Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0443

    2006/443/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Marzu 2006 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/507 u 2001/509 bil-ħsieb li r-Regolamenti 109 u 108 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) dwar tajers b’wiċċ ġdid isiru obbligatorji

    ĠU L 181, 4.7.2006, p. 1–52 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/443/oj

    4.7.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-13 ta’ Marzu 2006

    li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/507 u 2001/509 bil-ħsieb li r-Regolamenti 109 u 108 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) dwar tajers b’wiċċ ġdid isiru obbligatorji

    (2006/443/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-ħsieb ta' l-adeżjoni mill-Komunità Ewropea għall-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu mqiegħda u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku ta’ approvazzjonijiet mogħtija fuq bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut 1958”) (1), u b’mod partikolari Artikolu 3(3), it-tieni inċiż ta’ Artikolu 4(2) u Artikolu 4(4) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (2),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolamenti 109 u 108 tan-UN/ECE wasslu għall-armonija fir-rekwiżiti għat-tajers b’wiċċ ġdid u għal-livell għoli ta’ sigurtà u protezzjoni ta’ l-ambjent. Huma ppermettew ħelsien fiċ-ċirkolazzjoni ta’ tajers b’wiċċ ġdid.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni 97/836/KE l-Komunità saret Parti Kontraenti għall-Ftehim Rivedut 1958 tan-UN/ECE. Bid-Deċiżjonijiet 2001/507/KE (3) u 2001/509/KE (4), il-Komunità aderiet għar-Regolamenti 109 u 108 tan-UN/ECE, rispettivament. Bl-adeżjoni ma’ dawk ir-Regolamenti, il-Komunità kkommettiet li taċċettahom bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni Komunitarja, skond id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 2 u 3 tal-Ftehim Rivedut 1958. Madankollu, sabiex tapplika dawk ir-Regolamenti fuq bażi obbligatorja, dispożizzjoni għal dak l-iskop għandha titniżżel fil-liġi Komunitarja skond l-Artikolu 4 (4) tad-Deċiżjoni 97/836/KE.

    (3)

    Minħabba l-firxa limitata ta’ l-azzjoni regolatorja meħtieġa, mhuwiex xieraq li l-applikazzjoni obbligatorja taż-żewġ Regolamenti ssir billi tiġi adottata Direttiva kif sar fid-Deċiżjonijiet 2001/507/KE u 2001/509/KE.

    (4)

    Id-Deċiżjonijiet 2001/507/KE u 2001/509/KE għandhom jiġu emendati għaldaqstant,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2001/507/KE hija emendata kif ġej:

    1)

    L-Artikolu waħdieni jiġi mibdul b’dan li ġej:

    “Artikolu Waħdieni

    Il-Komunità Ewropea għandha taderixxi mar-Regolament 109 tal-Kummissjoni għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċerna l-approvazzjoni għall-produzzjoni ta’ tajers pnewmatiċi b’wiċċ ġdid għall-vetturi kummerċjali u t-trejlers tagħhom.

    Sa mitt-13 ta’ Settembru 2006 d-dispożizzjonijiet tar-Regolament 109 kif imniżżla fl-Anness għandhom japplikaw bħala kondizzjoni obbligatorja għat-tpoġġija fuq is-suq tal-Komunità ta’ tajers b’wiċċ ġdid li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.”

    2)

    It-test tar-Regolament UN/ECE 109 mehmuż mad-Deċiżjoni 2001/507/KE qed jiġi mibdul bit-test imniżżel fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 2001/509/KE hija emendata kif ġej:

    1)

    L-Artikolu waħdieni jiġi mibdul b’dan li ġej:

    “Artikolu Waħdieni

    Il-Komunità Ewropea għandha taderixxi għar-Regolament 108 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċerna l-approvazzjoni għall-produzzjoni ta’ tajers pnewmatiċi b’wiċċ ġdid għal vetturi tal-mutur u t-trejlers tagħhom.

    Sa mitt-13 ta’ Settembru 2006 d-dispożizzjonijiet tar-Regolament 108 kif imniżżla fl-Anness għandhom japplikaw bħala kondizzjoni għat-tpoġġija fuq is-suq tal-Komunità ta’ tajers b’wiċċ ġdid li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.”

    2)

    It-test tar-Regolament UN/ECE 108 mehmuż mad-Deċiżjoni 2001/509/KE qed jiġi mibdul bit-test imniżżel fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

    Magħmula fi Brussell, nhar it-13 ta Marzu 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BARTENSTEIN


    (1)  ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

    (2)  Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

    (3)  ĠU L 183, 6.7.2001, p. 35.

    (4)  ĠU L 183, 6.7.2001, p. 37.


    ANNESS I

    REGOLAMENT Nru 109

    DISPOŻIZZJONIJIET UNIFORMI DWAR L-APPROVAZZJONI GĦALL-PRODUZZJONI TA' TAJERS PNEWMATIĊI B'WIĊĊ ĠDID GĦALL-VETTURI KUMMERĊJALI U L-KARRIJIET TAGĦHOM

    (test konsolidat)

    WERREJ

    REGOLAMENT

    1.

    Kamp ta' applikazzjoni 4

    2.

    Definizzjonijiet 4

    3.

    Marki 8

    4.

    Applikazzjoni għall-approvazzjoni 10

    5.

    Approvazzjoni 10

    6.

    Kriterji 11

    7.

    Speċifikazzjonijiet 15

    8.

    Modifiki fl-approvazzjoni 16

    9.

    Il-konformità tal-produzzjoni 16

    10.

    Penali għal nuqqas ta' konformità fil-produzzjoni 17

    11.

    Produzzjoni li twaqqfet għal kollox 17

    12.

    Ismijiet u indirizzi ta' servizzi tekniċi responsabbli biex iwettqu testijiet ta' approvazzjoni, ta' laboratorji li fihom isiru t-testijiet, u ta' dipartimenti amministrattivi 17

    ANNESSI

    Anness 1 –

    Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew it-tneħħija ta' l-approvazzjoni ta' jew il-produzzjoni li twaqqfet għal kollox minn faċilità ta' produzzjoni ta' tajers b'wiċċ ġdid skond ir-Regolament Nru 109

    Anness 2 –

    Arranġament tal-marka ta' approvazzjoni

    Anness 3 –

    Arranġament ta' l-immarkar ta' tajers b'wiċċ ġdid

    Anness 4 –

    Lista ta' l-indiċijiet ta' tagħbija u kapaċitajiet ta' tagħbija korrispondenti

    Anness 5 –

    Il-qisien tat-tajers u l-klassifikazzjoni tagħhom skond il-qies

    Anness 6 –

    Il-metodu li bih jitkejlu t-tajers pnewmatiċi

    Anness 7 –

    Il-proċedura għat-testijiet tal-kapaċità tat-tagħbija/veloċità

    Appendiċi 1 –

    Il-programm tat-test tal-kapaċità

    Appendiċi 2 –

    Relazzjoni bejn l-indiċi tal-pressjoni u l-unitajiet tal-pressjoni

    Anness 8 –

    Il-varjazzjoni tal-kapaċità tat-tagħbija skond il-veloċità: il-ħxuna radjali u djagonali tat-tajers ta' vetturi kummerċjali

    Anness 9 –

    Il-figura ta' spjegazzjoni

    1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    Dan ir-Regolament jgħodd għall-produzzjoni ta' tajers b'wiċċ ġdid, maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom li jintużaw fit-triq. Dan ma jgħoddx iżda għal:

    1.1.

    Tajers b'wiċċ ġdid għal karrozzi privati (tal-passiġġieri) u l-karrijiet tagħhom.

    1.2.

    Tajers b'wiċċ ġdid b'kapaċità ta' veloċità taħt it-80 km/s.

    1.3.

    Tajers għar-roti u l-muturi.

    1.4.

    Tajers li oriġinarjament kienu prodotti mingħajr simboli tal-veloċità u/jew indiċijiet tat-tagħbija.

    1.5.

    Tajers li oriġinarjament kienu prodotti mingħajr l-approvazzjoni tat-tip u mingħajr il-marka “E” jew “e”.

    2.   DEFINIZZJONIJIET – Ara wkoll il-figura fl-Anness 9

    Għall-fini ta' dan ir-Regolament:

    2.1.

    “Firxa ta' tajers pnewmatiċi b'wiċċ ġdid” – tfisser firxa ta' tajers pnewmatiċi b'wiċċ ġdid, kif ikkwotat fil-paragrafu 4.1.4.

    2.2.

    “Struttura” ta' tajer pnewmatiku tfisser il-karatteristiċi tekniċi tal-qafas tat-tajer. L-istrutturi li ġejjin jingħarfu b'mod partikolari:

    2.2.1.

    “Djagonali” jew “Ħxuna Mxaqilba” tiddeskrivi struttura ta' tajer pnewmatiku li fih il-kurduni tal-ħxuna jkun jestendu għax-xoffa ta' ġewwa tat-tajer u jitpoġġew f'angoli alternati sostanzjalment ta' inqas minn 90o għal-linja ċentrali tal-wiċċ ta' barra mfellel tat-tajer.

    2.2.2.

    Bias-Belted” tiddeskrivi struttura ta' tajer pnewmatiku ta' tip djagonali (ħxuna mxaqilba) li fih il-qafas ikun stabilizzat permezz ta' ċinturin, magħmul minn żewġ saffi jew aktar ta' kurdun ta' materjal li ma jkunx jista' jitwessa' wisq u li jitpoġġa f'angoli alternati qrib dawk tal-qafas tat-tajer.

    2.2.3.

    “Radjali” tiddeskrivi struttura ta' tajer pnewmatiku li fih il-kurduni tal-ħxuna jkunu jestendu għax-xoffa ta' ġewwa tat-tajer u jitqiegħdu b'mod sostanzjali f'angolu ta' 90o għal-linja taċ-ċentru tal-wiċċ ta' barra mfellel tat-tajer. Il-qafas tat-tajer ikun stabilizzat b'ċinturin mad-dawra li essenzjalment ma jkunx jitwessa' wisq.

    2.3.

    “Kategorija ta' użu”

    2.3.1.

    Tajer normali huwa wieħed maħsub għall-użu normali fuq it-triq biss.

    2.3.2.

    Tajer ta' użu speċjali huwa wieħed maħsub għal użi differenti, kemm fuq u barra t-triq u/jew għal veloċità ristretta.

    2.3.3.

    Tajer tas-silġ huwa wieħed li l-għamla tal-wiċċ ta' barra mfellel tiegħu, jew l-għamla tal-wiċċ ta' barra mfellel u l-istruttura tiegħu, tkun iddisinjata primarjament biex tiżgura li, fit-tajn u fis-silġ frisk jew li jkun qed jinħall, jkollu rendiment aħjar minn wieħed normali. L-għamla tal-wiċċ ta' barra mfellel ta' tajer tas-silġ ġeneralment tikkonsisti minn kanal (strixxa) u elementi ta' materjal solidu li jkunu spazjati b'mod aktar wiesa' minn dawk fuq tajer normali.

    2.4.

    “Ix-xoffa ta' ġewwa tat-tajer” tfisser il-parti ta' tajer pnewmatiku li tkun ta' tali għamla u struttura li tkun toqgħod ġor-rimm u żżomm it-tajer fuqha.

    2.5.

    “Kurdun” tfisser il-ħjut li jiffurmaw il-fibra tal-ħxuniet tat-tajer pnewmatiku.

    2.6.

    “Ħxuna” tfisser saff ta' kurduni paralleli mgħottija tal-“gomma”.

    2.7.

    “Ċinturin” tapplika għal ħxuna radjali jew tajer bi ħxuna mxaqilba u tfisser saff jew saffi ta' materjal jew materjali taħt il-wiċċ ta' barra mfellel tat-tajer, impoġġi b'mod sostanzjali fid-direzzjoni tal-linja taċ-ċentru tal-wiċċ ta' barra mfellel tat-tajer biex jirrestrinġi l-qafas f'direzzjoni ċirkonferenzjali.

    2.8.

    “Interruttur” tapplika għal tajer ta' ħxuna djagonali u tfisser il-ħxuna tan-nofs bejn il-qafas u l-wiċċ ta' barra mfellel tat-tajer.

    2.9.

    “Interruttur protettiv” tapplika għal tajer ta' ħxuna radjali u tfisser il-ħxuna tan-nofs mhux obbligatorja bejn il-wiċċ ta' barra mfellel tat-tajer u ċ-ċinturin biex inaqqas il-ħsara liċ-ċinturin.

