Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1365

    Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta' Settembru 2006 dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE

    ĠU L 264, 25.9.2006, p. 1–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/08/2018; Imħassar b' 32018R0974

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1365/oj

    25.9.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    1


    REGOLAMENT (KE) Nru 1365/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-6 ta' Settembru 2006

    dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 285(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

    Billi:

    (1)

    Il-passaġġi fuq l-ilma interni huma parti importanti mir-retikolat ta' trasport tal-Komunità u l-promozzjoni tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni huwa wieħed mill-għanijiet tal-politika komuni tat-trasport, kemm għal raġunijiet ta' effiċjenza ekonomika kif ukoll għat-tnaqqis tal-konsum ta' l-enerġija u ta' l-impatt ambjentali li għandu t-trasport, kif deskritt fil-White Paper tal-Kummissjoni: Il-politika Ewropea tat-Trasport għall-2010: Wasal iż-żmien li niddeċiedu.

    (2)

    Il-Kummissjoni teħtieġ statistika rigward it-trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni sabiex tissorvelja u tiżviluppa politika komuni tat-trasport, kif ukoll l-elementi relatati mat-trasport fil-politika dwar ir-reġjuni u r-retikolati trans-Ewropej.

    (3)

    Inġabret statistika dwar it-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni taħt id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE tas-17 ta' Novembru 1980 dwar il-prospetti ta' statistika li għandhom x'jaqsmu mat-trasport ta' merkanzija permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni (2), li m'għadhiex tikkorrispondi għall-bżonnijiet attwali f'dan il-qasam. Huwa għalhekk xieraq li din id-Direttiva tiġi sostitwita bi strument ġdid li jestendi l-ambitu tagħha u jtejjeb l-effiċjenza.

    (4)

    Konsegwentement, id-Direttiva 80/1119/KEE għandha tiġi mħassra.

    (5)

    L-istatistika Komunitarja dwar il-modi kollha tat-trasport għandha tinġabar skond il-kunċetti u l-istandards komuni, bil-għan li tinkiseb l-aktar komparabbiltà prattikabbli bejn modi ta' trasport.

    (6)

    It-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni ma jeżistix fl-Istati Membri kollha u, għalhekk, l-effett ta' dan ir-Regolament huwa limitat għal dawk l-Istati Membri fejn jeżisti dan il-mod ta' trasport.

    (7)

    Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' standards komuni ta' statistika li jippermettu l-produzzjoni ta' data armonizzata ma jistax jiġi miksub suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' għalhekk jiġi miksub aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb dak l-għan.

    (8)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità (3) jipprovdi qafas ta' referenza għad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament.

    (9)

    Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

    (10)

    Il-Kumitat għall-Programmi Statistiċi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (5) ġie konsultat skond l-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-produzzjoni ta' statistika Komunitarja li tikkonċerna t-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni.

    Artikolu 2

    Skop

    1.   L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-data relatata mat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni fit-territorju nazzjonali tagħhom.

    2.   L-Istati Membri li fihom il-volum totali ta' merkanzija trasportata fis-sena minn passaġġi fuq l-ilma interni bħala trasport nazzjonali, internazzjoni jew ta' tranżitu ikun aktar minn miljun tunnellata metrika għandhom jipprovdu d-data msemmija fl-Artikolu 4(1).

    3.   Bħala deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri fejn mhemmx trasport internazzjonali jew ta' tranżitu minn passaġġi fuq l-ilma interni iżda fejn il-volum totali ta' merkanzija trasportata fis-sena mill-passaġġi fuq l-ilma interni bħala trasport nazzjonali jeċċedi miljun tunnellata metrika għandhom jipprovdu biss id-data meħtieġa taħt l-Artikolu 4(2).

