This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006E0204
Council Common Position 2006/204/CFSP of 10 March 2006 renewing measures in support of the effective implementation of the mandate of the International Criminal Tribunal for the former Yugoslavia (ICTY)
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/204/PESK ta' l- 10 ta' Marzu 2006 li ġġedded il-miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY)
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/204/PESK ta' l- 10 ta' Marzu 2006 li ġġedded il-miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY)
ĠU L 72, 11.3.2006, p. 15–15
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 332–332
(MT)
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Extended validity | 32004E0293 | 16/03/2007 |
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
332 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2006/204/PESK
ta' l-10 ta' Marzu 2006
li ġġedded il-miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK li ġġedded il-miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall- ex Jugoslavja (ICTY) (1). Dawn il-miżuri kienu mġedda mill-Pożizzjoni Komuni 2005/227/PESK (2) u waslu biex jiskadu fis-16 ta' Marzu 2006. |
(2) |
Il-Kunsill jikkunsidra li jeħtieġ li l-miżuri imposti bil-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK jiġġeddu għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK għandha tiġi estiża sas-16 ta’ Marzu 2007.
Artikolu 2
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tieħu effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, nhar l-10 ta' Marzu 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARTENSTEIN
(1) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 65. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/83/PESK (ĠU L 29, 2.2.2005, p. 50).
(2) ĠU L 71, 17.3.2005, p. 74.