    2.10.

    Chafer” tfisser materjal fil-parti tax-xoffa ta' ġewwa tat-tajer biex tipproteġi l-qafas kontra kull għerik jew brix mir-rimm tar-rota.

    2.11.

    “Qafas” tfisser dik il-parti sturtturali ta' tajer pnewmatiku, ħlief il-wiċċ ta' barra mfellel u l-“gomma” ta' barra nett tal-ħitan tal-ġnub li, meta jintnefaħ, ikun jiflaħ għat-tagħbija.

    2.12.

    “Il-wiċċ ta' barra mfellel tat-tajer” tfisser dik il-parti ta' tajer pnewmatiku li jkun imfassal biex ikollu kuntatt ma' l-art, jipproteġi l-qafas kontra kull ħsara teknika u jgħin biex it-tajer jaqbad ma' l-art.

    2.13.

    “Il-ħajt tal-ġenb” tfisser il-parti ta' tajer pnewmatiku bejn il-wiċċ ta' barra mfellel tat-tajer u l-parti maħsuba biex tgħatti l-flanġ tar-rimm.

    2.14.

    “Il-parti t'isfel tat-tajer” tfisser dik il-parti inkluża bejn il-linja tal-wisa' massima tas-sezzjoni tat-tajer u l-parti mfassla biex tkun mgħottija bix-xoffa tar-rimm.

    2.15.

    “Il-kanal tal-wiċċ ta' barra mfellel tat-tajer” tfisser l-ispazju bejn l-istrixxi jew il-blokki ħdejn xuxlin fid-disinn tal-wiċċ ta' barra mfellel tat-tajer.

    2.16.

    “Il-wisa' tas-sezzjoni” tfisser id-distanza lineari bejn il-parti ta' barra tal-ħitan tal-ġenb ta' tajer pnewmatiku minfuħ, meta dan jitwaħħal fuq ir-rimm ta' ċertu qies speċifiku, iżda li teskludi l-elevazzjonijiet minħabba t-tikketti (immarkar), id-dekorazzjoni jew l-istrixxi jew kanali protettivi.

    2.17.

    “Il-wisa' ġenerali” tfisser id-distanza lineari bejn il-parti ta' barra tal-ħitan tal-ġnub ta' tajer pnewmatiku minfuħ, meta dan jitwaħħal fuq rimm ta' qies speċifiku, u tinkludi it-tikketti (immarkar), id-disinn jew l-istrixxi jew kanali protettivi.

    2.18.

    “L-għoli tas-sezzjoni” tfisser distanza ugwali għal nofs id-differenza bejn id-dijametru ta' barra tat-tajer u d-dijametru nominali tar-rimm.

    2.19.

    “Il-proporzjon ta' l-aspett nominali” tfisser mitt darba n-numru miksub billi tiddividi n-numru li jesprimi l-għoli nominali tas-sezzjoni bin-numru li jesprimi l-wisa' nominali tas-sezzjoni, fejn iż-żewġ figuri jkunu fl-istess unitajiet.

    2.20.

    “Id-dijametru ta' barra” tfisser id-dijametru ġenerali ta' tajer minfuħ li jkun għadu kif kellu l-wiċċ ta' barra mfellel mill-ġdid.

    2.21.

    “Il-klassifikazzjoni tal-qies tat-tajer” tfisser klassifikazzjoni li turi:

    2.21.1.

    Il-wisa' nominali tas-sezzjoni. Din trid tkun imfissra f'millimetri, ħlief fil-każijiet ta' tajers li l-klassifikazzjoni tal-qies tagħhom tidher fl-ewwel kolonna tat-tabelli li hemm fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament.

    2.21.2.

    Ir-ratio ta' l-aspett nominali, ħlief fil-każ ta' tajers li għalihom il-klassifikazzjoni tal-qies tidher fl-ewwel kolonna tat-tabelli li hemm fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament.

    2.21.3.

    Numru konvenzjonali “d” (is-simbolu “d”) li juri d-dijametru nominali tar-rimm u li jikkorrispondi għad-dijametru ta' dan imfisser jew permezz ta' kodiċi (numri taħt il-100) jew f'millimetri (numri aktar minn 100). In-numri li jikkorrispondu għaż-żewġ tipi ta' kejl jistgħu jintużaw fil-klassifikazzjoni.

    2.21.3.1.

    Il-valuri tas-simboli “d” imfissra f'millimetri qed jidhru hawn taħt:

    Kodiċi tad-Dijametru Nominali tar-Rimm – “d”

    Valur tas-simbolu “d” imfisser f'mm

    8

    9

    10

    11

    12

    13

    14

    203

    229

    254

    279

    305

    330

    356

    15

    16

    17

    18

    19

    381

    406

    432

    457

    483

    20

    21

    22

    24

    25

    508

    533

    559

    610

    635

    14,5

    16,5

    17,5

    19,5

    20,5

    22,5

    24,5

    368

    419

    445

    495

    521

    572

    622

    26

    28

    30

    660

    711

    762

    2.22.

    “Id-dijametru nominali tar-rimm (d)” ifisser id-dijametru tar-rimm li fuqu tajer ikun imfassal biex jitwaħħal.

    2.23.

    “Rimm” ifisser l-appoġġ, jew għal assemblaġġ ta' tajer-u-tubu jew għal tajer mingħajr tubu, li fuqu titpoġġa x-xoffa ta' ġewwa tat-tajer.

    2.24.

    “Ir-rimm tal-kejl” ifisser ir-rimm speċifikat bħala ’l-wisa' tal-kejl tar-rimm’ jew ’il-wisa' tad-disinn tar-rimm’ għal klassifikazzjoni partikolari tal-qies ta' tajer fi kwalunkwe edizzjoni ta' wieħed mill-Istandards Internazzjonali tat-Tajers jew aktar.

    2.25.

    “Ir-rimm tat-test” ifisser kwalunkwe rimm speċifikat bħala approvat jew rakkomandat jew awtorizzat f'xi wieħed mill-Istandards Internazzjonali tat-Tajers għal tajer ta' dik il-klassifikazzjoni ta' qies jew tip.

    2.26.

    “Standard Internazzjonali tat-Tajers” ifisser kwalunkwe wieħed mid-dokumenti standard li ġejjin:

    (a)

    L-Organizzazzjoni Teknika Ewropea tat-Tajers u r-Rimmijiet (ETRTO) (1): “Il-Manwal ta' l-Istandards”

    (b)

    L-Organizzazzjoni Teknika Ewropea tat-Tajers u r-Rimmijiet (ETRTO) (1): ’Tagħrif ta' Inġinerija dwar id-Disinn – data skaduta’

    (ċ)

    L-Assoċjazzjoni inkorporata tat-tajer u r-rimm. (l-Assoċjazzjoni tat-Tajers u r-Rimmijiet) (TRA) (2): ’Il-Ktieb tas-Sena’

    (d)

    L-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi tat-Tajers tal-Karrozzi tal-Ġappun (JATMA) (3): ’Il-Ktieb tas-Sena’

    (e)

    L-Assoċjazzjoni tat-Tajers u r-Rimmijiet ta' l-Awstralja (TRAA) (4): ’Il-Manwal ta' l-Istandards’

    (f)

    L-Assiciaçao Brasileira de Pneus e Aros (ABPA) (5): ’Manual de Normal Technicas’

    (ġ)

    L-Organizzazzjoni Skandinava tat-Tajers u r-Rimmijiet (STRO) (6): ’Ktieb ta' Tagħrif’

    L-istandards tat-tajer jistgħu jinkisbu mill-indirizzi li ġejjin:

    2.27.

    “Tkissir fi bċejjeċ” tfisser it-tkissir ta' bċejjeċ ta' gomma mill-wiċċ ta' barra mfellel tat-tajer.

    2.28.

    “Is-separazzjoni tal-kurdun” tfisser il-firda tal-kurduni mill-għata tal-gomma tagħhom.

    2.29.

    “Is-separazzjoni tal-ħxuna” tfisser il-firda ta' ħxuniet minn maġenb xulxin.

    2.30.

    “Is-separazzjoni tal-wiċċ ta' barra mfellel tat-tajer” tfisser it-tneħħija tal-wiċċ ta' barra mfellel mill-qafas tat-tajer.

    2.31.

    “Deskrizzjoni tas-servizz” tfisser il-kumbinazzjoni speċifika ta' l-indiċi tat-tagħbija u s-simbolu tal-veloċità tat-tajer.

    2.32.

    “L-indiċi tat-tagħbija” tfisser kodiċi numeriku li juri t-tagħbija li t-tajer jista' jgħabbi fil-veloċità li tikkorrispondi għas-simbolu tal-veloċità assoċjat u meta dan jitħaddem skond il-kundizzjonijiet tas-servizz speċifikati mill-manifattur. Tajer pnewmatiku jista' jkollu aktar minn indiċi wieħed tat-tagħbija biex juri l-kapaċità tat-tagħbija tiegħu meta dan jintuża f'formazzjoni waħda jew doppja, jew biex juri kapaċità ta' tagħbija oħra (punt uniku) li fuqu ma tkunx awtorizzata varjazzjoni ta' tagħbija skond il-paragrafu 2.35 u l-Anness 8 għal dan ir-Regolament.

    Il-lista ta' indiċijiet tat-tagħbija u t-tagħbijiet li jikkorrispondu magħhom jidhru fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

    2.33.

    “Simbolu tal-veloċità” tfisser:

    2.33.1.

    Simbolu alfabetiku li juri l-veloċità li fiha t-tajer jista' jgħabbi t-tagħbija mogħtija mill-indiċi tat-tagħbija assoċjat miegħu.

    2.33.2.

    Is-simboli tal-veloċità u l-veloċitajiet li jikkorrispondu magħhom qed jidhru fit-tabella t'hawn taħt:

    Simbolu tal-veloċità

    L-Ogħla Veloċità Korrispondenti (km/s)

    F

    G

    J

    K

    L

    M

    N

    P

    Q

    R

    S

    T

    U

    H

    80

    90

    100

    110

    120

    130

    140

    150

    160

    170

    180

    190

    200

    210

    2.34.

    “Punt uniku” ifisser deskrizzjoni addizzjonali tas-servizz, immarkata maġenb id-deskrizzjoni normali tas-servizz, iżda li ma tistax tintuża biex tkun ikkalkulata varjazzjoni tal-kapaċità tat-tagħbija kif definit fil-paragrafu 2.35 u fl-Anness 8 għal dan ir-Regolament.

    2.35.

    “Il-varjazzjoni tal-kapaċità tat-tagħbija mal-veloċità” tfisser kapaċità oħra ta' tagħbija għat-tajer meta dan jintuża f'veloċità differenti minn dik murija bis-simbolu tal-veloċità fid-deskrizzjoni normali tas-servizz. Il-varjazzjonijiet awtorizzati qed jidhru fit-tabella fl-Anness 8 għal dan ir-Regolament.

    2.36.

    “Faċilità ta' produzzjoni ta' tajers b'wiċċ ġdid” tfisser post jew grupp ta' siti lokalizzati fejn ikunu manifatturati tajers b'wiċċ ġdid.

    2.37.

    “tajers b' wiċċ ġdid” tfisser terminu ġeneriku għar-rikondizzjonar ta' tajers użati billi jinbidlulhom il-wiċċ mikul ta' barra b'wieħed ġdid. Dan jista' jinkludi wkoll it-tiġdid tal-wiċċ l-aktar ta' barra tal-ħitan tal-ġnub. Dan ikopri l-metodi ta' proċess li ġejjin:

    2.37.1.

    “Il-capping ta' fuq” – il-bdil tal-wiċċ ta' barra;

    2.37.2.

    “Il-capping mill-ġdid” – il-bdil tal-wiċċ ta' barra fejn il-materjal il-ġdid jibqa' sejjer għal fuq parti mill-ħitan tal-ġenb;

    2.37.3.

    “Xoffa għal xoffa” – il-bdil tal-wiċċ ta' barra u t-tiġdid tal-wiċċ tal-ġenb, inkluża parti min-naħa t'isfel, jew in-naħa t'isfel kollha, tat-tajer.

    2.38.

    Casing” huwa t-tajer użat li jinkludi l-qafas u l-wiċċ ta' barra u l-materjal tal-ħitan tal-ġnub li jkun għad fadal.

    2.39.

    “Tindif” huwa l-proċess biex jitneħħa l-materjal il-qadim mill-casing biex jitħejja l-wiċċ għall-materjal il-ġdid.

    2.40.

