Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0774

    Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Novembru 2006 li tawtorizza lil ċerti Stati Membri biex japplikaw rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq ċerti servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 28(6), tad-Direttiva 77/388/KEE

    ĠU L 314, 15.11.2006, p. 28–32 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 161–165 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/774/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    161


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-7 ta’ Novembru 2006

    li tawtorizza lil ċerti Stati Membri biex japplikaw rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq ċerti servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 28(6), tad-Direttiva 77/388/KEE

    (2006/774/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra s-sitt Direttiva 77/388/KEE tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (1) (hawn aktar 'il quddiem “id-Direttiva”) u b’mod partikolari, l-Artikolu 28(6),

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Il-Kunsill, b’deċiżjoni unanima fuq l-proposta tal-Kummissjoni, jista’ jawtorizza lil Stat Membru li jressaq talba skond il-proċedura u taħt il-kondizzjonijiet previsti fid-Direttiva 77/388/KEE, biex japplika rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq ċerti servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera.

    (2)

    Is-servizzi kkonċernati għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet previsti fid-Direttiva min-naħa, u jidhru fl-Anness K ta’ l-istess Direttiva, min-naħa l-oħra.

    (3)

    Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/185/KE tat-28 ta’ Frar 2000 li tawtorizza lill-Istati Membri biex japplikaw rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq ċerti servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 28(6), tad-Direttiva 77/388/KEE (2), il-Belġju, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall u r-Renju Unit (fil-każ ta' Isle of Man biss) setgħu japplikaw, sal-31 ta' Diċembru 2005, rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq is-servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera li għalihom kienu ressqu talba.

    (4)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/18/KE (3) temenda d-Direttiva f’dak li għandu x’jaqsam mar-rati mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT, bil-għan li, minn naħa, jiġi estiż iż-żmien ta’ l-applikazzjoni tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, min-naħa l-oħra, tippermetti lill-Istati Membri li jkunu jixtiequ jieħdu dan il-benefiċċju għall-ewwel darba, li jkollhom il-fakoltà prevista, kif ukoll lil dawk li jixtiequ jemendaw il-lista tas-servizzi li għalihom ikunu applikaw il-miżuri previsti fid-Direttiva, biex ressqu t-talba tagħhom ta' tnaqqis ta' rati lill-Kummissjoni dwar dan.

    (5)

    Bil-għan li l-Istati Membri li ġew awtorizzati bid-Deċiżjoni 2000/185/KE jitħallew ikomplu japplikaw ir-rata mnaqqsa sal-31 ta' Diċembru 2010, u bil-ħsieb li jkun hemm ċarezza ġuridika, ikun jaqbel li l-kontenut ta' din id-deċiżjoni jiġi integrat fid-Deċiżjoni preżenti għal dawk l-Istati Membri li ma emendawx it-talba li ressqu fil-bidu.

    (6)

    Skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, il-Greċja, li diġà għandha l-awtorizzazzjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2000/185/KE, biex tapplika rata mnaqqsa f’żewġ kategoriji ta’ l-Anness K, ressqet talba ġdida bil-għan li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni tagħha ta’ qabel. Jeħtieġ għalhekk li l-Greċja tingħata awtorizzazzjoni ġdida biex tapplika rata mnaqqsa skond it-talba l-ġdida tagħha.

    (7)

    Ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u l-Finlandja ressqu talba għall-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq ċerti servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera skond il-proċedura meħtieġa u taħt il-kondizzjonijiet previsti fid-Direttiva 77/388/KEE.

    (8)

    Barra minhekk ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u l-Polonja, kif ukoll il-Greċja ressqu talba biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni biex tiġi applikata, b’mod eċċezzjonali, ir-rata mnaqqsa għas-servizzi fi tliet kategoriji ta’ l-Anness K. F’kull wieħed minn dawn l-erba' Stati Membri, it-tnaqqis tar-rata fit-tielet kategorija minn dawk magħżula, għandu jkollu biss impatt ekonomiku insinfikanti.

    (9)

    Sabiex l-Istati Membri konċernati jkunu jistgħu jkomplu japplikaw rati mnaqqsa fuq ċerti servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera kif previst fid-Deċiżjoni 2000/185/KEE, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2006.

    (10)

    Din id-Deċiżjoni m'għandux ikollha impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej ġejjin mit-taxxa tal-VAT,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Belġju huwa awtorizzat japplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq iż-żewġ servizzi li ġejjin, previsti f'punti 1 u 2 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:

    (a)

    servizzi żgħar tat-tiswija:

    tar-roti,

    żraben u oġġetti tal-ġilda,

    ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

    (b)

    rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati li għandhom aktar minn ħames snin, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti.

    Artikolu 2

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, ir-Repubblika Ċeka hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f'punti 2, 3 u 4 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:

    (a)

    rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

    (b)

    ħasil tat-twieqi u tindif ta’ residenzi privati;

    (ċ)

    servizzi ta’ kura fid-dar (per eżempju, għajnuna fid-dar u kura għat-tfal, anzjani, persuni morda u disabili).

