Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0720

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta' Ottubru 2006 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq taż-żejt tad- diacylglycerol veġetali bħala ikel ġdid skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 4971)

    ĠU L 296, 26.10.2006, p. 10–12 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 392–394 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/720/oj

    5.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    392


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-23 ta' Ottubru 2006

    dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq taż-żejt tad-diacylglycerol veġetali bħala ikel ġdid skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 4971)

    (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

    (2006/720/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta' April ta' l-2002 Archer Daniels Midland Company (“ADM”) għamlu talba lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Olanda sabiex jqiegħdu fis-suq iż-żejt tad-diacylglycerol veġetali bħala ikel ġdid għall-użu fiż-żjut tat-tisjir, pejsts ibbażati fuq ix-xaħam, taħwir ta' l-insalati, majoneż, preparazzjonijiet ta' xarbiet li jiġu ppreżentati bħala sostitut għal ikla waħda jew iktar mid-dieta ta' kuljum, prodotti tal-ħami u prodotti li huma tat-tip tal-jogurt;

    (2)

    Fl-20 ta' Diċembru 2002 l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Olanda ħarġu l-ewwel rapport ta' evalwazzjoni tagħhom. F'dak ir-rapport wasslu għall-konklużjoni li l-użu taż-żejt tad-diacylglycerol veġetali huwa mingħajr periklu għall-konsum mill-bniedem;

    (3)

    Il-Kummissjoni ressqet l-ewwel rapport ta' evalwazzjoni lill-Istati Membri kollha fil-21 ta' Jannar 2003;

    (4)

    Fi żmien il-perjodu ta' sittin jum imniżżel fl-Artikolu 6 (4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tqajmu oġġezzjonijiet motivati dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott skond dik id-dispożizzjoni;

    (5)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta' l-Ikel (EFSA), fl-opinjoni tagħha dwar applikazzjoni mill-ADM għall-approvazzjoni taż-żejt tad-diacylglycerol veġetali (Żejt Enova TM) tat-2 ta' Diċembru ta' l-2004 (2), wasslu għall-konklużjoni li ż-żejt huwa mingħajr periklu għall-konsum mill-bniedem;

    (6)

    Fir-rigward tal-kontenut ta' trans aċdi grassi, l-EFSA rrakkomandaw li dan jitnaqqas sal-livell taż-żjut veġetali konvenzjonali li ż-żejt ġdid huwa intenzjonat li jissostitwixxi sabiex iż-żejt ma jkunx nutrizzjonalment ta' żvantaġġ għall-konsumatur;

    (7)

    Dwar xorb ippreżentat bħala sostituzzjoni għal waħda jew aktar mill-ikliet fid-dieta ta' kuljum tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta' Marzu 1989, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandha x'taqsam ma' l-ikel bil-ħsieb ta' użu (3);

    (8)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Iż-żejt tad-diacylglycerol veġetali kif speċifikat fl-Anness, jista' jitqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ikel ġdid għall-użu fiż-żejt għat-tisjir, fil-pejsts bbażati fuq xaħam, fit-taħwir ta' l-insalati, il-majoneż, il-preparazzjonijiet ta' xarbiet li jiġu ppreżentati bħala sostitut għal ikla waħda jew iktar mid-dieta ta' kuljum, prodotti tal-ħami u prodotti li huma tat-tip tal-jogurt.

    Artikolu 2

    L-ispeċifikazzjoni “żejt tad-diacylglycerol veġetali (mill-inqas 80 % ta' diacylglycerols)” trid tidher fuq it-tikkett tal-prodott hekk kif inhu jew fil-lista ta' ingredjenti ta' l-oġġetti ta' l-ikel li jkun dan jinsab fihom.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-ADM Kao LLC, 4666 East Faries Parkway, Decatur, IL 62526, USA.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Ottubru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Kif l-aħħar emendat bir-Reglament (KE) Nru 1882/2003. (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

    (2)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Prodotti tad-Dijabete, tan-Nutrizzjoni u l-Allerġiji fuq talba mill-Kummissjoni relatata ma' applikazzjoni għat-tqegħid fuq is-suq taż-żejt Enova bħala ikel ġdid fl-UE tat-2.12.2004. Din l-opinjoni tista' tinstab fil-websajt ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurezza ta' l-Ikel; il-Bord Xjentifiku dwar il-Prodotti Dietetiċi; in-Nutrizzjoni u l-Allerġiji.

    (3)  ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27 kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Ġunju 1999, ĠU L 172 tat-8.7.1999, p. 38.


    ANNESS

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT TAD-DIACYLGLYCEROL VEĠETALI

    Sustanza/Parametru

    Il-Kontenut

    Distribuzzjoni ta' l-Acylglycerol

    Diacylglycerols (DAG)

    Mhux inqas minn 80 %

    1,3-Diacylglycerols (1,3-DAG)

    Mhux inqas minn 50.000000 %

    Triacylglycerols (TAG)

    mhux iktar minn 20 %

    Monoacylglycerols (MAG)

    Mhux iktar minn 5 %

    Kompożizzjoni ta' l-Aċdi Grassi (DAG, TAG, MAG):

    Oleic acid (C18:1)

    Bejn 20 u 65 %

    Linoleic acid (C18:2)

    Bejn 15 u 65 %

    Linolenic acid (C18:3)

    Mhux iktar minn 15 %

    Aċdi grassi saturizzati Trans aċdi grassi

    Mhux iktar minn 10 %

    Oħrajn:

    Valur aċdu

    Mhux iktar minn 0,5 mg KOH/g

    Umdità u volatilità

    Mhux iktar minn 0,1  %

    Valur perossidu (PV)

    Mhux iktar minn 1 meq/kg

    Unsaponifiables

    Mhux iktar minn 2 %

    Trans aċdi grassi

    Mhux iktar minn 1%

    MAG monoacylglċeroli, DAG diaglyċeroli, TAG triaclglyċeroli

    Il-komponenti ta' l-aċdi grassi huma derivati miż-żjut veġetali li jittieklu, b’ mod partikolari miż-żejt tas-sojja (Glycine max) jew miż-żejt tar-rapa (Brassica campestris, Brassica napus).


    Top