    “Tiswija” huwa x-xogħol rimedjali li jsir fuq casing bil-ħsara fil-limiti magħrufa.

    2.41.

    “Il-materjal tat-tiflil tal-wiċċ ta' barra” huwa materjal f'kundizzjoni li tkun tajba biex jitqiegħed minflok il-wiċċ mikul. Dan jista' jkun f'diversi forom, bħal per eżempju:

    2.41.1.

    Camel-back” – strixxi ta' materjal maqtugħin minn qabel li jkunu ngħataw is-sura tal-profil sezzjonali meħtieġ u wara jitwaħħlu mingħajr l-użu ta' sħana mal-casing imħejji. Il-materjal il-ġdid għandu jkun vulkanizzat.

    2.41.2.

    “Mkebbeb bl-istrixxi” – strixxa ta' materjal għat-tiflil tal-wiċċ ta' barra li tingħata s-sura direttament u titkebbeb għal fuq il-casing imħejji u li jinbnew sal-kontorn sezzjonali meħtieġ. Il-materjal il-ġdid irid jiġi vulkanizzat.

    2.41.3.

    “L-għoti dirett ta' sura” – materjal tat-tiflil tal-wiċċ ta' barra li jitneħħa biex jintlaħaq il-profil sezzjonali meħtieġ u li jingħata sura direttament għal fuq il-casing imħejji. Il-materjal il-ġdid għandu jkun vulkanizzat.

    2.41.4.

    “Vulkanizzat minn qabel” – wiċċ tat-tiflil ta' barra li ġie ffurmat u vulkanizzat minn qabel li jiġi applikat direttament għall-casing imħejji. Il-materjal il-ġdid għandu jingħaqad mal-casing.

    2.42.

    “Il-kisja tal-ħajt tal-ġenb” huwa materjal użat biex jgħatti l-ħitan tal-ġenb tal-casing biex b'hekk ikunu jistgħu jsiru l-marki meħtieġa.

    2.43.

    “Gomma tal-kuxxin” huwa materjal użat bħala saff biex jgħaqqad il-wiċċ mfellel ta' barra l-ġdid u l-casing u biex jissewwew ħsarat żgħar.

    2.44.

    “Siment” huwa sustanza likwida adeżiva biex iżomm materjali ġodda f'posthom qabel il-proċess ta' vulkanizzar.

    2.45.

    “Vulkanizzar” huwa terminu użat biex jiddeskrivi l-bdil fil-karatteristiċi fiżiċi tal-materjal il-ġdid li s-soltu jsir bl-applikazzjoni tas-sħana u l-pressjoni għal perjodu stabbilit ta' ħin taħt kundizzjonijiet kontrollati.

    3.   IMMARKAR

    3.1.

    Eżempju ta' l-arranġament ta' marki fuq tajer b'wiċċ ġdid qed jidher fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament.

    3.2.

    It-tajers b'wiċċ ġdid għandhom juru, fuq iż-żewġ ħitan tal-ġenb fil-każ ta' tajers simetriċi, u mill-anqas fuq il-ħajt tal-ġenb ta' barra fil-każ ta' tajers mhux simetriċi:

    3.2.1.

    L-isem tad-ditta jew il-marka tal-fabbrika;

    3.2.2.

    Il-klassifikazzjoni tal-qies tat-tajer kif definit fil-paragrafu 2.21.;

    3.2.3.

    Indikazzjoni ta' l-istruttura kif ġej:

    3.2.3.1.

    Fuq tajers djagonali (ħxuna mxaqilba); l-ebda indikazzjoni, jew l-ittra “D” impoġġija fuq quddiem tal-marka fuq id-dijametru tar-rimm;

    3.2.3.2.

    Fuq tajers bi ħxuna radjali; l-ittra “R” impoġġija fuq quddiem tal-marka tad-dijametru tar-rimm, u, jekk mixtieq, il-kelma “RADIAL”;

    3.2.3.3.

    Fuq tajers bias belted, l-ittra “B” impoġġija fuq quddiem tal-marka tad-dijametru tar-rimm flimkien mal-kliem “BIAS-BELTED”;

    3.2.4.

    Id-deskrizzjoni tas-servizz li tinkludi:

    3.2.4.1.

    Indikazzjoni tal-kapaċità/kapaċitajiet tat-tagħbija nominali tat-tajer fil-forma ta' l-indiċi tat-tagħbija preskritt fil-paragrafu 2.32;

    3.2.4.2.

    Indikazzjoni tal-kapaċità tal-veloċità nominali tat-tajer fil-forma tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 2.33;

    3.2.5.

    Jekk jgħodd, deskrizzjoni alternattiva tas-servizz waħda, il-Punt uniku, li tinkludi:

    3.2.5.1.

    Indikazzjoni tal-kapaċità/kapaċitajiet tat-tagħbija tat-tajer fil-forma ta' l-indiċi tat-tagħbija preskritt fil-paragrafu 2.32.;

    3.2.5.2.

    Indikazzjoni tal-kapaċità tal-veloċità fil-forma tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 2.33;

    3.2.6.

    Il-kelma “TUBELESS” jekk it-tajer huwa magħmul għal użu mingħajr it-tubu ta' ġewwa.

    3.2.7.

    Il-kelmiet M+S jew MS jew M.S. jew M & S fil-każ ta' tajer tas-silġ.

    3.2.8.

    Id-data meta l-wiċċ ta' barra tat-tajer tfellel mill-ġdid, kif ġej:

    3.2.8.1.

    Sal-31 ta' Diċembru 1999; jew kif spjegat fil-paragrafu 3.2.8.2. jew fil-forma ta' grupp ta' tliet figuri, l-ewwel tnejn juru n-numru tal-ġimgħa, waqt li t-tielet is-sena tad-deċennju tal-manifattura. Il-kodiċi tad-data jista' jkopri perjodu ta' produzzjoni li jibda mill-ġimgħa murija bin-numru tal-ġimgħa sa, u li jinkludi, in-numru tal-ġimgħa u tlieta oħra. Per eżempju, il-marka “253” tista' turi tajer b'wiċċ ġdid li sar fil-ġimgħat 25, 26, 27 jew 28 tas-sena 1993.

    Il-kodiċi tad-data għandu jkun immarkat fuq wieħed mill-ħitan tal-ġenb biss.

    3.2.8.2.

    Mill-1 ta' Jannar 2000; fil-forma ta' grupp ta' erba' figuri, l-ewwel tnejn juru l-ġimgħa u t-tieni tnejn juru s-sena li fiha t-tajer kellu l-wiċċ ta' barra mfellel mill-ġdid. Il-kodiċi tad-data jista' jkopri perjodu ta' produzzjoni mill-ġimgħa murija bin-numru tal-ġimgħa sa, u li jinkludi n-numru tal-ġimgħa miżjuda bi tlieta. Per eżempju, il-marka “2503” tista' turi tajer b'wiċċ ġdid li jkun sar fil-ġimgħat 25, 26, 27 jew 28 tas-sena 2003.

    Il-kodiċi tad-data għandu jkun immarkat fuq wieħed mill-ħitan tal-ġenb biss.

    3.2.9.

    Fil-każ ta' tajers skanalati mill-ġdid, is-simbolu “

    Image

    ” f'ċirku b'dijametru ta' madwar 20 mm, jew il-kelma “REGROOVABLE”, imħaffra fil- jew fuq kull ħajt tal-ġenb.

    3.2.10.

    Indikazzjoni, permezz ta' l-indiċi “PSI”, tal-pressjoni tan-nefħa li għandha tkun adottata għat-testijiet tal-kapaċità tat-tagħbija/veloċità, kif spjegat fl-Anness 7, l-Appendiċi 2 għal dan ir-Regolament.

    Din l-indikazzjoni għandha titpoġġa fuq wieħed mill-ħitan tal-ġenb biss.

    3.2.11.

    It-terminu “RETREAD” jew “REMOULD” (wara l-1 ta' Jannar 1999 il-kelma “RETREAD” biss għandha tintuża). Fuq it-talba ta' min jagħmel it-tajers b'wiċċ ġdid, jista' jiżdied l-istess terminu f'lingwi oħra.

    3.2.12.

    Il-kelmiet “ET” jew “ML” jew “MPT” għal “Tajers ta' użu speċjali” (7)

    3.3.

    Qabel ma jkunu approvati, it-tajers għandhom juru spazju liberu sostanzjalment kbir, li fih tkun tista' titpoġġa marka ta' l-approvazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 5.8. u kif muri fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament.

    3.4.

    Wara l-approvazzjoni, il-marki msemmija fil-paragrafu 5.8. u murija fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament, għandhom jitwaħħlu fl-ispazju liberu msemmi fil-paragrafu 3.3. Din il-marka għandha titwaħħal fuq wieħed mill-ħitan tal-ġenb biss.

    3.5.

    Il-marki msemmija fil-paragrafu 3.2. u l-marka ta' l-approvazzjoni preskritta fil-paragrafi 3.4. u 5.8 għandhom ikunu jinqraw b'mod ċar u jkunu ffurmati fuq jew fit-tajer jew inkella jkunu mmarkati b'mod permanenti fuq it-tajer.

    3.6.

    Sakemm kwalunkwe mill-ispeċifikazzjonijiet oriġinali tal-manifattur ikunu għadhom jinqraw wara li jkun sar il-wiċċ ta' barra mfellel mill-ġdid fuq it-tajer, dawn għandhom jibqgħu jitqiesu bħala speċifikazzjonijiet tal-manifattur tat-tajers b'wiċċ ġdid għal dak it-tajer. Jekk dawn l-ispeċifikazzjonijiet oriġinali ma jkunux jgħoddu wara li jkun sar il-wiċċ ta' barra mfellel mill-ġdid tat-tajer, dawn għandhom jitneħħew kompletament.

    3.7.

    Il-marka ta' l-approvazzjoni oriġinali “E” jew “e” u n-numru ta' l-approvazzjoni u kwalunkwe marka jew numru ta' l-approvazzjoni oħrajn li jkunu saru wara mill-faċilità tal-produzzjoni tat-tajers b'wiċċ ġdid, jekk ma jkunux jgħoddu aktar, għandhom jitneħħew.

    4.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    Il-proċeduri li ġejjin jgħoddu għall-approvazzjoni ta' faciltà ta' produzzjoni ta' tajres b'wiċċ ġdid:

    4.1.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' faciltà ta' produzzjoni għandha tkun sottomessa mill-possessur ta' l-isem kummerċjali jew il-marka tal-fabbrika li tkun se titwaħħal fuq it-tajer, jew inkella mir-rappreżentant akkreditat kif suppost. Din għanda tispeċifika:

    4.1.1.

    Deskrizzjoni ġenerali ta' l-istruttura tal-faciltà li tipproduċi t-tajers b'wiċċ ġdid.

    4.1.2.

    Deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema tat-tmexxija tal-kwalità, li tiżgura li l-kontroll effettiv tal-proċeduri tat-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta' barra tat-tajers jkunu qed jilħqu tabilħaqq il-kriterji ta' dan ir-Regolament.

    4.1.3.

    L-ismijiet jew il-marki tal-fabbrika li għandhom jitwaħħlu fuq it-tajers b'wiċċ ġdid li jiġu manifatturati.

    4.1.4.

    It-tagħrif li ġej dwar il-firxa ta' tajers b'wiċċ ġdid:

    4.1.4.1.

    il-firxa tal-qisien tat-tajers;

    4.1.4.2.

    l-istruttura tat-tajers (djagonali jew bi ħxuna mxaqilba, bias-belted jew radjali);

    4.1.4.3.

    il-kategorija ta' l-użu tat-tajers (tajers normali jew tas-silġ eċċ.);

    4.1.4.4.

    is-sistema tat-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta' barra tat-tajers u l-metodu ta' l-applikazzjoni tal-materjali l-ġodda li għandhom jintużaw, kif definit fil-paragrafi 2.37 u 2.41;

    4.1.4.5.

    is-simbolu ta' l-ogħla veloċità tat-tajers b'wiċċ ġdid;

    4.1.4.6.

    l-indiċi ta' l-ogħla tagħbija tat-tajers b'wiċċ ġdid;

    4.1.4.7.

    l-Istandard tat-Tajer Internazzjonali magħżul li għalih tkun tgħodd il-firxa tat-tajers.

    5.   L-APPROVAZZJONI

    5.1.

