Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007E0092

    2007/92/PESK: Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/92/PESK tat- 12 ta’ Frar 2007 li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju

    ĠU L 41, 13.2.2007, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 68–68 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2007/92/oj

    8.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    68


    POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/92/PESK

    tat-12 ta’ Frar 2007

    li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-13 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Kosta ta' l-Ivorju (1) sabiex jiġu implimentati l-miżuri imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju mir-Riżoluzzjoni 1572(2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR”). Skond dik ir-Riżoluzzjoni, dawn il-miżuri applikaw sal-15 ta' Diċembru 2005.

    (2)

    Fit-23 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/30/PESK (2) li ġeddet il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju mill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK għal perjodu ulterjuri ta' tnax-il xahar, u ssupplimentathom bil-miżuri restrittivi imposti mill-paragrafu 6 ta' l-UNSCR 1643(2005). Skond dik ir-Riżoluzzjoni, dawn il-miżuri applikaw sal-15 ta' Diċembru 2006.

    (3)

    Fid-dawl ta' l-iżviluppi reċenti fil-Kosta ta' l-Ivorju, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fil-15 ta' Diċembru 2006 adotta r-Riżoluzzjoni 1727(2006) li ġeddet il-miżuri restrittivi imposti mill-UNSCR 1572(2004) u mill-UNSCR 1643(2005) sal-31 ta' Ottubru 2007.

    (4)

    Il-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK u mill-Pożizzjoni Komuni 2006/30/PESK għandhom għalhekk jiġu mġedda b'effett mis-16 ta' Diċembru 2006 sal-31 ta' Ottubru 2007, sabiex jagħtu effett lill-UNSCR 1727(2006),

    ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

    Artikolu 1

    Il-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK u mill-Pożizzjoni Komuni 2006/30/PESK għandhom jiġu applikati sal-31 ta' Ottubru 2007, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor skond kwalunkwe Riżoluzzjoni relevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fil-ġejjieni.

    Artikolu 2

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tapplika mis-16 ta' Diċembru 2006 sal-31 ta' Ottubru 2007.

    Artikolu 3

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Frar 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F.-W. STEINMEIER


    (1)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 50. Pożizzjoni Komuni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2006/483/PESK (ĠU L 189, 12.7.2006, p. 23).

    (2)  ĠU L 19, 24.1.2006, p. 36.


    Top