Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0127

    2007/127/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta’ Frar 2007 li testendi l-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri fid-Deċiżjoni 2002/148/KE li tikkonkludi l-konsultazzjonijiet maż-Żimbabwe taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE

    ĠU L 53, 22.2.2007, p. 23–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 131–133 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/127(1)/oj

    8.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    131


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tad-19 ta’ Frar 2007

    li testendi l-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri fid-Deċiżjoni 2002/148/KE li tikkonkludi l-konsultazzjonijiet maż-Żimbabwe taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE

    (2007/127/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE ffirmat f'Kotonu fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta' Awissu 2005 (2),

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill, dwar miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/148/KE (4), il-konsultazzjonijiet mar-Repubblika taż-Żimbabwe taħt l-Artikolu 96(2)(ċ) tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE ġew konklużi u ttieħdu l-miżuri xierqa, kif speċifikat fl-Anness ma' dik id-Deċiżjoni.

    (2)

    Permezz tad-Deċiżjoni 2006/114/KE l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2002/148/KE, li kienu ġew estiżi sa l-20 ta' Frar 2004 permezz ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/112/KE (5), sa l-20 ta' Frar 2005 permezz ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2004/157/KE (6) u sa l-20 ta' Frar 2006 permezz ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2005/139/KE (7), ġew estiżi b'perjodu ieħor ta' 12-il xahar sa l-20 ta' Frar 2007.

    (3)

    L-elementi essenzjali msemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE għadhom jiġu vjolati mill-Gvern taż-Żimbabwe u l-kondizzjonijiet kurrenti fiż-Żimbabwe ma jiżgurawx ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi u ta' l-istat tad-dritt.

    (4)

    Il-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri għandu għalhekk jiġi estiż,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-perjodu ta' l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2002/148/KE huwa b'dan estiż sa l-20 ta' Frar 2008. Il-miżuri għandhom jinżammu taħt reviżjoni kontinwa.

    L-ittra li tidher fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni għandha tiġi indirizzata lill-President taż-Żimbabwe.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Frar 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. GLOS


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 25

    (3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376. Ftehim Intern kif emendat l-aħħar mill-Ftehim Intern ta' l-10 ta' April 2006 (ĠU L 247, 9.9.2006, p. 48).

    (4)  ĠU L 50, 21.2.2002, p. 64. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/114/KE (ĠU L 48, 18.2.2006, p. 26).

    (5)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 25.

    (6)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 60.

    (7)  ĠU L 48, 19.2.2005, p. 28.


    ANNESS

    Brussell, 21 ta' Frar 2007

    L-Unjoni Ewropea tagħti l-akbar importanza lid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE. Bħala elementi essenzjali tal-Ftehim ta' Sħubija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt huma l-bażi tar-relazzjonijiet tagħna.

    Bl-ittra tad-19 ta' Frar 2002, l-Unjoni Ewropea infurmatek bid-deċiżjoni tagħha li tikkonkludi l-konsultazzjonijiet miżmuma taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE u li tieħu ċerti “miżuri xierqa” fis-sens ta' l-Artikolu 96(2)(ċ) ta' dak il-Ftehim.

    Bl-ittri tad-19 ta' Frar 2003, tad-19 ta' Frar 2004, tat-18 ta' Frar 2005 u tal-15 ta' Frar 2006, l-Unjoni Ewropea infurmatek bid-deċiżjonijiet tagħha li ma tirrevokax l-applikazzjoni tal-“miżuri xierqa” u li testendi l-perjodu ta' applikazzjoni sa l-20 ta' Frar 2004, l-20 ta' Frar 2005, l-20 ta' Frar 2006 u l-20 ta' Frar 2007 rispettivament.

    Wara tnax-il xahar, l-Unjoni Ewropea tqis li ma sar l-ebda progress sinifikattiv fil-ħames oqsma msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002.

    Fid-dawl ta' dak li ssemma' hawn fuq, l-Unjoni Ewropea ma tqisx li tista' tirrevoka l-miżuri xierqa u ddeċidiet li testendi l-perjodu ta' l-applikazzjoni tagħhom sa l-20 ta' Frar 2008.

    L-Unjoni Ewropea tixtieq terġa' tenfasizza li mhijiex qiegħda tippenalizza l-poplu taż-Żimbabwe u ser tkompli bil-kontribuzzjoni tagħha għall-operazzjonijiet ta' natura umanitarja u għall-proġetti f'appoġġ dirett lill-popolazzjoni, partikolarment il-proġetti f'setturi soċjali, għad-demokratizzazzjoni, għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u għall-istat tad-dritt, li mhumiex milquta minn dawn il-miżuri.

    L-Unjoni Ewropea tixtieq tfakkar li l-applikazzjoni tal-miżuri xierqa fis-sens ta' l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE ma tikkostitwixxi l-ebda xkiel għad-djalogu politiku kif definit fid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 ta' dak l-istess Ftehim.

    B'dan il-ħsieb, l-Unjoni Ewropea tixtieq għal darba oħra tisħaq l-importanza li hi torbot mal-koperazzjoni fil-futur bejn il-KE u ż-Zimbabwe. L-Unjoni Ewropea tixtieq tikkonferma r-rieda tagħha li tkompli tuża l-opportunità provduta mill-eżerċizzju attwali ta' programmazzjoni ta' l-Għaxar EDF sabiex tkompli bid-djalogu u, hekk kif il-kondizzjonijiet jippermettu, li tagħmel progress lejn sitwazzjoni fejn terġa' ssir possibbli koperazzjoni sħiħa.

    Għoddni tiegħek,

    Għall-Kummissjoni

    J.M. BARROSO

    Għall-Kunsill

    M. GLOS


    Top