    Għal tajers b'wiċċ ġdid, jeħtieġ li l-faciltà tal-produzzjoni ta' dawn it-tajers tikseb l-approvazzjoni meħtieġa mill-awtoritajiet li japprovaw skond il-kriterji ta' dan ir-Regolament. L-awtorità li tapprova għandha tieħu l-miżuri meħtieġa, kif deskritt f'dan ir-Regolament, biex tiżgura li t-tajers b'wiċċ ġdid fil-faciltà tal-produzzjoni rispettiva tabilħaqq tilħaq il-kriterji msemmija f'dan ir-Regolament. Il-faciltà tal-produzzjoni tat-tajers b'wiċċ ġdid għandha tkun responsabbli kompletament biex tiżgura li dawn it-tajers ikunu jilħqu tabilħaqq il-kriterji ta' dan ir-Regolament u li dawn ikollhom turija xierqa meta jintużaw b'mod normali.

    5.2.

    Barra mill-kriterji normali għall-valutazzjoni tal-bidu ta' din il-faciltà tal-produzzjoni, l-awtorità li tapprova għandha tkun sodisfatta li d-dokumentazzjoni tal-proċeduri, l-operat, l-istruzzjonijiet u ta' l-ispeċifikazzjonijiet pprovduti mill-fornituri tal-materjal ikunu f'lingwa li tkun tista' tiftiehem mill-ewwel mill-operaturi tal-faciltà tal-produzzjoni tat-tajers b'wiċċ ġdid.

    5.3.

    L-awtorità li tapprova għandha tiżgura li d-dokumenti tal-proċedura u l-operat għal kull taqsima ta' produzzjoni jkun fihom speċifikazzjonijiet li jkunu xierqa għal materjali tat-tiswija u l-proċessi li jintużaw, dwar il-limiti ta' ħsara li tista' tissewwa jew il-penetrazzjonijiet li jistgħu jsiru fil-qafas tat-tajer, dwar jekk din il-ħsara tkunx teżisti jew tkunx ikkawżata matul il-proċessi ta' tħejjija għat-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta' barra tat-tajer.

    5.4.

    Qabel ma tagħti l-approvazzjoni tagħha, l-awtorità għandha tkun sodisfatta li t-tajers b'wiċċ ġdid ikunu konformi ma' dan ir-Regolament u li t-testijiet meħtieġa skond il-paragrafi 6.5 u 6.6 ikunu saru b'suċċess fuq mill-anqas 5 u mhux neċessarjament aktar minn 20 kampjun ta' tajers b'wiċċ ġdid li jkunu jirrappreżentaw il-firxa ta' tajers manifatturati fil-faciltà tal-produzzjoni ta' dawn it-tajers.

    5.5.

    Fil-każ li jkun hemm żewġ riżultati negattivi matul il-provi, għandhom ikunu ttestjati żewġ kampjuni oħra ta' l-istess speċifikazzjoni ta' tajer.

    Jekk wieħed minn dawn il-kampjuni jew inkella t-tnejn ifallu, għandhom ikunu sottomessi għall-aħħar darba u jiġu ttestjati żewġ kampjuni oħra.

    Jekk wieħed minn dawn il-kampjuni jew it-tnejn ifallu, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-taqsima tal-produzzjoni ta' tajers b'wiċċ ġdid għandha tiġi miċħuda.

    5.6.

    Jekk il-kriterji kollha ta' dan ir-Regolament ikunu ntlaħqu, l-approvazzjoni għandha tingħata u għandu jingħata numru ta' l-approvazzjoni għal kull faciltà ta' produzzjoni ta' dawn it-tajers li tkun ġiet approvata. L-ewwel żewġ figuri ta' dan in-numru għandhom juru s-serje ta' l-emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi kbar u riċenti għar-Regolament meta tkun ħarġet l-approvazzjoni. In-numru ta' l-approvazzjoni għandu jkun ippreċedut bis-simbolu “109R”, li jfisser li l-approvazzjoni tgħodd għal tajer b'wiċċ ġdid kif preskritt f'dan ir-Regolament.

    L-istess awtorità ma tistax tassenja l-istess numru lil taqsima ta' produzzjoni oħra li tkun koperta b'dan ir-Regolament.

    5.7.

    L-avviż ta' l-approvazzjoni jew ta' l-estensjoni, ir-rifjut jew it-tneħħija ta' l-approvazzjoni jew tal-produzzjoni li ma tkunx baqgħet issir skond dan ir-Regolament għandu jkun komunikat lill-Partijiet tal-Ftehim ta' l-1958 li japplika dan ir-Regolament, permezz ta' formola li tkun konformi mal-mudell li jidher fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    5.8.

    Fuq kull tajer li jkun konformi ma' dan ir-Regolament, fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 3.3, u f'żieda mal-marki preskritti fil-paragrafu 3.2, għandha titwaħħal b'mod li jidher sew marka internazzjonali ta' l-approvazzjoni li tkun tikkonsisti minn:

    5.8.1.

    Ċirku li jdur ma' l-ittra “E” segwit bin-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni (8); u

    5.8.2.

    Numru ta' l-approvazzjoni kif deskritt fil-paragrafu 5.6.

    5.9.

    L-Anness 2 għal dan ir-Regolament juri eżempju ta' l-arranġamenti tal-marka ta' l-approvazzjoni.

    6.   IL-KRITERJI

    6.1.

    It-tajers m'għandhomx ikunu aċċettati għall-ewwel tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta' barra sakemm dawn ma jkunux tat-tip approvat u jkollhom il-marka “E” jew “e”, iżda dan il-kriterju m'għandux ikun obbligatorju sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2000.

    6.2.

    Il-kundizzjonijiet qabel it-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta' barra tat-tajers:

    6.2.1.

    It-tajers għandhom ikunu nodfa u nexfin qabel l-ispezzjoni.

    6.2.2.

    Qabel it-tindif, kull tajer għandu jkun eżaminat sew kemm minn ġewwa u kemm minn barra biex ikun żgurat li l-wiċċ ta' barra tat-tajer ikun jista' jitfellel mill-ġdid.

    6.2.3.

    It-tajers li jkollhom ħsara li tidher u li tkun ġejja minħabba tagħbija żejda jew nuqqas ta' nefħa m'għandux jerġa' jitfellel mill-ġdid.

    6.2.4.

    It-tajers li juru kull wieħed minn dawn it-tipi ta' ħsarat m'għandhomx ikunu aċċettati biex il-wiċċ ta' tagħhom jerġa' jitfellel mill-ġdid:

    6.2.4.1.

    Ġenerali:

    (a)

    qsim fil-gomma li ma jistax jissewwa u li jkun jibqa' sejjer ġol-qafas

    (b)

    ksur fil-qafas

    (ċ)

    attakk sostanzjali minħabba xi żejt jew kimika

    (d)

    ħsara jew ksur fil-qalba tax-xoffa ta' ġewwa tat-tajer

    (e)

    tiswijiet ta' qabel barra l-limiti speċifikati ta' ħsara – ara l-paragrafu 5.3.

    6.2.4.2.

    Kundizzjonijiet barra l-limiti speċifikati ta' grad ta' tiswija – ara l-paragrafu 5.3:

    (a)

    penetrazzjonijiet fil-qafas jew ħsara wara t-tħejjija għat-tiswija

    (b)

    ħafna ksur qrib xulxin

    (ċ)

    deterjorazzjoni sostanzjali fl-inforra ta' ġewwa

    (d)

    ħsara fix-xoffa ta' ġewwa

    (e)

    kurduni tal-qafas esposti

    (f)

    kurduni maħlulin

    (g)

    is-separazzjoni tal-ħxuna tax-xoffa ta' ġewwa

    (h)

    kurduni tal-qafas (azzar) li jkunu deformati jew mibruma b'mod permamenti

    (i)

    qsim fiċ-ċirkonferenza fuq ix-xoffa ta' ġewwa

    (j)

    kurduni ta' l-azzar jew wajer tax-xoffa ta' ġewwa kkorrodjat

    6.3.

    Preparazzjoni:

    6.3.1.

    Wara t-tindif, u qabel l-applikazzjoni tal-materjal il-ġdid, kull tajer għandu jkun eżaminat mill-ġdid, almenu minn barra, biex ikun żgurat li dan ikun għadu tajjeb biex il-wiċċ ta' barra tiegħu jitfellel mill-ġdid.

    6.3.2.

    Il-wiċċ kollu li fuqu jkun applikat il-materjal il-ġdid għandu jkun tħejja mingħajr ebda sħana żejda. Il-fibra tal-wiċċ imnaddaf m'għandhiex ikollha laċerazzjonijiet fondi ta' tindif jew materjal maħlul.

    6.3.3.

    Fejn ikollu jintuża materjal vulkanizzat minn qabel, il-kontorn tal-parti ppreparata għandu jilħaq il-kriterji tal-manifattur tal-materjal.

    6.3.4.

    Ħsara li tkun ikkawżata matul it-tindif m'għandhiex tkun aktar mil-limiti definiti ta' tiswija, ara l-paragrafu 5.3, u din għandha tissewwa.

    6.3.5.

    Il-ħsara tat-tindif fuq tajers bi ħxuna djagonali m'għandhiex tkun aktar mill-aktar ħxuna ta' barra tal-qafas fil-parti ewlenija. Wieħed għandu jassumi li l-ewwel ħxuna li jiltaqa' magħha tkun dik tal-qafas, sakemm ma jkunx jista' jiġi identifikat interruttur b'mod pożittiv. Jekk jitwaħħal interruttur, ħsara li tkun lokalizzata tkun awtorizzata.

    6.3.6.

    Ħsara ta' tindif lokalizzat fuq iċ-ċinturin ta' tajers radjali hija awtorizzata. Għal ħsara akbar, wieħed ikun jista' jibdel iċ-ċinturin kollu jew it-taqsimiet taċ-ċinturin. Fejn jitwaħħal interruttur protettiv, u jkun jista' jiġi identifikat b'mod pożittiv bħala tali, u jekk dan ikun bil-ħsara, wieħed ikun jista' jibdlu u mhux bilfors iġeddu.

    6.3.7.

    Partijiet ta' l-azzar li jkunu esposti għandhom jiġu ttrattati kemm jista' jkun malajr bil-materjal xieraq, kif definit mill-manifattur ta' dak il-materjal apposta.

    6.4.

    Tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta' barra tat-tajers:

    6.4.1.

    Min jagħmel it-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta' barra tat-tajers għandu jiżgura li jew il-manifattur jew il-fornitur tal-materjali tat-tiswija, inklużi l-irqajja, ikun responsabbli għal dan li ġej:

    (a)

    jiddefinixxi metodu(i) ta' applikazzjoni u ħażna, jekk ikun mitlub minn min ifellel mill-ġdid il-wiċċ ta' barra tat-tajers, fil-lingwa nazzjonali tal-pajjiż li fih il-materjali jkunu se jintużaw;

    (b)

    jiddefinixxi l-limiti ta' ħsara li għaliha l-materjali huma mfassla, jekk mitlub minn min ifellel mill-ġdid il-wiċċ ta' barra tat-tajers, fil-lingwa nazzjonali tal-pajjiż li fih il-materjali jkunu se jintużaw;

    (ċ)

    jiżgura li l-irqajja rinfurzati tat-tajers, jekk ikunu applikati tajjeb meta jissewwa l-qafas, ikunu tajbin għal dan il-għan;

    (d)

    jiżgura li l-irqajja jkunu tajbin biex jifilħu d-doppju ta' l-ogħla pressjoni tan-nefħa, kif mogħti mill-manifattur tat-tajer;

    (e)

    jiżgura li kwalunkwe materjal ieħor tat-tiswija jkun tajjeb għas-servizz maħsub.

    6.4.2.

    Min ifellel mill-ġdid il-wiċċ ta' barra tat-tajers għandu jkun responsabbli għall-applikazzjoni tajba tal-materjal tat-tiswija u biex jiżgura li t-tiswija tkun ħielsa min kull difett li jista' jaffettwa l-ħajja sodisfaċenti tas-servizz tat-tajer.

    6.4.3.

    Il-parti li ddawwar tiswija rinfurzata fuq ħajt ta' ġenb jew fuq il-ġenb ta' ħxuna radjali tista' tintnefaħ ftit meta t-tajer jitwaħħal u jintnefaħ skond il-pressjoni rakkomandata ta' l-operat. Għandhom jintużaw materjali ta' tiswija rinfurzata b'karatteristiċi fiżiċi li jdejqu l-għoli tan-nefħa sa mhux aktar minn 4 mm.

    6.4.4.