    Artikolu 3

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Greċja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f' punti 1, 2 u 4 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:

    (a)

    servizzi żgħar tat-tiswija:

    tar-roti,

    żraben u oġġetti tal-ġilda,

    ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

    (b)

    rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati qodma, (mhux mibnija reċentement) ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

    (ċ)

    servizzi ta’ kura fid-dar (per eżempju, għajnuna fid-dar u kura għat-tfal, anzjani, persuni morda u disabili).

    Artikolu 4

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, Spanja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq iż-żewġ servizzi li ġejjin, previsti f'punti 2 u 5 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:

    (a)

    xogħol tal-ġebel fit-tiswija ta’ residenzi privati ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

    (b)

    hairdressing.

    Artikolu 5

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, Franza hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f'punti 2, 3 u 4 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:

    (a)

    rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati li għandhom aktar minn sentejn, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

    (b)

    servizzi ta’ kura fid-dar (per eżempju, għajnuna fid-dar u kura għat-tfal, anzjani, persuni morda u disabili);

    (ċ)

    ħasil tat-twieqi u tindif ta’ residenzi privati.

    Artikolu 6

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, l-Italja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq iż-żewġ servizzi li ġejjin, previsti f'punti 2 u 4 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:

    (a)

    rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

    (b)

    servizzi ta’ kura fid-dar (per eżempju, għajnuna fid-dar u kura għat-tfal, anzjani, persuni morda u disabili).

    Artikolu 7

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, Ċipru huwa awtorizzat japplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq iż-żewġ servizzi li ġejjin, previsti f'punti 2 u 5 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:

    (a)

    rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

    (b)

    hairdressing.

    Artikolu 8

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Latvja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq iż-żewġ servizzi li ġejjin, previsti f'punti 2 u 5 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:

    (a)

    rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

    (b)

    hairdressing.

    Artikolu 9

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Lussemburgu huwa awtorizzat japplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f'punti 1, 3 u 5 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:

    (a)

    servizzi żgħar tat-tiswija:

    tar-roti,

    żraben u oġġetti tal-ġilda,

    ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

    (b)

    hairdressing.

    (ċ)

    ħasil tat-twieqi u tindif ta’ residenzi privati.

    Artikolu 10

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, l-Ungerija hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f'punti 1, 2 u 4 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:

    (a)

    servizzi żgħar tat-tiswija:

    tar-roti,

    żraben u oġġetti tal-ġilda,

    ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

    (b)

    rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

    (ċ)

    servizzi ta’ kura fid-dar (per eżempju, għajnuna fid-dar u kura għat-tfal, anzjani, persuni morda u disabili).

    Artikolu 11

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, Malta hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq iż-żewġ servizzi li ġejjin, previsti f'punti 1 u 4 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:

    (a)

    servizzi żgħar tat-tiswija:

    tar-roti,

    żraben u oġġetti tal-ġilda;

    ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

    (b)

    servizzi ta’ kura fid-dar (per eżempju, għajnuna fid-dar u kura għat-tfal, anzjani, persuni morda u disabili).

    Artikolu 12

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, l-Olanda hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f'punti 1, 2 u 5 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:

    (a)

    servizzi żgħar tat-tiswija:

    tar-roti,

    żraben u oġġetti tal-ġilda,

    ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

    (b)

    hairdressing;

    (ċ)

    xogħol ta’ tibjid u ta’ tikħil fir-rinnovament u t-tiswija ta’ residenzi privati li għandhom aktar minn ħmistax-il sena, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti.

    Artikolu 13

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Polonja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f'punti 1, 2 u 5 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:

    (a)

    servizzi żgħar tat-tiswija:

    tar-roti,

    żraben u oġġetti tal-ġilda,

    ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

    (b)

    rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

    (ċ)

    hairdressing.

    Artikolu 14

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Portugall huwa awtorizzat japplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq iż-żewġ servizzi li ġejjin, previsti f'punti 2 u 4 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:

    a)

    rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

    b)

    servizzi ta’ kura fid-dar (per eżempju, għajnuna fid-dar u kura għat-tfal, anzjani, persuni morda u disabili).

    Artikolu 15

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, is-Slovenja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq is-servizz ta’ rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti, għas-settur imsemmi fil-punt 2 ta’ l-Anness K tad-Direttiva msemmija.

    Artikolu 16

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, il- Finlandja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f'punti 1 u 5 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:

    (a)

    servizzi żgħar tat-tiswija:

    tar-roti,

    żraben u oġġetti tal-ġilda;

    ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

    (b)

    hairdressing.

    Artikolu 17

    Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, ir-Renju Unit huwa awtorizzat japplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 għas-servizz ta’ rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti, imsemmi fil-punt 2 ta’ l-Anness K tad-Direttiva msemmija, iżda għall-Isle of Man biss.

    Artikolu 18

    Din id-deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2010.

    Artikolu 19

    Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq huma d-destinatarji ta’ din id-deċiżjoni.

    Magħmul fi Brussel, 7 ta’ Novembru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. HEINÄLUOMA


    (1)  ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/69/KE (ĠU L 221, 12.8.2006, p. 9).

    (2)  ĠU L 59, 4.3.2000, p. 10. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/161/KE (ĠU L 52, 21.2.2004, p. 62).

    (3)  ĠU L 51, 22.2.2006, p. 12.


    Top