This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006E0095
Council Common Position 2006/95/CFSP of 14 February 2006 renewing restrictive measures against the leadership of the Transnistrian region of the Republic of Moldova
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/95/PESK ta' l- 14 ta' Frar 2006 li jġedded il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika ta' Moldova
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/95/PESK ta' l- 14 ta' Frar 2006 li jġedded il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika ta' Moldova
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 201–201
(MT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 44, 15.2.2006, p. 31–31
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 27/02/2007
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Extended validity | 32004E0179 | 27/02/2007 |
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
201 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2006/95/PESK
ta'l-14 ta' Frar 2006
li jġedded il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika ta' Moldova
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta' Frar 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK (1) dwar miżuri restrittivi, fil-forma ta' restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni għad-dħul, kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika ta' Moldova. Dawn il-miżuri kienu mġedda mill-Pożizzjoni Komuni 2005/147/PESK (2), u sejrin jiskadu fis-27 ta' Frar 2006. |
(2) |
Abbażi ta' eżami ġdid tal-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu mġedda għal perjodu ulterjuri ta' 12-il xahar, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK għandha tiġi estiża sas-27 ta' Frar 2007.
Artikolu 2
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tibda jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Maghmul fi Brussell, nhar il-14 ta' Frar 2006
Ghall-Kunsill
Il-President
K.-H. GRASSER
(1) ĠU L 55, 24.2.2004, p. 68. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/96/PESK (ara l-paġna 32 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 49, 22.2.2005, p. 31.