    Min ifellel mill-ġdid il-wiċċ ta' barra tat-tajers għandu jiżgura li jew il-manifattur jew il-fornitur tal-materjal tat-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta' barra u tal-ħitan tal-ġenb tat-tajers joħroġ speċifikazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-użu biex jiggarantixxi l-kwalitajiet tal-materjal. Jekk ikun mitlub minn min jagħmel it-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta' barra tat-tajers, dan it-tagħrif għandu jkun fil-lingwa nazzjonali tal-pajjiż li fih il-materjal ikun se jintuża.

    6.4.5.

    Min ifellel mill-ġdid il-wiċċ ta' barra tat-tajers għandu jiżgura li l-materjal u/jew il-kompost tat-tiswija jkunu dokumentati f'ċertifikat li joħroġ mill-manifattur jew il-fornitur. Il-kompost tal-materjal għandu jkun adatt għall-użu maħsub tat-tajers.

    6.4.6.

    It-tajer ipproċessat għandu jkun vulkanizzat kemm jista' jkun malajr wara t-tkomplija tat-tiswijiet kollha u l-operat tal-bini mill-ġdid, u l-aktar skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-materjal.

    6.4.7.

    It-tajer għandu jkun vulkanizzat għat-tul ta' ħin u skond it-temperatura u l-pressjoni li jkunu xierqa u speċifiċi għall-materjali u t-tagħmir ta' l-ipproċessar li jkunu użati. Il-qisien tal-forma għandhom ikunu tajbin għall-ħxuna tal-materjal il-ġdid u l-qies tat-tajer imnaddaf.

    6.4.8.

    Il-ħxuna tal-materjal oriġinali wara t-tindif u l-ħxuna medja ta' kwalunkwe materjal ġdid taħt id-disinn tal-wiċċ ta' barra mfellel wara li dan ikun tfellel mill-ġdid, għandu jkun skond kif mogħti fil-paragrafi 6.4.8.1 u 6.4.8.2.

    6.4.8.1.

    Għal tajers bi ħxuna radjali (mm):

    3 ≤ (A+B) ≤ 13 (minimu 3,0 mm; massimu 13,0 mm)

    A ≥ 2 (minimu 2,0 mm)

    B ≥ 0 (minimu 0,0 mm)

    Image Test ta 'immaġni

    P.D.

    =

    Il-fond tad-disinn

    X

    =

    Il-linja tat-tindif

    A

    =

    Ħxuna medja tal-materjal il-ġdid taħt id-disinn

    B

    =

    Ħxuna minima tal-materjal oriġinali fuq iċ-ċinturin wara t-tindif

    6.4.8.2.

    Għal tajers djagonali (ħxuna mxaqilba):

    Il-ħxuna tal-materjal oriġinali fuq l-interruttur għandha tkun ≥ 0,80 mm;

    Il-ħxuna medja tal-materjal il-ġdid fuq il-linja tal-casing imnaddfa għandha tkun ≥ 2,00 mm;

    Magħduda flimkien, il-ħxuna tal-materjal oriġinali u ġdid taħt il-bażi ta' l-iskanalaturi tad-disinn tal-wiċċ ta' barra mfellel tat-tajer għandha tkun ≥ 3,00 mm u ≤ 13,00 mm.

    6.4.9.

    Id-deskrizzjoni tas-servizz ta' tajer b'wiċċ ġdid m'għandhiex turi la simbolu ta' veloċità ogħla u lanqas indiċi ta' tagħbija ogħla minn dak tat-tajer oriġinali, fl-ewwel ħajja tiegħu. Dan sakemm ma tkunx ingħatat approvazzjoni lill-manifattur tat-tajer oriġinali, fl-ewwel ħajja tiegħu, biex dak l-istess qafas jkun jista' jintuża skond id-deskrizzjoni riveduta tas-servizz.

    It-tagħrif dwar qafas oriġinali, fl-ewwel ħajja tiegħu, li jkun ġie aġġornat b'dan il-mod, għandu jkun disponibbli b'xejn minn awtorità li tapprova lil kwalunkwe faciltà ta' produzzjoni ta' tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta' barra tat-tajres, u dan għandu jiġi komunikat lill-partijiet l-oħra tal-Ftehim ta' l-1958 (ara l-Artikolu 5 tal-Ftehim Dwar l-Adozzjoni ta' Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku ta' l-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-Preskrizzjonijiet – dokument E/ECE/324 - E/ECE/TRANS/505/Rev. 2).

    Il-formola standard murija fl-Anness 1 għar-Regolament Nru. 54 għandha tintuża biex dan it-tagħrif ikun komunikat.

    6.4.10.

    L-aġġornar tad-deskrizzjoni tas-servizz kif mogħti fil-paragrafu 6.4.9. għandu jkun awtorizzat biss għall-ewwel tfellil tal-wiċċ ta' barra ta' tajer oriġinali, fl-ewwel ħajja tiegħu.

    Tajers li kellhom diġà il-wiċċ ta' barra tagħhom imfellel mill-ġdid m'għandhomx ikollhom la s-simbolu tal-veloċità u lanqas l-indiċi tat-tagħbija ogħla minn dak muri fuq il-casing użat.

    6.5.

    Spezzjoni:

    6.5.1.

    Wara li jkun ġie vulkanizzat, waqt li jinżamm grad ta' sħana fih, kull tajer b'wiċċ ġdid għandu jiġi eżaminat biex ikun żgurat li dan ikun ħieles minn kwalunkwe difettt li jkun jidher. Waqt jew wara t-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta' barra, it-tajer għandu jintnefaħ għal mill-anqas 1,5 linja għall-eżami. Fejn ikun hemm difett li jidher fil-profil tat-tajer (eż. brix, depressjoni, eċċ.), it-tajer għandu jiġi eżaminat speċifikament biex tkun stabbilita l-kawża ta' dan id-difett.

    6.5.2.

    Qabel, waqt jew wara t-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta' barra, it-tajer għandu jkun verifikat mill-inqas darba għall-integrità ta' l-istruttura tiegħu permezz ta' metodu ta' spezzjoni.

    6.5.3.

    Għall-għanijiet tal-kontroll tal-kwalità, numru ta' tajers bil-wiċċ ta' barra tagħhom imfellel mill-ġdid għandhom ikunu sottomessi għal provi jew eżami distruttivi jew non-distruttivi. Il-kwantità ta' tajers verifikati u r-riżultati għandhom jiġu reġistrati.

    6.5.4.

    Wara t-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta' barra, il-qisien tat-tajer b'wiċċ ġdid, meta dan ikun tkejjel skond l-Anness 6 għal dan ir-Regolament, għandhom ikunu skond jew il-qisien ikkalkulati skond il-proċeduri tal-paragrafu 7 jew għal dawk mogħtija fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament.

    Wieħed għandu jinnota li d-dijametru massimu ta' barra ta' tajer b'wiċċ ġdid jista' jkun sa 1,5 % akbar mid-dijametru massimu ta' barra ta' tajer ġdid u oriġinali awtorizzat bir-Regolament Nru. 54.

    6.6.

    It-test tat-turija:

    6.6.1.

    Tajers, li l-wiċċ tagħhom ikun tfellel mill-ġdid biex ikunu konformi ma' dan ir-Regolament, għandhom ikunu kapaċi jgħaddu mit-test tat-tagħbija/veloċità kif speċifikat fl-Anness 7 għal dan ir-Regolament.

    6.6.2.

    Tajer b'wiċċ ġdid, li wara li jkun ġie sottomess għat-test tat-tagħbija/veloċità ma jurix kwalunkwe separazzjoni fil-wiċċ ta' barra jew fil-ħxuna jew fil-kurdun, tkissir fi bċejjeċ jew inkella xi kurduni miksura, għandu jitqies li jkun għadda mit-test.

    6.6.3.

    Id-dijametru ta' barra tat-tajer, imkejjel sitt sigħat wara li jkun sar fuqu t-test tat-tagħbija/veloċità, m'għandux ivarja b'aktar minn ± 3,5 % mid-dijametru ta' barra meta dan ikun tkejjel qabel it-test.

    7.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

    7.1.

    It-tajers, li l-wiċċ ta' barra tagħhom ikunu tfellel mill-ġdid biex ikunu konformi ma' dan ir-Regolament, għandhom ikunu skond il-qisien li ġejjin:

    7.1.1.

    Il-wisa' tas-sezzjoni:

    7.1.1.1.

    Il-wisa' tas-sezzjoni għandha tkun ikkalkulata bil-formula li ġejja:

    S = S1 + K (A – A1)

    fejn:

    S:

    hija l-wisa' attwali tas-sezzjoni f'millimetri kif imkejla fuq ir-rimm tal-prova;

    S1:

    huwa l-valur tal-’Wisa' tas-Sezzjoni tad-Disinn’, riferut għar-rimm tal-kejl, kif ikkwotat fl-Istandard Internazzjonali tat-Tajers, speċifikat minn min ifellel mill-ġdid il-wiċċ ta' barra tat-tajers għall-qies tat-tajer in kwistjoni;

    A:

    hija l-wisa' tar-rimm tat-test f'millimetri;

    A1:

    hija l-wisa' f'millimetri tar-rimm tal-kejl, kif ikkwotat fl-Istandard Internazzjonali tat-Tajers, speċifikat minn min ifellel mill-ġdid il-wiċċ ta' barra tat-tajers għall-qies tat-tajer in kwistjoni.

    K:

    huwa fattur u għandu jittieħed bħala ugwali għal 0,4 .

    7.1.2.

    Id-dijametru ta' barra:

    7.1.2.1.

    Id-dijametru teoretiku ta' barra ta' tajer b'wiċċ ġdid għandu jkun ikkalkulat bil-formula li ġejja:

    D = d + 2H

    fejn:

    D:

    huwa d-dijametru teoretiku ta' barra f'millimetri;

    d:

    huwa n-numru konvenzjonali ddefinit fil-paragrafu 2.21.3 f'millimetri;

    D:

    huwa l-għoli nominali tas-sezzjoni f'millimetri u huwa ugwali għal Sn immultiplikat b'0,01 Ra

    fejn:

    Sn:

    hija l-wisa' nominali tas-sezzjoni f'millimetri;

    Ra:

    huwa l-proporzjon ta' l-aspett nominali.

    Is-simboli kollha t'hawn fuq huma skond kif ikkwotati fil-klassifikazzjoni tal-qies tat-tajer, kif muri fuq il-ħajt tal-ġenb tat-tajer, skond il-kriterji tal-paragrafu 3.2.2 u definit fil-paragrafu 2.21.

    7.1.2.2.

    Madankollu, għal tajers li il-klassifikazzjoni tidher fl-ewwel kolonna tat-tabelli li hemm fl-Anness 5 għar-Regolament ECE Nru. 54, id-dijametru ta' barra għandu jkun dak mogħti f'dawk it-tabelli.

    7.1.3.

    Il-metodu ta' kif jitkejlu tajers b'wiċċ ġdid:

    7.1.3.1.

    Il-qisien ta' tajers b'wiċċ ġdid għandhom jitkejlu skond il-proċeduri mogħtija fl-Anness 6 għal dan ir-Regolament.

    7.1.4.

    L-ispeċifikazzjonijiet tal-wisa' tas-sezzjoni:

    7.1.4.1.

    Il-wisa' ġenerali attwali tista' tkun anqas mill-wisa' jew il-wisgħat tas-sezzjoni stabbiliti fil-paragrafu 7.1.

    7.1.4.2.

    Il-wisa' ġenerali attwali tista' wkoll tkun aktar mill-valur jew il-valuri stabbiliti fil-paragrafu 7.1 b':

     

    4 % fil-każ ta' tajers bi ħxuna radjali u

     

    8 % fil-każ ta' tajers bi ħxuna djagonali (ħxuna mxaqilba) u bias belted.

    Madankollu, għal tajers b'sezzjoni li tkun aktar minn 305 mm, u maħsuba biex jitwaħħlu f'formazzjoni doppja, il-valur jew il-valuri nominali m'għandhomx ikunu aktar minn:

     

    2 % fil-każ ta' tajers bil-ħxuna radjali u

     

    4 % għal tajers bi ħxuna djagonali (ħxuna mxaqilba) u bias belted.

    7.1.5.

    L-ispeċifikazzjonijiet tad-dijamentru ta' barra:

    7.1.5.1.

    Id-dijametru attwali ta' barra ta' tajer b'wiċċ ġdid m'għandux ikun barra l-valuri ta' Dmin u Dmass miksuba bil-formuli li ġejjin:

    Dmin = d + (2H x a)

    Dmass = 1,015 x [d + (2H x b)]

    fejn:

    7.1.5.1.1.

