Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0762

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta' Novembru 2006 rigward ċerti miżuri ta' ħarsien kontra l-bluetongue fil-Bulgarija (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5315) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 311, 10.11.2006, p. 56–57 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 441–442 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/762/oj

    5.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    441


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-9 ta' Novembru 2006

    rigward ċerti miżuri ta' ħarsien kontra l-bluetongue fil-Bulgarija

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5315)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/762/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1) u (6) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fl-10 ta' Ottubru 2006, il-Bulgarija għarrfet lill-Kummissjoni bis-sejba ta' l-antikorpi tal-bluetongue fil-mogħoż (sentinel) fis-Slovarovo fid-distrett amministrattiv ta' Burgas, fix-Xlokk tal-pajjiż, fil-fruntiera mat-Turkija (“iż-żona affetwata”).

    (2)

    Peress li l-Bulgarija għandha tissieħeb mal-Komunità fl-1 ta' Jannar 2007, hija għarrfet lill-Kummissjoni li pprojbixxiet minnufih iċ-ċaqliq ta' bhejjem ta' l-ispeċi suxxetibbli għall-bluetongue u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom barra miż-żona affetwata, skond id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontroll u l-qerda tal-bluetongue (2) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE tat-23 ta' Mejju 2005 dwar iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fir-rigward tal-bluetongue u l-kondizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċaqliq minn jew ġewwa dawn iż-żoni (3).

    (3)

    It-tixrid tal-bluetongue miż-żona affettwata jista' jkun ta' periklu serju għall-bhejjem fil-Komunità.

    (4)

    Sakemm isiru investigazzonijiet epidemjoloġiċi u fil-laboratorji ulterjuri, jeħtieġ li jiġu sospiżi l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' bhejjem ta' l-ispeċi suxxetibbli għal-bluetongue li joriġina jew li jgħaddi miż-żona affetwata, u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom.

    (5)

    Peress li s-semen, l-ova u l-embrijuni prodotti qabel l-1 ta' Lulju 2006 jistgħu ma jippreżentawx riskju, is-sospensjoni ta' l-importazzjonijiet se tikkonċerna biss is-semen, l-ova u l-embrijuni prodotti minn din id-data 'l hemm.

    (6)

    Fid-dawl ta' l-evoluzzjoni tal-qagħda u r-riżultati ta' aktar investigazzjonijiet imwettqa mill-Bulgarija, il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu riveduti f'laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali ma' l-ewwel opportunità.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    1.   L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjonijiet ta' l-annimali ta' l-ispeċi suxxetibbli għall-bluetongue li joriġina jew li jgħaddi mit-territorji jew partijiet tagħhom imniżżla fl-Anness.

    2.   L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjonijiet tas-semen, l-ova u l-embrijuni miġbura jew prodotti mill-1 ta' Lulju 2006 u li joriġinaw fit-territorji jew partijiet tagħhom imniżżla fl-Anness.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ sabiex jiġu konformi ma' din id-Deċiżjoni u għandhom jippubbliċizazzaw b'mod xieraq u immedjat il-miżuri adottati. Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2006.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, 9 ta' Novembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

    (2)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.

    (3)  ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/693/KE (ĠU L 283, 14.10.2006, p. 52).


    ANNESS

    Partijiet tat-territorju tal-Bulgarija msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2):

    Il-kodiċi ISO tal-pajjiż

    L-isem tal-pajjiż

    Deskrizzjoni ta' parti tat-territorju

    BG

    Il-Bulgarija

    Id-distrett amministrattiv ta':

    Burgas


    Top