    4.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:

    (a)

    trasport ta' merkanzija permezz ta' bastimenti b'kapaċità massima ta' ġarr ta' anqas minn 50 tunnellata metrika;

    (b)

    bastimenti użati prinċipalment għat-trasport ta' passiġġieri;

    (ċ)

    bastimenti użati bħala tragetti;

    (d)

    bastimenti użati biss għal skopijiet li mhumiex kummerċjali minn amministrazzjonijiet ta' portijiet u awtoritajiet pubbliċi;

    (e)

    bastimenti użati biss għall-bunkering jew għall-ħżin;

    (f)

    bastimenti li mhumiex użati għat-trasport ta' merkanzija, bħal bastimenti tas-sajd, bastimenti tat-tħammil, postijiet tax-xogħol fuq l-ilma, battelli ta' abitazzjoni u dgħajjes ta' rikreazzjoni.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    “passaġġi fuq l-ilma interni navigabbli” tfisser medda ta' ilma, li ma tkunx parti mill-baħar, li fuqha jistgħu jinnavigaw bastimenti b'kapaċità ta' ġarr ta' mhux anqas minn 50 tunnellata metrika meta jkunu b'tagħbija normali. Dan it-terminu jkopri kemm xmajjar u lagi navigabbli kif ukoll kanali navigabbli;

    (b)

    “bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser inġenju li jżomm f'wiċċ l-ilma maħsub għat-trasport ta' merkanzija jew għat-trasport pubbliku ta' passiġġieri minn passaġġi fuq l-ilma interni navigabbli;

    (ċ)

    “nazzjonalità tal-bastiment” tirriferi għall-pajjiż li fih ikun reġistrat il-bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni.

    Artikolu 4

    Ġbir ta' data

    1.   Għandha tinġabar data skond it-tabelli stabbiliti fl-Annessi A sa D.

    2.   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 2(3), id-data għandha tinġabar skond it-tabella stabbilita fl-Anness E.

    3.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-merkanzija għandha tkun klassifikata skond l-Anness F.

    Artikolu 5

    Trasmissjoni ta' data

    1.   L-ewwel perjodu ta' osservazzjoni għandu jibda fl-1 ta' Jannar 2007. It-trasmissjoni tad-data għandha sseħħ malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn ħames xhur mit-tmiem tal-perjodu relevanti ta' osservazzjoni.

    2.   Matul l-ewwel tliet snin ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, iż-żmien permess għat-trasmissjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2). Iż-żmien massimu permess għat-trasmissjoni, inkluża kull estenzjoni mogħtija, ma għandux jaqbeż tmien xhur.

    L-estensjonijiet taż-żmien permess għat-trasmissjoni huma stabbiliti fl-Anness G.

    Artikolu 6

    Tixrid

    L-istatistika Komunitarja bbażata fuq id-data msemmija fl-Artikolu 4 għandha tkun imxerrda bi frekwenza simili għal dik stabbilita għat-trasmissjoni ta' data mill-Istati Membri.

    Artikolu 7

    Il-kwalità tad-data

    1.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiżviluppa u tippubblika, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2), il-kundizzjonijiet metodoloġiċi u l-kriterji maħsuba sabiex jiżguraw il-kwalità tad-data prodotta.

    2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tad-data trasmessa.

    3.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data trasmessa. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'rapport li jkun fih tali informazzjoni u data li jistgħu jiġu mitluba minnha sabiex tivverifika l-kwalità tad-data trasmessa.

    Artikolu 8

    Rapport dwar l-implementazzjoni

    Sal-15 ta’ Ottubru 2009 u wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Programmi Statistiċi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, ir-rapport għandu:

    (a)

    jivvaluta l-benefiċċji li jieħdu l-Komunità, l-Istati Membri u l-fornituri u l-utenti ta' l-informazzjoni statistika mill-istatistika prodotta, meta mqabbla ma' l-ispejjeż;

    (b)

    jivvaluta l-kwalità ta' l-istatistika prodotta;

    (ċ)

    jidentifika oqsma fejn jista' jsir titjib u kwalunkwe emenda kunsidrata neċessarja fid-dawl tar-riżultati miksuba.