    Għal qisien mhux mogħtija fit-tabelli fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament, “H” u “d” huma kif definit fil-paragrafu 7.1.2.1.

    7.1.5.1.2.

    Għall-qisien imsemmija fil-paragrafu 7.1.2.2 fuq:

    H = 0,5 (D – d)

    fejn “D” huwa d-dijametru ta' barra u “d” id-dijametru nominali tar-rimm kwotat fit-tabelli msemmija fuq għall-qies in kwistjoni.

    7.1.5.1.3.

    Il-ko-effiċjent “a” = 0,97

    7.1.5.1.4.

    Il-ko-effiċjent “b” huwa:

     

    Tajers radjali

    Tajers bi ħxuna djagonali (ħxuna mxaqilba) u bias belted

    għal tajers ta' użu normali

    1,04

    1,07

    għal tajers ta' użu speċjali

    1,06

    1,09

    7.1.5.2.

    Għal tajers tas-silġ, id-dijametru massimu ta' barra (Dmass), ikkalkulat fil-paragrafu 7.1.5.1, jista' jiżdied sa mhux aktar minn 1 %.

    8.   MODIFIKAZZJONIJIET FL-APPROVAZZJONI

    8.1.

    Kull modifika dwar faciltà ta' produzzjoni ta' tajers b'wiċċ ġdid, li temenda kwalunkwe tagħrif mogħti mill-faciltà tal-produzzjoni ta' dawn it-tajers fl-Applikazzjoni għall-Approvazzjoni, ara l-paragrafu 4, għandha tkun notifikata lill-awtorità li tapprova li tkun approvat dik it-taqsima ta' produzzjoni. Dik l-awtorità, imbagħad, tista' jew:

    8.1.1.

    Tikkunsidra li l-modifikazzjonijiet li jkunu saru x'aktarx ma jkollhomx effett sostanzjalment ħażin u li fi kwalunkwe każ il-faciltà tal-produzzjoni ta' dawn it-tajers għandha tilħaq il-kriterji; jew

    8.1.2.

    Titlob biex isir aktar stħarriġ ta' l-approvazzjoni.

    8.2.

    Il-konferma jew ir-rifjut ta' approvazzjoni, li tkun tispeċifika l-modifikazzjonijiet, għandha tkun mgħarrfa lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament skond il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.7.

    9.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    Il-proċeduri ta' produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Ftehim, l-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), skond il-kriterji li ġejjin:

    9.1.

    Il-faciltà tal-produzzjoni ta' tajers b'wiċċ ġdid, approvata skond dan ir-Regolament, għandha tkun konformi mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 6.

    9.2.

    Id-detentur ta' l-approvazzjoni għandu jiżgura li, matul kull sena ta' produzzjoni, u b'firxa matul is-sena kollha, mill-inqas in-numru ta' tajers li ġejjin, li jkunu rappreżentattivi tal-firxa li tkun qed tiġi manifatturata, ikunu verifikati u ttestjati kif preskritt f'dan ir-Regolament:

    9.2.1.

    0,01 % tal-produzzjoni annwali sħiħa, iżda fi kwalunkwe każ mhux inqas minn 2 u mhux aktar minn 10.

    9.3.

    Jekk il-kriterji tal-paragrafu 9.2 jitwettqu minn jew taħt il-kontroll ta' l-awtorità li tapprova, ir-riżultati jistgħu jintużaw bħala parti minn, jew minflok, dawk preskritti fil-paragrafu 9.4.

    9.4.

    L-awtorità li tkun approvat il-faciltà tal-produzzjoni tat-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta' barra tat-tajers tista', f'kull żmien, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità tal-produzzjoni. Għal kull faċilità tal-produzzjoni, l-awtorità li tapprova t-tip għandha tiġbor kampjuni bl-addoċċ matul kull sena ta' produzzjoni, u mill-inqas in-numru ta' tajers li ġejjin, li jkunu rappreżentattivi tal-firxa li tkun qed tiġi manifatturata, għandhom jiġu verifikati u ttestjati kif preskritt f'dan ir-Regolament:

    9.4.1.

    0,01 % tal-produzzjoni annwali sħiħa, iżda f'kull każ mhux inqas minn 2 u mhux aktar minn 10.

    9.5.

    It-testijiet u l-verifiki tal-paragrafu 9.4 jistgħu jieħdu post dawk meħtieġa fil-paragrafu 9.2.

    10.   PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

    10.1.

    L-approvazzjoni mogħtija lil faċilità ta' produzzjoni ta' tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta' barra tat-tajers skond dan ir-Regolament, tista' titneħħa jekk il-kriterji tal-paragrafu 9 ma jiġux osservati jew jekk din il-faċilità tal-produzzjoni jew it-tajers b'wiċċ ġdid manifatturati minnha jkunu naqsu milli jilħqu l-kriterji preskritti fil-paragrafu 9.

    10.2.

    Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat diġà, din għandha tavża minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim ta' l-1958 li jkunu qed japplikaw dan ir-Regolament. Dan għandha tagħmlu permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi għall-mudell muri fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    11.   PRODUZZJONI LI TWAQQFET GĦAL KOLLOX

    L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tal-faċilità tal-produzzzjoni ta' tajers b'wiċċ ġdid għandha tkun mgħarrfa jekk l-operat u l-manifattura ta' tajers b'wiċċ ġdid, li jkunu ġew approvati fl-iskop ta' dan ir-Regolament, jieqfu. Meta l-awtorità tirċievi din l-informazzjoni, din għandha tgħaddiha lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim ta' l-1958 li jkunu qed japplikaw dan ir-Regolament. Dan għandha tagħmlu permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell muri fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA' SERVIZZI TEKNIĊI LI HUMA RESPONSABBLI BIEX IWETTQU TESTIJIET TA' L-APPROVAZZJONI, TA' LABORATORJI FEJN ISIRU T-TESTIJIET, U TA' DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

    12.1.

    Il-Partijiet għall-Ftehim ta' l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jgħaddu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li huma responsabbli li jwettqu testijiet ta' l-approvazzjoni u, fejn ikun jgħodd, tal-laboratorji approvati li fihom isiru t-testijiet, kif ukoll ta' dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni tal-produzzjoni li żgur tkun twaqqfet, liema approvazzjonijiet ikunu ħarġu f'pajjiżi oħra.

    12.2.

    Il-Partijiet għall-Ftehim ta' l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, jistgħu jużaw laboratorji ta' manifatturi ta' tajers jew ta' faciltàjiet ta' produzzjoni ta' tajers b'wiċċ ġdid u jistgħu jagħżlu, bħala laboratorji approvati tat-test, dawk li jinstabu jew fit-territorju ta' dik il-Parti jew fit-territorju ta' Parti oħra għall-Ftehim ta' l-1958. Dan ikun jiddependi minn jekk id-dipartiment amministrattiv kompetenti ta' dan ta' l-aħħar ikunx aċċetta b'mod preliminari din il-proċedura.

    12.3.

    Fejn Parti għall-Ftehim ta' l-1958 tapplika l-paragrafu 12.2, din tista', jekk tkun tixtieq, tkun rappreżentata waqt it-testijiet.

    ANNESS 1

    KOMUNIKAZZJONI

    (format massimu: A4 (210 x 297 mm))

    Image Test ta 'immaġni

    ANNESS 2

    L-ARRANĠAMENT TAL-MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-marka ta’ l-approvazzjoni t’hawn fuq li tkun twaħħlet fuq tajer b’wiċċ ġdid turi li l-faċilità tal-produzzjoni ta’ tajers b’wiċċ ġdid ikkonċernata ngħatat approvazzjoni mill-Olanda (E4) taħt in-numru ta’ l-approvazzjoni 109R002439; il-kriterji ta’ dan ir-Regolament intlaħqu fil-forma oriġinali tiegħu (00).

    In-numru ta’ l-approvazzjoni għandu jitpoġġa qrib iċ-ċirku jew fuq jew taħt is-simbolu “E” jew inkella fuq il-lemin jew ix-xellug ta’ dik l-ittra. Il-figuri tan-numru ta’ l-approvazzjoni għandu jkun fuq l-istess naħa ta’ l-ittra “E” u jħares fl-istess direzzjoni. L-użu ta’ numri Rumani bħala numri ta’ approvazzjoni għandhom ikunu evitati biex ikun evitat kull taħwid ma’ simboli oħrajn.

    ANNESS 3

    L-ARRANĠAMENT TAL-MARKI TA' TAJER B' WIĊĊ ĠDID

    Image

    Test ta 'immaġni

     

    L-GĦOLI MINIMU TAL-MARKI (mm)

     

    Tajers b'dijametru ta' rimm

    ≤ kodiċi 20 jew

    ≤ 508 mm

    jew ta' wisa' sezzjonali

    ≤ 235 mm jew ≤ 9"

    Tajers b'dijametru ta' rimm

    > kodiċi 20 jew

    > 508 mm

    jew ta' wisa' sezzjonali

    > 235 mm jew > 9"

    b

    6

    9

    ċ

    4

    d

    6

    L-eżempju t'hawn fuq jiddefinixxi tajer pnewmatiku b'wiċċ ġdid:

    Għandu wisa' nominali tas-sezzjoni ta' 295;

    Għandu ratio ta' l-aspett nominali ta' 80;

    Ta' struttura ta' ħxuna radjali (R);

    Għandu dijametru nominali tar-rimm ta' 572 mm, li għalih il-kodiċi huwa 22.5;

    Għandu kapaċitajiet tat-tagħbija ta' 3 550 kilo (waħdu) u ta' 3 150 kilo (doppju), li jikkorrispondu rispettivament għall-indiċi tat-tagħbija 152 u 148 murija fl-Anness 4 għal dan ir-Regolament;

    Għandu s-simbolu tal-veloċità nominali K (veloċità tar-referenza 110 km/s);

    Kapaċi jintuża fil-Punt Uniku, is-simbolu tal-veloċità L (veloċità tar-referenza 120 km/s); b'kapaċità ta' tagħbija ta' 3 350 kilo (waħdu) u 3 000 kilo (doppju), li jikkorrispondu rispettivament għall-indiċi tat-tagħbija 150 u 146 murija fl-Anness 4 għal dan ir-Regolament;

    Maħsub biex jintuża mingħajr it-tubu ta' ġewwa (“TUBELESS”) u huwa tajer tas-silġ (M+S);

    B'wiċċ ġdid fil-ġimgħat 25, 26, 27 jew 28 tas-sena 2003.

    Għat-testijiet tal-kapaċità tat-tagħbija/veloċità dan jeħtieġ jintnefaħ sa 620 kPa, li għalih is-simbolu PSI huwa 90.

    Il-pożizzjoni u l-ordni tal-marki li jsawru il-klassifikazzjoni tat-tajer għandhom ikunu kif ġej:

    (a)

    Il-klassifikazzjoni tal-qies, li tinkludi l-wisa' nominali tas-sezzjoni, il-proporzjon ta' l-aspett nominali, is-simbolu tat-tip ta' l-istruttura (fejn ikun jgħodd) u d-dijametru nominali tar-rimm, għandhom ikunu fi grupp kif muri fl-eżempju ta' fuq, jiġifieri: 295/80 R 22,5;

    (b)

    Id-deskrizzjoni tas-servizz, li tinkludi l-indiċi tat-tagħbija u s-simbolu tal-veloċità, għandhom jitpoġġew flimkien ħdejn il-klassifikazzjoni tal-qies. Din tista' tiġi qabel il-klassifikazzjoni tal-qies jew wara din, jew inkella titpoġġa fuqha jew taħtha;

    (ċ) Is-simbolu “TUBELESS” u “M+S” jistgħu jkunu xi ftit 'il bogħod mis-simbolu ta' il-klassifikazzjoni tal-qies.

    (d)

    Il-kelma “RETREAD” tista' tkun ftit 'il bogħod mis-simbolu tal-klassifikazzjoni tal-qies.

    (e)

    Jekk il-paragrafu 3.2.5 ta' dan ir-Regolament ikun applikat, id-deskrizzjoni addizzjonali tas-servizz (il-Punt Uniku), li tinkludi l-indiċi tat-tagħbija u s-simbolu tal-veloċità, għandha tintwera ġewwa ċirku ħdejn id-deskrizzjoni nominali tas-servizz li tkun tidher fuq il-ħajt tal-ġenb tat-tajer.

