Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0665

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Ottubru 2006 li tawtorizza temporanjament lil Spanja sabiex tapprova t-tqegħid fis-suq ta’ l-ispeċi Pinus radiata u li tiżra’ n-nebbiet prodott minn din iż-żerriegħa impurtata minn New Zealand li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 199/105/KE fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni u t-tikkettar (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 4320)

ĠU L 273, 4.10.2006, p. 5–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 213–215 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/665/oj

5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

213


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Ottubru 2006

li tawtorizza temporanjament lil Spanja sabiex tapprova t-tqegħid fis-suq ta’ l-ispeċi Pinus radiata u li tiżra’ n-nebbiet prodott minn din iż-żerriegħa impurtata minn New Zealand li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 199/105/KE fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni u t-tikkettar

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 4320)

(It-test Spanjol biss huwa awtentiku)

(2006/665/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar it-tqegħid fis-suq ta' materjal forestali riproduttiv (1), u partikolarment l-Artikolu (1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula minn Spanja,

Billi:

(1)

Fi Spanja il-produzzjoni taż-żerriegħa u n-nebbiet prodott miż-żerriegħa ta’ l-ispeċi tal-Pinus radiata li tissodisfa r-rekwiżiti tal-materjal riproduttiv, kif previst fid-Direttiva 1991/105/KE, attwalment mhijiex biżżejjed sabiex tilħaq id-domanda ta’ l-utenti aħħarija. Il-materjal riproduttiv meħtieġ ma jistgħux ifornuh Stati Membri oħra.

(2)

New Zealand huwa f’qagħda li jforni ammont biżżejjed ta’ materjal riproduttiv ta’ l-ispeċi kkonċernata intiża għall-produzzjoni ta’ tħawwil. Minkejja dan, din iż-żerriegħa ma tikkonformax mad-Direttiva 1999/105/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-identifikazzjoni u t-tikkettar.

(3)

Sabiex tkopri l-iskarsezza, Spanja għandha tkun awtorizzata, għal perjodu ta’ żmien limitat, sabiex tapprova t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa u n-nebbiet prodott miż-żerriegħa ta’ l-ispeċi Pinus radiata li tissodisfa rekwiżiti anqas iebsa f’dak li għandu x’jaqsam ma’ identifikazzjoni u tikettar.

(4)

Żerriegħa u nebbiet ta’ dan it-tip għandhom jiġu kkumerċjalizzati b’dokument li fih ċerti dettalji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-identifikazzjoni tagħhom.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2006, Spanja hija awtorizzata li tapprova t-tqegħid fis-suq skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness, 400 kg ta’ żerriegħa tal-Pinus radiata, bi provenenza minn New Zealand, li hija maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbiet u li ma tissodisfax fir-rigward ta’ identifikazzjoni u tikkettar ir-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva 1999/105/KE.

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2011, Spanja hija awtorizzata li tapprova t-tqegħid fis-suq skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness, nebbiet li kien prodott minn żerriegħa, kif imsemmi fil-paragrafu 1, u li ma jissodisfax fir-rigward ta’ identifikazzjoni u tikkettar, ir-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva 1999/105/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, nhar it-3 ta’ Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17.


ANNESS

Identifikazzjoni u tikkettar ta' żerriegħa u nebbiet

1.

Tagħrif rekwiżit għal għanijiet ta' identifikazzjoni:

(a)

kodiċi ta' identifikazzjoni għall-materjal bażiku, jekk disponibbli;

(b)

isem botaniku;

(ċ)

kategorija;

(d)

għan;

(e)

tip ta' materjal bażiku;

(f)

jekk humiex modifikati ġenetikament;

(g)

reġjuni minn fejn ġejja ż-żerriegħa jew kodiċi ta' identità;

(h)

oriġini jekk xieraq, jekk l-oriġini tal-materjal hijiex awtoktona jew indiġena, mhux awtoktona jew mhux indiġena, jew mhux magħrufa;

(i)

il-post minn fejn ġejja jew iż-żona ġeografika definita skond il-latitudni u l-lonġitudni;

(j)

l-altitudni jew il-medda altitudinali;

(k)

is-sena tal-maturazzjoni.

2.

Tagħrif li għandu jiġi inkluż fuq it-tiketta jew fid-dokument tal-fornitur:

(a)

it-tagħrif taħt punt 1 flimkien ma';

(b)

isem il-fornitur;

(ċ)

il-kwantità fornuta;

(d)

dikjarazzjoni li ż-żerriegħa u n-nebbiet prodott minn din iż-żerriegħa jissodisfaw rekwiżiti anqas iebsa minn dawk previsti fl-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva 1999/105/KE.


Top