    Artikolu 9

    Miżuri implementattivi

    Il-miżuri għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi miżuri li jieħdu kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2). Tali miżuri għandhom jikkonċernaw:

    (a)

    l-adattament tal-limitu għall-kopertura statistika tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni (Artikolu 2);

    (b)

    l-adattament tad-definizzjonijiet u l-adozzjoni ta' definizzjonijiet addizzjonali (Artikolu 3);

    (ċ)

    l-adattament ta' l-ambitu tal-ġbir ta' data u l-kontenut ta' l-Annessi (Artikolu 4);

    (d)

    l-arranġamenti għat-trasmissjoni ta' data lill-Kummissjoni (Eurostat) inklużi l-istandards għall-iskambju ta' data (Artikolu 5);

    (e)

    l-arranġamenti għat-tixrid ta' riżultati mill-Kummissjoni (Eurostat) (Artikolu 6);

    (f)

    l-iżvilupp u l-pubblikazzjoni ta' rekwiżiti u kriterji metodoloġiċi (Artikolu 7).

    Artikolu 10

    Proċedura ta' kumitat

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Programmi Statistiċi stabbilit mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.

    2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

    Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

    3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

    Artikolu 11

    Dispożizzjonijiet transizzjonali u taħsir

    1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu riżultati statistiċi għas-sena 2006 skond id-Direttiva 80/1119/KEE.

    2.   Id-Direttiva 80/1119/KEE hija b'dan imħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.

    Artikolu 12

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, nhar is-6 ta’ Settembru 2006.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES

    Il-President

    Għall-Kunsill

    P. LEHTOMÄKI


    (1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 2006.

    (2)  ĠU L 339, 15.12.1980, p. 30. Direttiva kif emendata mill-Att ta' Adeżjoni 2003.

    (3)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

    (4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11)

    (5)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


    ANNESS A

    Tabella A1: Trasport ta' merkanzija skond it-tip ta' merkanzija (data annwali)

    Elementi

    Dettalji tal-Kodiċi

    Nomenklatura

    Unità

    Tabella

    2 karattri alfanumeriċi

    “A1”

     

    Pajjiż rapportatur

    2 karattri alfabetiċi

    Kodiċi ISO nazzjonali

     

    Sena

    4 karattri numeriċi

    “ssss”

     

    Pajjiż/reġjun tat-tgħabija

    2 karattri alfabetiċi jew 4 karattri alfanumeriċi

    Kodiċi ISO nazzjonali jew NUTS2

     

    Pajjiż/reġjun tal-ħatt

    2 karattri alfabetiċi jew 4 karattri alfanumeriċi

    Kodiċi ISO nazzjonali jew NUTS2

     

    Tip ta' trasport

    karattru numeriku

    1 = Nazzjonali

    2 = Internazzjonali (ħlief tranżitu)

    3 = Tranżitu

     

    Tip ta' merkanzija

    2 karattri numeriċi

    NST 2000

     

    Tip ta' ppakkjar

    karattru numeriku

    1= Merkanzija f'containers

    2= Merkanzija mhux f'containers

     

    Tunnellati metriċi trasportati

     

     

    Tunnellati metriċi

    Tunnellati metriċi - Km

     

     

    Tunnellati metriċi - Km


    ANNESS B

    Tabella B1. Trasport skond in-nazzjonalità tal-bastiment u skond it-tip ta' bastiment (data annwali)

    Elementi

    Dettalji tal-Kodiċi

    Nomenklatura

    Unità

    Tabella

    2 karattri alfanumeriċi

    “B1”

     

    Pajjiż rapportatur

    2 karattri alfabetiċi

    Kodiċi ISO nazzjonali

     

    Sena

    4 karattri numeriċi

    “ssss”

     