    ANNESS 4

    LISTA TA’ L-INDIĊIJIET TA’ TAGĦBIJA U L-KAPAĊITAJIET TAT-TAGĦBIJA LI JIKKORRISPONDU MAGĦHOM

    Indiċi ta' tagħbija (LI) u l-kapaċità tat-tagħbija – kilo

    LI

    kilo

    LI

    kilo

    LI

    kilo

    LI

    kilo

    LI

    kilo

    LI

    kilo

    LI

    kilo

    0

    45

    40

    140

    80

    450

    120

    1 400

    160

    4 500

    200

    14 000

    240

    45 000

    1

    46,2

    41

    145

    81

    462

    121

    1 450

    161

    4 625

    201

    14 500

    241

    46 250

    2

    47,5

    42

    150

    82

    475

    122

    1 500

    162

    4 750

    202

    15 000

    242

    47 500

    3

    48,7

    43

    155

    83

    487

    123

    1 550

    163

    4 875

    203

    15 500

    243

    48 750

    4

    50

    44

    160

    84

    500

    124

    1 600

    164

    5 000

    204

    16 000

    244

    50 000

    5

    51,5

    45

    165

    85

    515

    125

    1 650

    165

    5 150

    205

    16 500

    245

    51 500

    6

    53

    46

    170

    86

    530

    126

    1 700

    166

    5 300

    206

    17 000

    246

    53 000

    7

    54,5

    47

    175

    87

    545

    127

    1 750

    167

    5 450

    207

    17 500

    247

    54 500

    8

    56

    48

    180

    88

    560

    128

    1 800

    168

    5 600

    208

    18 000

    248

    56 000

    9

    58

    49

    185

    89

    580

    129

    1 850

    169

    5 800

    209

    18 500

    249

    58 000

    10

    60

    50

    190

    90

    600

    130

    1 900

    170

    6 000

    210

    19 000

    250

    60 000

    11

    61,5

    51

    195

    91

    615

    131

    1 950

    171

    6 150

    211

    19 500

    251

    61 500

    12

    63

    52

    200

    92

    630

    132

    2 000

    172

    6 300

    212

    20 000

    252

    63 000

    13

    65

    53

    206

    93

    650

    133

    2 060

    173

    6 500

    213

    20 600

    253

    65 000

    14

    67

    54

    212

    94

    670

    134

    2 120

    174

    6 700

    214

    21 200

    254

    67 000

    15

    69

    55

    218

    95

    690

    135

    2 180

    175

    6 900

    215

    21 800

    255

    69 000

    16

    71

    56

    224

    96

    710

    136

    2 240

    176

    7 100

    216

    22 400

    256

    71 000

    17

    73

    57

    230

    97

    730

    137

    2 300

    177

    7 300

    217

    23 000

    257

    73 000

    18

    75

    58

    236

    98

    750

    138

    2 360

    178

    7 500

    218

    23 600

    258

    75 000

    19

    77,5

    59

    243

    99

    775

    139

    2 430

    179

    7 750

    219

    24 300

    259

    77 500

    20

    80

    60

    250

    100

    800

    140

    2 500

    180

    8 000

    220

    25 000

    260

    80 000

    21

    82,5

    61

    257

    101

    825

    141

    2 575

    181

    8 250

    221

    25 750

    261

    82 500

    22

    85

    62

    265

    102

    850

    142

    2 650

    182

    8 500

    222

    26 500

    262

    85 000

    23

    87,5

    63

    272

    103

    875

    143

    2 725

    183

    8 750

    223

    27 250

    263

    87 500

    24

    90

    64

    280

    104

    900

    144

    2 800

    184

    9 000

    224

    28 000

    264

    90 000

    25

    92,5

    65

    290

    105

    925

    145

    2 900

    185

    9 250

    225

    29 000

    265

    92 500

    26

    95

    66

    300

    106

    950

    146

    3 000

    186

    9 500

    226

    30 000

    266

    95 000

    27

    97,5

    67

    307

    107

    975

    147

    3 075

    187

    9 750

    227

    30 750

    267

    97 500

    28

    100

    68

    315

    108

    1 000

    148

    3 150

    188

    10 000

    228

    31 500

    268

    100 000

    29

    103

    69

    325

    109

    1 030

    149

    3 250

    189

    10 300

    229

    32 500

    269

    103 000

    30

    106

    70

    335

    110

    1 060

    150

    3 350

    190

    10 600

    230

    33 500

    270

    106 000

    31

    109

    71

    345

    111

    1 090

    151

    3 450

    191

    10 900

    231

    34 500

    271

    109 000

    32

    112

    72

    355

    112

    1 120

    152

    3 550

    192

    11 200

    232

    35 500

    272

    112 000

    33

    115

    73

    365

    113

    1 150

    153

    3 650

    193

    11 500

    233

    36 500

    273

    115 000

    34

    118

    74

    375

    114

    1 180

    154

    3 750

    194

    11 800

    234

    37 500

    274

    118 000

    35

    121

    75

    387

    115

    1 215

    155

    3 875

    195

    12 150

    235

    38 750

    275

    121 500

    36

    125

    76

    400

    116

    1 250

    156

    4 000

    196

    12 500

    236

    40 000

    276

    125 000

    37

    128

    77

    412

    117

    1 285

    157

    4 125

    197

    12 850

    237

    41 250

    277

    128 500

    38

    132

    78

    425

    118

    1 320

    158

    4 250

    198

    13 200

    238

    42 500

    278

    132 000

    39

    136

    79

    437

    119

    1 360

    159

    4 375

    199

    13 600

    239

    43 750

    279

    136 000

    ANNESS 5

    IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-QIES U L-QISIEN TAT-TAJER (SKOND IR-REGOLAMENT ECE Nru 54)

    Għal din l-informazzjoni, irreferi għall-anness 5 tar-regolament ECE Nru 54

    Innota li b'referenza għall-paragrafu 6.5.4 ta' dan ir-Regolament, id-dijametru ta' barra ta' tajer b'wiċċ ġdid jista', fil-każijiet kollha, ikun akbar minn dak muri fit-tabelli ta' l-Anness 5 għar-Regolament Nru 54, iżda sa mhux aktar minn 1,5 %.

    ANNESS 6

    IL-METODU LI BIH JITKEJLU T-TAJERS PNEWMATIĊI

    1.

    It-tajer għandu jitwaħħal fuq ir-rimm tat-test speċifikat minn dak li jfellel il-wiċċ ta’ barra tat-tajers mill-ġdid u jintnefaħ skond il-pressjoni nominali tan-nefħa kkwotata fl-Istandard tat-Tajers Internazzjonali msemmi (ara l-paragrafu 4.1.4.7 ta’ dan ir-Regolament), f’relazzjoni mal-kapaċità massima tal-ġarr tat-tagħbija għal dak il-qies u l-indiċi tat-tagħbija.

    2.

    It-tajer, imwaħħal fuq ir-rimm apposta, għandu jkun kundizzjonat għat-temperatura ta’ l-ambjent tal-laboratorju għal mill-inqas 24 siegħa, ħlief fejn meħtieġ mod ieħor mill-paragrafu 6.6.3 ta’ dan ir-Regolament.

    3.

    Il-pressjoni għandha tkun aġġustata mill-ġdid għall-valur li hemm fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness.

    4.

    Il-wisa’ ġenerali għandha titkejjel f’sitt punti spajzati b’mod ugwali madwar it-tajer, waqt li titqies il-ħxuna ta’ kwalunkwe strixxi protettivi. L-ogħla qari miksub għandu jitqies bħala l-wisa’ ġenerali.

    5.

    Id-dijametru ta’ barra għandu jkun ikkalkulat mill-kejl taċ-ċirkonferenza massima tat-tajer minfuħ.

    ANNESS 7

    PROĊEDURA GĦAT-TESTIJIET TAT-TAGĦBIJA/VELOĊITÀ

    (fil-prinċipju skond ir-regolament Nru 54)

    1.

    It-tħejjija tat-tajer

    1.1.

    Arma tajer b’wiċċ ġdid fuq ir-rimm tat-test speċifikat minn min ifellel il-wiċċ ta’ barra tat-tajers mill-ġdid.

    1.2.

    Uża tubu ta’ ġewwa ġdid jew kumbinazzjoni ta’ tubu ta’ ġewwa, valv u perpura (skond kif meħtieġ) meta jkunu ttestjati tajers bit-tubu ta’ ġewwa.

    1.3.

    Onfoħ it-tajer għall-pressjoni li tikkorrispondi għall-indiċi tal-pressjoni kif speċifikat fil-paragrafu 3.2.10 ta’ dan ir-Regolament.

    1.4.

    Ikkundizzjona t-tajer u l-assemblaġġ tar-rota fit-temperatura ta’ l-ambjent għal mhux inqas minn 3 sigħat.

    1.5.

    Aġġusta mill-ġdid il-pressjoni tat-tajer għal dik speċifikata fil-paragrafu 1.3 ta’ dan l-Anness.

    2.

    Il-Proċedura tat-Test

    2.1.

    Arma t-tajer u l-assemblaġġ tar-rota fuq il-fus tat-test u ppressah kontra l-wiċċ lixx ta’ barra ta’ ċilindru ta’ test li jaħdem bil-qawwa, b’dijametru ta’ 1.70 m ± 1 %, u li jkollu mill-inqas wiċċ wiesa’ daqs il-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer. F’ċerti każijiet jista’ jintuża ċilindru li jkollu dijametru ta’ 2.00 m ± 1 %.

    2.2.

    Applika għal fuq il-fus tat-test sensiela ta’ tagħbijiet tat-test ugwali għal persentaġġ tat-tagħbija murija fl-Anness 4 għal dan ir-Regolament, li tikkorrispondi għall-indiċi tat-tagħbija murija fuq it-tajer, u skond il-programm tat-test hawn taħt. Fejn it-tajer ikollu indiċi ta’ kapaċitajiet ta’ tagħbija biex jintuża kemm f’formazzjoni waħidha jew doppja, it-tagħbija li tikkorrispondi għall-indiċi tat-tagħbija f’operat waħdu għandha tintuża għat-test.

    2.2.1.

    Fil-każ ta’ tajer li jkollu indiċi ta’ tagħbija ≤ 121 u simbolu ta’ veloċità ≥ Q (160 km/s), il-proċedura tat-test għandha tkun bħal dik speċifikata fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Anness.

    2.2.2.

    Għat-tajers l-oħra kollha, il-proċedura tat-test hija kif muri fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness.

    2.3.

    Il-Programm tat-Test tal-Kapaċità – Ara wkoll l-Appendiċi 1 għal dan l-Anness.

    2.3.1.

    Il-pressjoni tat-tajer m’għandhiex tkun ikkoreġurta waqt it-test u t-tagħbija tat-test għandha tinżamm l-istess f’kull wieħed mit-tliet taqsimiet tat-test.

    2.3.2.

    Matul it-test it-temperatura tal-kamra fejn isir it-test għandha tinżamm bejn 20 oC u 30 oC, sakemm il-manifattur tat-tajer jew min infellel mill-ġdid il-wiċċ ta’ barra tat-tajers ma jaqbilx li juża temperatura ogħla.

    2.4.

    Il-programm tat-test tal-kapaċità għandu jsir mingħajr interruzzjoni.

    3.

    Il-proċedura tat-test tat-Tagħbija/Veloċità għal tajers b’indiċi ta’ tagħbija ≤ 121 u simbolu tal-veloċità ≥ Q (160 km/s):

    3.1.

    It-tagħbija fuq ir-rota u t-tajer għandhom ikunu tal-persentaġġ li ġej ta’ dak li jikkorrispondi għall-indiċi tat-tagħbija tat-tajer:

    3.1.1.

    90 % meta dan ikun ittestjat fuq ċilindru b’dijametru ta’ 1,70 m ± 1 %;

    3.1.2.

    92 % meta dan ikun ittestjat fuq ċilindru b’dijametru ta’ 2.00 m ± 1 %.

    3.2.

    Il-veloċità tal-fażi tal-bidu tat-test għandha tkun 20 km/s inqas minn dik murija bis-simbolu tal-veloċità għat-tajer.

    3.2.1.

    Il-ħin meħud biex tintlaħaq il-veloċità inizjali tat-test għandu jkunu ta’ 10 min.

    3.2.2.

    Il-ħin ta’ l-ewwel fażi għandu jkun ta’ 10 min.

    3.3.

    Il-veloċità tat-tieni fażi tat-test għandha tkun ta’ 10 km/s inqas minn dik murija bis-simbolu tal-veloċità għat-tajer.

