Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0510

Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ Lulju 2006 li taħtar membru Spanjol tal-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 200, 22.7.2006, p. 6–6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 95–95 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/510/oj

16.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

95


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Lulju 2006

li taħtar membru Spanjol tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2006/510/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010 (1).

(2)

Post ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Francisco José VÁZQUEZ VÁZQUEZ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Heliodoro GALLEGO CUESTA, sindku ta' Palencia, hu maħtur bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, minflok is-Sur Francisco José VÁZQUEZ VÁZQUEZ, għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 11 ta’ Lulju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. HEINÄLUOMA


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Top