    Pajjiż/reġjun tat-tgħabija

    2 karattri alfabetiċi jew 4 karattri alfanumeriċi

    Kodiċi ISO nazzjonali jew NUTS2

     

    Pajjiż/reġjun tal-ħatt

    2 karattri alfabetiċi jew 4 karattri alfanumeriċi

    Kodiċi ISO nazzjonali jew NUTS2

     

    Tip ta' trasport

    karattru numeriku

    1 = Nazzjonali

    2 = Internazzjonali (ħlief tranżitu)

    3 = Tranżitu

     

    Tip ta' bastiment

    karattru numeriku

    1= Barkun motorizzat

    2= Barkun mhux motorizzat

    3= Barkun-tanker motorizzat

    4= Barkun-tanker mhux motorizzat

    5= Bastimenti oħra għall-ġarr tal-merkanzija

     

    Nazzjonalità tal-bastiment

    2 karattri alfabetiċi

    Kodiċi ISO nazzjonali

     

    Tunnellati metriċi trasportati

     

     

    Tunnellati metriċi

    Tunnellati metriċi - Km

     

     

    Tunnellati metriċi - Km


    Tabella B2. Traffiku ta' bastimenti (data annwali)

    Elementi

    Dettalji tal-Kodiċi

    Nomenklatura

    Unità

    Tabella

    2 karattri alfanumeriċi

    “B2”

     

    Pajjiż rapportatur

    2 karattri alfabetiċi

    Kodiċi ISO nazzjonali

     

    Sena

    4 karattri numeriċi

    “ssss”

     

    Numru ta' bastimenti mgħobbija

     

     

    Bastimenti

    Numru ta' bastimenti vojta

     

     

    Bastimenti

    Bastimenti –Km (bastimenti mgħobbija)

     

     

    Bastiment-Km

    Bastiment–Km (bastimenti vojta)

     

     

    Bastimenti-Km

    NOTA: Il-fornitura tad-data msemmija f'din it-Tabella B2 mhijiex obbligatorja.


    ANNESS Ċ

    Tabella Ċ1. Trasport bil-container skond it-tip ta' merkanzija (data annwali)

    Elementi

    Dettalji tal-Kodiċi

    Nomenklatura

    Unità

    Tabella

    2 karattri alfanumeriċi

    “C1”

     

    Pajjiż rapportatur

    2 karattri alfabetiċi

    Kodiċi ISO nazzjonali

     

    Sena

    4 karattri numeriċi

    “ssss”

     

    Pajjiż/reġjun tat-tgħabija

    2 karattri alfabetiċi jew 4 karattri alfanumeriċi

    Kodiċi ISO nazzjonali jew NUTS2

     

    Pajjiż/reġjun tal-ħatt

    2 karattri alfabetiċi jew 4 karattri alfanumeriċi

    Kodiċi ISO nazzjonali jew NUTS2

     

    Tip ta' trasport

    karattru numeriku

    1 = Nazzjonali

    2 =

    Internazzjonali (ħlief tranżitu)

    3 = Tranżitu

     

    Daqs tal-kontejner

    karattru numeriku

    1 = 20′ unitajiet ta' tagħbija

    2 = 40′ unitajiet ta' tagħbija

    3 =

    unitajiet ta' tagħbija > 20′ u <40′

    4 = unitajiet ta' tagħbija > 40′

     

    Status tat-tagħbija

    karattru numeriku

    1 = Containers mimlijin

    2 = Containers vojta

     

    Tip ta' merkanzija

    2 karattri numeriċi

    NST 2000

     

    Tunnellati metriċi trasportati (*)

     

     

    Tunnellati metriċi

    Tunnellati metriċi - Km (*)

     

     

    Tunnellati metriċi - Km

    TEU

     

     

    TEU

    TEU-Km

     

     

    TEU-Km


    (*)  Għall-containers mimlijin biss


    ANNESS D

    Tabella D1. Trasport skond in-nazzjonalità tal-bastimenti (data ta' kull tliet xhur)

