16.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

95


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Lulju 2006

li taħtar membru Spanjol tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2006/510/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010 (1).

(2)

Post ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Francisco José VÁZQUEZ VÁZQUEZ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Heliodoro GALLEGO CUESTA, sindku ta' Palencia, hu maħtur bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, minflok is-Sur Francisco José VÁZQUEZ VÁZQUEZ, għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 11 ta’ Lulju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. HEINÄLUOMA


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.