This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0721
2006/721/EC: Commission Decision of 23 October 2006 authorising the placing on the market of lycopene from Blakeslea trispora as a novel food ingredient under Regulation (EC) No 258/97 of the European Parliament and of the Council (notified under document number C(2006) 4973)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta' Ottubru 2006 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' lycopene mill- Blakeslea trispora bħala ingredjent ta' l-ikel ġdid skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 4973)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta' Ottubru 2006 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' lycopene mill- Blakeslea trispora bħala ingredjent ta' l-ikel ġdid skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 4973)
ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 395–398
(MT)
ĠU L 296, 26.10.2006, p. 13–16
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 28/04/2009; Imħassar b' 32009D0365
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32009D0365 |
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
395 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta' Ottubru 2006
dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' lycopene mill-Blakeslea trispora bħala ingredjent ta' l-ikel ġdid skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 4973)
(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)
(2006/721/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti ġodda ta' l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta' Ottubru 2003 Vitatene Antibiotics S.A.U. għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed il-lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora fis-suq bħala ikel ġdid jew bħala ingredjent ta' l-ikel ġdid. |
(2) |
Fis-6 ta' April 2004 l-entità kompetenti ta' l-evalwazzjoni ta' l-ikel tar-Renju Unit ħarġet ir-rapport inizjali ta' l-evalwazzjoni tagħha. F'dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li l-użu propost għal-lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora huwa bla periklu għall-konsum mill-bniedem. |
(3) |
Il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' evalwazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha nhar is-27 ta' April 2004. |
(4) |
Fi żmien is-sittin jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott tqajmu b'mod konformi ma' din id-dispożizzjoni. |
(5) |
Għalhekk, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (EFSA) ġiet ikkonsultata fit-22 ta' Novembru 2004. |
(6) |
Fil-21 ta' April 2005, l-EFSA adottat l-“Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Prodotti Djetetiċi, in-Nutriment u l-Allerġiji fuq talba mill-Kummissjoni li għandha x'taqsam ma' applikazzjoni dwar l-użu ta' sospensjoni ta' żejt li fih l-α-tocopherol, ta' lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora bħala ingredjent ta' l-ikel ġdid.” |
(7) |
L-opinjoni waslet għall-konklużjoni li l-livelli mitluba ta' l-użu ta' lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora jista' jwassal għal konsum addizzjonali sa madwar 2 mg/jum. Hija kkonkludiet ukoll li dan il-konsum addizzjonali mhuwiex ta' tħassib mil-lat ta' sikurezza. |
(8) |
L-addittivi ta' l-ikel li jidħlu fl-ambitu ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ta' l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem, huma esklużi mill-ambitu ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 258/97 (2). Din id-Deċizjoni għalhekk ma tikkonstitwix l-awtorizzazzjoni għall-użu ta' lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora bħala kulur għall-ikel. |
(9) |
Fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni xjentifika, huwa stabbilit li l-lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora f'sospensjoni li fiha l-α-tocopherol hija konformi mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Il-Lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora kif speċifikat fl-Anness 1, jista' jitqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ingredjent ta' l-ikel ġdid għall-użu fl-ikel kif speċifikat fl-Anness 2.
Artikolu 2
Id-deżinjazzjoni “lycopene” għandha tidher fil-lista ta' ingredjenti ta' l-ikel li jkun fihom dan l-ingredjent, jew, jekk ma hemmx lista ta' ingredjenti, fuq l-ittikkettjar tal-prodott bħala tali.
Artikolu 3
Vitatene Antibiotics S.A.U għandha tibgħat lill-Kummissjoni fl-aħħar tat-tliet snin wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, data dwar il-gruppi ta' l-ikel li fihom il-lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora u li tpoġġew fis-suq fl-UE u l-livelli ta' użu korrispondenti ta' dan il-lycopene.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Vitatene Antibiotics S.A.U., Avd. de Antibioticos, 59-61, 24080 Leon, Spanja.
Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Ottubru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva (KE) Nru 1882/2003.
ANNESS 1
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-LYCOPENE MILL-BLAKESLEA TRISPORA
Definizzjoni
Miksub bl-estrazzjoni u bil-kristillizazzjoni minn fermentazzjoni tal-fungi Blakeslea trispora, il-prodott huwa fornut bħala sospensjoni tal-lycopene tal-5 % jew ta' l-20 % f'zejt tal-ġirasol b'kontenut għoli ta' aċidu olejku li fih 1 % α-tocopherol mil-livell tal-lycopene. Il-lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora huwa magħmul minn ≥ 90 % ta' isomeru trans u minn 1 % sa 5 % ta' isomeri cis.
Speċifikazzjonijiet
Isem kimiku
Lycopene
Numru C.A.S.
502-65-8 (kollu trans lycopene)
Formula kimika
C40H56
Formula strutturali
Test ta 'immaġniPiż tal-formula
536,85
Assaġġ
Mhux inqas minn 95 %
Purità
Imidażoll: |
Mhux iktar minn 1mg/kg |
Irmied sulfinat: |
Mhux iktar minn 1 % |
Karotenojdi oħra: |
Mhux iktar minn 5 % |
Mycotossini:
Aflatossina B1: |
Nieqsa |
Trikoteċene (T2): |
Nieqes |
Okratossina: |
Nieqsa |
Zearaleone: |
Nieqes |
Mikrobioloġija:
Moffa: |
Mhux aktar minn 100/g |
Ħmira |
Mhux aktar minn 100/g |
Salmonella: |
Nieqsa f”25 g |
Escherichia coli: |
Nieqsa f”5 g |
ANNESS II
UŻU TAL-LYCOPENE LI ĠEJ MILL-BLAKESLEA TRISPORA
Grupp ta' Użu |
Livell massimu ta' lycopene |
Pejsts sofor tax-xaħam |
0,2 – 0,5 mg/100 g |
Prodotti bbażati fuq il-ħalib u tat-tip tal-ħalib |
0,3 – 0,6 mg/100 g |
Kondimenti, ħwawar, zlazi, pikles |
0,6 mg/100 g |
Mustarda |
0,5 mg/100 g |
Zlazi mħawwra u grejvi |
0,7 mg/100 g |
Sopop u taħlit ta' sopop |
0,6 mg/100 g |
Zokkor, priservi, ħlewwiet |
0,5 mg/100 g |