Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1801

    Regolament tal-kunsill (KE) Nru 1801/2006 tat- 30 ta’ Novembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja

    ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1–3 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 285–287 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1801/oj

    Related international agreement
    Related international agreement

    32006R1801

    Regolament tal-kunsill (KE) Nru 1801/2006 tat- 30 ta’ Novembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja

    Official Journal L 343 , 08/12/2006 P. 0001 - 0003
    Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0285 - 0287


    20061130

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006

    tat- 30 ta’ Novembru 2006

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 37 flimkien ma' l-Artikolu 300(2) u (3), l-ewwel paragrafu, tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi:

    (1) Il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja nnegozjaw u inizjalaw Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd li jipprovdi lis-sajjieda tal-Komunità b'opportunitajiet ta' sajd fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità tar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta' Sħubija".

    (2) Huwa fl-interess tal-Komunità li jiġi approvat l-imsemmi Ftehim ta' Sħubija.

    (3) Huwa meħtieġ li jiġi definit il-metodu ta' tqassim ta' l-opportunitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim ta' Sħubija huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    1. L-opportunitajiet ta' sajd stabbiliti mill-Protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previsti fl-imsemmi Ftehim ta' Sħubija, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Protokoll"), għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:

    Kategorija ta' sajd | TG jew liċenzji massimi għal kull perjodu tal-liċenzji | Stat Membru | TG, liċenzji jew kwota ta' qabdiet annwali għal kull Stat Membru |

    Kategorija 1: Bastimenti tas-sajd għal krustaċji ħlief l-awwista u l-granċ | 9440 TG | Spanja | 7183 TG |

    L-Italja | 1371 TG |

    Il-Portugall | 886 TG |

    Kategorija 2: Skejjen tas-sajd bit-tkarkir u skejjen tas-sajd bil-konzijiet tal-qiegħ għas-sajd tal-marlozz iswed | 3600 TG | Spanja | 3600 TG |

    Kategorija 3: Bastimenti tas-sajd għal speċi demersali ħlief il-marlozz iswed bil-magni minbarra l-iskuna tas-sajd bit-tkarkir | 2324 TG | Spanja | 1500 TG |

    Ir-Renju Unit | 800 TG |

    Malta | 24 TG |

    Kategorija 4: Skejjen tas-sajd bit-tkarkir bil-friża li jistadu għal speċi demersali | 750 TG | Il-Greċja | 750 TG |

    Kategorija 5: Ċefalopodi | 18600 TG 43 liċenzja | Spanja | 39 liċenzja |

    L-Italja | 4 liċenzji |

    Kategorija 6: Awwisti | 300 TG | Il-Portugall | 300 TG |

    Kategorija 7: Bastimenti bil-friża li jistadu għat-tonn bit-tartarun | 36 liċenzja | Spanja | 15-il liċenzja |

    Franza | 20 liċenzja |

    Malta | 1 liċenzja |

    Kategorija 8: Bastimenti għas-sajd tat-tonn bil-qasab u x-xlief u skejjen għas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ | 31 liċenzja | Spanja | 23 liċenzja |

    Franza | 5 liċenzji |

    Il-Portugall | 3 liċenzji |

    Kategorija 9: Skejjen bil-friża għas-sajd pelaġiku bit-tkarkir | 22 liċenzja għal limitu massimu ta' 440000 tunnellata | L-Olanda | 190000 tunnellata |

    Il-Litwanja | 120500 tunnellata |

    Il-Latvja | 73500 tunnellata |

    Il-Ġermanja | 20000 tunnellata |

    Ir-Renju Unit | 10000 tunnellata |

    Il-Portugall | 6000 tunnellata |

    Franza | 10000 tunnellata |

    Il-Polonja | 10000 tunnellata |

    Kategorija 10 Sajd għall-granċ | 300 TG | Spanja | 300 TG |

    Kategorija 11 Bastimenti tas-sajd pelaġiku frisk | 15000 TG fix-xahar bħala medja annwali | | |

    2. Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, l-opportunitajiet ta' sajd fil-Katergorija 11 (Bastiment tas-sajd pelaġiku frisk) li ma jiġux utilizzati jistgħu jiġu utilizzati mill-Kategorija 9 (Skejjen bil-friża għas-sajd pelaġiku bit-tkarkir) sa limitu massimu ta' 25 liċenzja fix-xahar.

    3. Fir-rigward tal-Kategorija 9, (Skejjen bil-friża għas-sajd pelaġiku bit-tkarkir), fil-każ fejn it-talbiet għal liċenzji jaqbżu n-numru massimu awtorizzat għal perjodu ta' referenza, il-Kummissjoni għandha tmexxi bi prijorità t-talbiet ta' bastimenti li l-aktar ikunu utilizzaw liċenzji fl-aħħar għaxar xhur ta' qabel l-imsemmija talba ta' liċenzja.

    4. Fir-rigward tal-Kategorija 11 (Bastimenti tas-sajd pelaġiku frisk), il-Kummissjoni ser tmexxi t-talbiet għal liċenzji wara li tkun irċeviet pjan tas-sajd annwali li jagħti dettalji tat-talbiet għal kull bastiment (filwaqt li jippreċiża n-numru ta' TG stipulati għal kull xahar ta' attività u dan għax-xhur kollha tas-sena), li jridu jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu tas-sena li matulha japplika l-pjan tas-sajd.

    Fil-każ ta' talba superjuri fil-medja annwali għal 15000 TG fix-xahar, l-allokazzjoni għandha issir skond it-tabella tat-talbiet u l-pjanijiet tas-sajd previsti fil-paragrafu 1.

    5. Il-ġestjoni ta' l-opportunitajiet ta' sajd għandha ssir b'konformità sħiħa ma' l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l- 20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [2].

    Jekk it-talbiet ta' liċenzja ta' dawn l-Istati Membri ma jeżawrux l-opportunitajiet ta' sajd iffissati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra talbiet għal liċenzji mill-Istati Membri l-oħra kollha.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri li għandhom bastimenti li jistadu taħt il-qafas regolatorju stabbilit mill-Ftehim ta' Sħubija għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet maqbuda minn kull stokk fiż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja skond it-termini stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta' l- 14 ta' Marzu 2001 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid meħuda mid-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità f'ibħra ta' pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa [3].

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim ta' Sħubija sabiex tintrabat il-Komunità [4].

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Novembru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. Hyssälä

    [1] Opinjoni mogħtija fis- 16 ta' Novembru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

    [3] ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8.

    [4] Ma’ dan l-ammont jiżdied it-total tal-kontribuzzjonijiet dovuti mis-sidien tal-bastimenti previsti fil-Kapitolu III ta’ l-Anness 1, li l-Mawritanja tirċievi direttament fil-kont previst fil-Kapitolu IV ta’ l-Anness 1, u li huwa stmat għal EUR 22 miljun fis-sena.

    --------------------------------------------------

    Top