    Elementi

    Dettalji tal-Kodiċi

    Nomenklatura

    Unità

    Tabella

    2 karattri alfanumeriċi

    “D1”

     

    Pajjiż rapportatur

    2 karattri alfabetiċi

    Kodiċi ISO nazzjonali

     

    Sena

    4 karattri numeriċi

    “ssss”

     

    Perjodu

    2 karattri alfanumeriċi

    “Q1, Q2, Q3 jew Q4”

     

    Tip ta' trasport

    karattru numeriku

    1 = Nazzjonali

    2 = Internazzjonali (ħlief tranżitu)

    3 = Tranżitu

     

    Nazzjonalità tal-bastiment

    2 karattri alfabetiċi

    Kodiċi ISO nazzjonali

     

    Tunnellati metriċi trasportati

     

     

    Tunnellati metriċi

    Tunnellati metriċi - Km

     

     

    Tunnellati metriċi - Km


    Tabella D2. Trasport bil-kontejner skond in-nazzjonalità tal-bastimenti (data ta' kull tliet xhur)

    Elementi

    Dettalji tal-Kodiċi

    Nomenklatura

    Unità

    Tabella

    2 karattri

    “D2”

     

    Pajjiż rapportatur

    2 karattri alfabetiċi

    Kodiċi ISO nazzjonali

     

    Sena

    4 karattri numeriċi

    “ssss”

     

    Perjodu

    2 karattri alfanumeriċi

    “Q1, Q2, Q3 or Q4”

     

    Tip ta' trasport

    karattru numeriku

    1 = Nazzjonali

    2 = Internazzjonali (ħlief tranżitu)

    3 = Tranżitu

     

    Nazzjonalità tal-bastiment

    2 karattri alfabetiċi

    Kodiċi ISO nazzjonali

     

    Stat tat-tgħabbija

    karattru numeriku

    1 = Containers mimlijin

    2 = Containers i vojta

     

    Tunnellati metriċi trasportati (*)

     

     

    Tunnellati metriċi

    Tunnellati metriċi - Km (*)

     

     

    Tunnellati metriċi - Km

    TEU

     

     

    TEU

    TEU-Km

     

     

    TEU-Km


    (*)  Għall-containers mimlijin biss


    ANNESS E

    Tabella E1. Trasport ta' merkanzija (data annwali)

    Elementi

    Dettalji tal-Kodiċi

    Nomenklatura

    Unità

    Tabella

    2 karattri alfanumeriċi

    “E1”

     

    Pajjiż rapportatur

    2 karattri alfabetiċi

    Kodiċi ISO nazzjonali

     

    Sena

    4 karattri numeriċi

    “ssss”

     

    Total ta' tunnellati metriċi trasportati

     

     

    Tunnellati metriċi

    Total ta' tunnellati metriċi - Km

     

     

    Tunnellati metriċi - Km


    ANNESS F

    Nomenklatura ta' merkanzija

    NST-2000

    Gruppi NST-2000

    Deskrizzjoni ta' merkanzija

    Definita skond il-prodotti fid-diviżjonijiet tas-CPA

    01

    Prodotti ta' l-agrikolutra, tal-kaċċa u tal-forestrija; ħut u prodotti oħra tas-sajd

    01, 02, 05

    02

    Faħam u lignite; pît, żejt petroleum mhux raffinat u gass naturali; uranju u torju

    10, 11, 12

    03

    Minerali ta' metalli u prodotti oħra tal-minjieri u tal-barrieri

    13, 14

    04

    Prodotti ta' l-ikel, xorb u tabakk

    15, 16

    05

    Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda

    17, 18, 19

    06

    Injam u prodotti ta' l-injam u tas-sufra (ħlief għamara); oġġetti magħmulin mit-tiben u materjal ta' l-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta; materjal stampat u materjal rekordjat

