Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0350

    2007/350/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Mejju 2007 li taħtar membru Latvjan u żewġ membri supplenti Latvjani fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 132, 24.5.2007, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/350/oj

    24.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 132/33


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-7 ta’ Mejju 2007

    li taħtar membru Latvjan u żewġ membri supplenti Latvjani fil-Kumitat tar-Reġjuni

    (2007/350/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Latvjan,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010.

    (2)

    Post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Uldis AUGULIS. Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni jsir vakanti bil-ħatra tas-Sur Aleksandrs LIELMEŽS bħala membru ta’ dak il-Kumitat. Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Gunārs LAICĀNS,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura, fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

    (a)

    bħala membru:

    Is-Sur Aleksandrs LIELMEŽS, minflok is-Sur Uldis AUGULIS;

    (b)

    bħala supplenti:

    Is-Sinjura Ligita GINTERE, il-President tal-Muniċipalità Lokali ta’ Jaunpils, minflok is-Sur Aleksandrs LIELMEŽS,

    Is-Sur Jānis NEIMANIS, il-President tal-Muniċipalità tal-Belt ta’ Grobiņa, minflok is-Sur Gunārs LAICĀNS.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. SEEHOFER


    (1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


    Top