This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0571
2006/571/EC: Commission Decision of 14 August 2006 amending Decision 2005/648/EC concerning protection measures in relation to Newcastle disease in Bulgaria (notified under document number C(2006) 3622) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 14 ta' Awwissu 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/648/KE dwar il-miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-marda tan-Newcastle fil-Bulgarija (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3622) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 14 ta' Awwissu 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/648/KE dwar il-miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-marda tan-Newcastle fil-Bulgarija (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3622) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 227, 19.8.2006, p. 58–59
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 1100–1101
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1792
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32005D0648 | Sostituzzjoni | anness 1 | DATNOT |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32006R1792 | 01/01/2007 |
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1100 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-14 ta' Awwissu 2006
li temenda d-Deċiżjoni 2005/648/KE dwar il-miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-marda tan-Newcastle fil-Bulgarija
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3622)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/571/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u partikolarment l-Artikolu 22 (6) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-marda tan-Newcastle hija marda virali kuntaġġuża ħafna fit-tjur ta' l-irziezet u l-għasafar u hemm riskju li l-aġent tal-marda jista' jiġi introdott permezz tal-kummerċ internazzjonali ta' tjur ħajjin u prodotti tat-tjur. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/648/KE tat-8 ta' Settembru 2005 dwar il-miżuri ta' protezzjoni dwar il-marda tan-Newcastle fil-Bulgarija (3) kienet ġiet adottata wara tfaqqigħa tal-marda tan-Newcastle fir-reġjun amministrattiv ta' Vratsa. Dik id-Deċiżjoni tissospendi l-importazzjoni tat-tjur ħajjin ta' l-irziezet, ir-ratiti, it-tjur selvaġġ u dak imrobbi u l-bajd tat-tfaqqis, il-laħam frisk u l-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam minn dawn l-ispeċijiet. |
(3) |
Il-Bulgarija kkonfermat tfaqqigħa tal-marda tan-Newcastle fid-distrett amministrattiv (kontea) ta' Kardzhali fil-Bulgarija. |
(4) |
Waqt li titqies is-sitwazzjoni attwali epidemjoloġika fil-Bulgarija dwar il-marda tan-Newcastle u l-fatt li dak il-pajjjiż applika ċerti miżuri ta' kontroll tal-marda u bagħat iktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-marda lill-Kummissjoni, jidher li s-sitwazzjoni fil-Bulgarija għajr għar-reġjuni ta' Vratsa, Blagoevgrad, Kardzhali and Burgas (esklużi l-muniċipalitajiet ta' Burgas u Sungurlare) hija sodisfaċenti. Għaldaqstant ikun xieraq li s-sospensjoni fuq l-importazzjonijiet tiġi limitata għal dawk ir-reġjuni. |
(5) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2005/648/KE għandu, għalhekk, jiġi emendat kif xieraq. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni 2005/648/KE l-Anness huwa sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar l-14 ta' Awwissu 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
(2) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(3) ĠU L 238, 15.9.2005, p. 16. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/354/KE (ĠU L 132, 18.5.2006, p. 34).
ANNESS
“ANNESS
Id-distrett amministrattiv ta' Blagoevgrad.
Id-distrett amministrattiv ta' Burgas, barra l-muniċipalitajiet ta' Burgas u ta' Sungurlare
Id-distrett amministrattiv ta' Vratsa
Id-distrett amministrattiv ta' Kardzhali”