    20, 21, 22

    07

    Kokk, prodotti irfinati taż-żejt petroleum u karburant nukleari

    23

    08

    Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magħmula mill-bniedem; gomma u prodotti tal-plastik

    24, 25

    09

    Prodotti oħra minerali mhux metalliċi

    26

    10

    Metalli bażiċi; prodotti metalliċi fabbrikati, ħlief makkinarju u tagħmir

    27, 28

    11

    Makkinarju u tagħmir n.e.c.; makkinarju ta' l-uffiċċji u computers; makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagħmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni; strumenti mediċi, ta' preċiżjoni u ottiċi; arloġġi u arloġġi ta' l-idejn

    29, 30, 31, 32, 33

    12

    Tagħmir ta' trasport

    34, 35

    13

    Għamara, merkanzija oħra manifatturata n.e.c.

    36

    14

    Materja prima sekondarja; skart muniċipali u tipi oħra ta' skart li mhumiex speċifikati f'parti oħra fis-CPA

    37 + skart muniċipali (kif imdaħħal fid-diviżjoni CPA 90) u skart ieħor mhux speċifikat f'xi parti oħra fis-CPA)

    15

    Posta, pakketti postali

    Nota: din l-intestatura hija normalment użata għal merkanzija trasportata minn amministrazzjonijiet tal-posta u minn servizzi speċjalizzati ta' courier fid-diviżjoni 64 tan-Nace Rev. 1.

     

    16

    Tagħmir u materjal utilizzat għat-trasport ta' merkanzija

    Nota: din l-intestatura tkopri oġġetti bħal containers vojta, paletti, kaxxi, ċestuni u gaġeġ. Tkopri wkoll vetturi użati sabiex iżommu merkanzija, fejn il-vettura nnifisha tinġarr minn vettura oħra.

    L-eżistenza ta' kodiċi għal dan it-tip ta' materjal ma' tippreġudikax il-kwestjoni jekk tali materjali għandhomx jingħaddu bħala “merkanzija”, dan jiddependi fuq ir-regoli tal-ġbir ta' data għal kull mod ta' trasport.

     

    17

    Oġġetti traspostati fil-ġarr minn djar u uffiċċji; bagali trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru għat-tiswija; oġġetti oħra li ma jkunux għas-suq n.e.c.

     

    18

    Oġġetti raggruppati: taħlita ta' tipi ta' merkanzija li jkunu trasportati flimkien

    Nota: din l-intestatura hija użata kull meta ma jkunx kunsidrat xieraq li l-merkanzija tkun separatament assenjata lil gruppi 01-16.

     

    19

    Merkanzija mhux identifikabbli: oġġetti li għal xi raġuni ma jistgħux jiġu identifikati u għalhekk ma jistgħux jiġu assenjati lil gruppi 01-16

    Nota: din l-intestatura hija intenzjonata sabiex tkopri oġġetti fejn l-unità ta' rappurtaġġ ma jkollha ebda informazzjoni dwar it-tip ta' merkanzija li tkun qiegħda tiġi trasportata.

     

    20

    Merkanzija oħra n.e.c.

    Nota: din l-intestatura tkopri kwalunkwe oġġett li ma jistax jiġi assenjat lil xi wieħed mill-gruppi 01-19. Billi l-gruppi 01-19 huma maħsuba li jkopru l-kategoriji kollha previsti ta' merkanzija trasportata, l-użu ta' grupp 20 għandu jkun kunsidrat mhux tas-soltu u jista' jindika l-ħtieġa għal kontroll ulterjuri tad-data rappurtata taħt din l-intestatura.

     


    ANNESS G

    Estensjonijiet taż-żmien permess għat-trasmissjoni (Artikolu 5(2))

    Stat Membru

    Perjodu estiż ta' trasmissjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta' osservazzjoni

    L-aħħar sena li għaliha tingħata estensjoni

    Belġju

    8 xhur

    2009


    Top