. LINO


    (1)  ĠU L 46, 16.2.2007, p. 83.


    Top