    3.3.1.

    Il-ħin tat-tieni fażi għandu jkun ta’ 10 min.

    3.4.

    Il-veloċità tal-fażi ta’ l-aħħar tat-test għandha tkun il-veloċità li tikkorrispondi għal dik murija bis-simbolu tal-veloċità għat-tajer.

    3.4.1.

    Il-ħin tal-fażi finali għandha tkun ta’ 30 min.

    3.5.

    Il-ħin tat-test kollu għandu jkun ta’ siegħa.

    4.

    Metodu ekwivalenti tat-test:

    Jekk jintuża metodu ta’ test għajr dak deskritt fil-paragrafi 2 jew 3 ta’ dan l-Anness, għandha tintwera l-ekwivalenza tiegħu.

    ANNESS 7

    Appendiċi 1

    IL-PROGRAMM TAT-TEST TAL-KAPAĊITÀ

    Indiċi tat-Tagħbija

    Simbolu tal-Veloċità

    Il-veloċità taċ-ċilindru tat-test [min-1]

    Tagħbija mpoġġija fuq ir-rota bħala persentaġġ tat-tagħbija li tikkorrispondi għall-indiċi tat-tagħbija

    Ħxuna radjali

    Ħxuna djagonali (ħxuna mxaqilba) u bias belted

    7 h.

    16 h.

    24 h.

    122 jew aktar

    F

    100

    100

     

     

     

    G

    125

    100

    J

    150

    125

     

     

     

    K

    175

    150

     

     

     

    L

    200

     

     

     

    M

    225

    66 %

    84 %

    101 %

    121 jew inqas

    F

    100

    100

     

     

     

    G

    125

    125

     

     

     

    J

    150

    150

     

     

     

    K

    175

    175

     

     

     

    L

    200

    175

    70 %

    88 %

    106 %

     

     

     

    4 h.

    6 h.

     

    M

    250

    200

    75 %

    97 %

    114 %

    N

    275

    75 %

    97 %

    114 %

    P

    300

    75 %

    97 %

    114 %

    Noti:

    “Tajers ta’ użu speċjali” (ara l-paragrafu 2.3.2 ta’ dan ir-Regolament) għandhom jiġu ttestjati f’veloċità ugwali għal 85 % tal-veloċità preskritta għal tajers normali ekwivalenti.

    ANNESS 7

    Appendiċi 2

    RELAZZJONI BEJN L-INDIĊI TAL-PRESSJONI U L-UNITAJIET TAL-PRESSJONI

    Indiċi tal-Pressjoni

    (“PSI”)

    Linja

    kPa

    20

    1,4

    140

    25

    1,7

    170

    30

    2,1

    210

    35

    2,4

    240

    40

    2,8

    280

    45

    3,1

    310

    50

    3,4

    340

    55

    3,8

    380

    60

    4,1

    410

    65

    4,5

    450

    70

    4,8

    480

    75

    5,2

    520

    80

    5,5

    550

    85

    5,9

    590

    90

    6,2

    620

    95

    6,6

    660

    100

    6,9

    690

    105

    7,2

    720

    110

    7,6

    760

    115

    7,9

    790

    120

    8,3

    830

    125

    8,6

    860

    130

    9,0

    900

    135

    9,3

    930

    140

    9,7

    970

    145

    10,0

    1 000

    150

    10,3

    1 030

    ANNESS 8

    VARJAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ TAT-TAGĦBIJA MAL-VELOĊITÀ: TAJERS TA' VETTURI KUMMERĊJALI BI ĦXUNA RADJALI U DJAGONALI

    (Skond ir-regolament tan-nu ece nru. 54)

    Varjazzjoni tal-Kapaċità tat-Tagħbija ( %)

    Veloċità

    (km/s)

    L-indiċi kollha tat-tagħbija

    Indiċi tat-tagħbija

    ≥ 122 (9)/

    Indiċi tat-tagħbija

    ≤ 121 (9)/

    Simbolu tal-veloċità

    Simbolu tal-veloċità

    Simbolu tal-veloċità

     

    F

    G

    J

    K

    L

    M

    L

    M

    N

    P (10)

    0

    +150

    +150

    +150

    +150

    +150

    +150

    +110

    +110

    +110

    +110

    5

    +110

    +110

    +110

    +110

    +110

    +110

    +90

    +90

    +90

    +90

    10

    +80

    +80

    +80

    +80

    +80

    +80

    +75

    +75

    +75

    +75

    15

    +65

    +65

    +65

    +65

    +65

    +65

    +60

    +60

    +60

    +60

    20

    +50

    +50

    +50

    +50

    +50

    +50

    +50

    +50

    +50

    +50

    25

    +35

    +35

    +35

    +35

    +35

    +35

    +42

    +42

    +42

    +42

    30

    +25

    +25

    +25

    +25

    +25

    +25

    +35

    +35

    +35

    +35

    35

    +19

    +19

    +19

    +19

    +19

    +19

    +29

    +29

    +29

    +29

    40

    +15

    +15

    +15

    +15

    +15

    +15

    +25

    +25

    +25

    +25

    45

    +13

    +13

    +13

    +13

    +13

    +13

    +22

    +22

    +22

    +22

    50

    +12

    +12

    +12

    +12

    +12

    +12

    +20

    +20

    +20

    +20

    55

    +11

    +11

    +11

    +11

    +11

    +11

    +17,5

    +17,5

    +17,5

    +17,5

    60

    +10

    +10

    +10

    +10

    +10

    +10

    +15,0

    +15,0

    +15,0

    +15,0

    65

    +7,5

    +8,5

    +8,5

    +8,5

    +8,5

    +8,5

    +13,5

    +13,5

    +13,5

    +13,5

    70

    +5,0

    +7,0

    +7,0

    +7,0

    +7,0

    +7,0

    +12,5

    +12,5

    +12,5

    +12,5

    75

    +2,5

    +5,5

    +5,5

    +5,5

    +5,5

    +5,5

    +11,0

    +11,0

    +11,0

    +11,0

    80

    0

    +4,0

    +4,0

    +4,0

    +4,0

    +4,0

    +10,0

    +10,0

    +10,0

    +10,0

    85

    –3

    +2,0

    +3,0

    +3,0

    +3,0

    +3,0

    +8,5

    +8,5

    +8,5

    +8,5

    90

    –6

    0

    +2,0

    +2,0

    +2,0

    +2,0

    +7,5

    +7,5

    +7,5

    +7,5

    95

    –10

    –2,5

    +1,0

    +1,0

    +1,0

    +1,0

    +6,5

    +6,5

    +6,5

    +6,5

    100

    –15

    –5

    0

    0

    0

    0

    +5,0

    +5,0

    +5,0

    +5,0

    105

     

    –8

    –2

    0

    0

    0

    +3,75

    +3,75

    +3,75

    +3,75

    110

     

    –13

    –4

    0

    0

    0

    +2,5

    +2,5

    +2,5

    +2,5

    115

     

     

    –7

    –3

    0

    0

    +1,25

    +1,25

    +1,25

    +1,25

    120

     

     

    –12

    –7

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    125

     

     

     

     

     

    0

    –2,5

    0

    0

    0

    130

     

     

     

     

     

    0

    –5,0

    0

    0

    0

    135

     

     

     

     

     

     

    –7,5

    –2,5

    0

    0

    140

     

     

     

     

     

     

    –10

    –5

    0

    0

    145

     

     

     

     

     

     

     

    –7,5

    –2,5

    0

    150

     

     

     

     

     

     

     

    –10,0

    –5,0

    0

    155

     

     

     

     

     

     

     

     

    –7,5

    –2,5

    160

     

     

     

     

     

     

     

     

    –10,0

    –5,0

    ANNESS 9

    FIGURA TA’ SPJEGAZZJONI

    Image Test ta 'immaġni

    (1)  ETRTO, 32 Av. Brugmann – Bte 2, B-1060 Brussell, Il-Belġju,

    (2)  TRA, 175 Montrose West Avenue, Suite 150, Copley, Ohio, 44321 L-Istati Uniti ta' l-Amerika,

    (3)  JATMA, 9th Floor, Toranomon Building No. 1-12, 1-Chome Toranomon Minato‐ku, Tokyo 105, Il-Ġappun,

    (4)  TRAA, Suite 1, Hawthorn House, 795 Glenferrie Road, Hawthorn, Victoria, 3122 L-Awstralja,

    (5)  ABPA, Avenida Paulista 244-12o Andar, CEP, 01310 Sao Paulo, SP Il-Brażil,

    (6)  STRO, Älggatan 48 A, Nb, S-216 15 Malmö, L-Iżvezja.

    Il-lista ta' indiċi ta' tagħbija u t-tagħbija li jikkorrispondu jidhru fl-Anness 4 għal dan ir-Regolament.

    (7)  Għal fini ta' dan ir-Regolament, il-marka għandha tkun obbligatorja biss għal tipi ta' tajers manifatturati wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 1 għal dan ir-Regolament.

    (8)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bosnia u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakanti), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakanti), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għall-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (l-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha waqt li jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakanti), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t'Isfel u 48 għan-New Zealand. Numri sussegwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra f'ordni kronoloġiku skond kif dawn ikunu rratifikaw jew daħlu jiffurmaw parti mill-Ftehim Dwar l-Adozzjoni tal-Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għar-Roti, Tagħmir u Partijiet ta' Vetturi li jkunu jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonjijiet għall-Għarfien Reċiproku ta' l-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta' dawn il-Preskrizzjonijiet. In-numri li jkunu assenjati għandhom ikunu komunikati mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għal dan il-Ftehim.

    (9)  / L-indiċi tat-tagħbija jirreferu għall-operat f'formazzjoni waħidha.

    (10)  / Il-varjazzjonijiet tat-tagħbija mhumiex awtorizzati għal veloċitajiet 'il fuq minn 160 km/s. Għas-simbolu tal-veloċità “Q” u 'l fuq mill-veloċità li tikkorrispondi għas-simbolu tal-veloċità, speċifika l-ogħla veloċità awtorizzata għat-tajer.


    ANNESS II

    REGOLAMENT NRU 108

    DISPOŻIZZJONIJIET UNIFORMI DWAR L-APPROVAZZJONI GĦALL-PRODUZZJONI TA’ TAJERS PNEWMATIĊI B’WIĊĊ ĠDID GĦALL-VETTURI KUMMERĊJALI U L-KARRIJIET TAGĦHOM

    (test konsolidat)

    WERREJ

    REGOLAMENT

    1.

    Kamp ta' applikazzjoni 30

    2.

    Definizzjonijiet 30

    3.

    Marki 35

    4.

    Applikazzjoni għall-approvazzjoni 36

    5.

    Approvazzjoni 36

    6.

    Kriterji 37

    7.

    Speċifikazzjonijiet 41

    8.

    Modifiki fl-approvazzjoni 43

    9.

    Il-konformità tal-produzzjoni 43

    10.

    Penali għal nuqqas ta’ konformità fil-produzzjoni 43

    11.

    Produzzjoni li twaqqfet għal kollox 44

    12.

    Ismijiet u indirizzi ta’ servizzi tekniċi responsabbli biex iwettqu testijiet ta’ approvazzjoni, ta’ laboratorji li fihom isiru t-testijiet, u ta’ dipartimenti amministrattivi 44

    ANNESSI

    Anness 1 –

    Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew it-tneħħija ta’ l-approvazzjoni jew dwar il-produzzjoni li twaqqfet għal kollox minn faċilità ta’ produzzjoni ta’ tajers b’wiċċ ġdid skond ir-Regolament Nru. 108

    Anness 2 –

    Arranġament għall-marki ta’ approvazzjoni

    Anness 3 –

    Arranġament ta’ mmarkar ta’ tajers b’wiċċ ġdid

    Anness 4 –

    Lista ta’ indiċijiet ta’ tagħbija u kapaċitajiet ta’ tagħbija li jikkorrispondu magħhom

    Anness 5 –

    Il-qisien tat-tajers u l-klassifikazzjoni tagħhom skond il-qies

    Anness 6 –

    Il-metodu li bih jitkejlu tajers pnewmatiċi

    Anness 7 –

    Il-Proċedura għat-testijiet tal-kapaċità tat-tagħbija/veloċità

    Annex 8 –

    Il-Figura ta’ spjegazzjoni

    1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    Dan ir-Regolament jgħodd għall-produzzjoni ta’ tajers b’wiċċ ġdid, maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi privati (tal-passiġġieri) u l-karrijiet tagħhom li jintużaw fit-toroq. Dan ma jgħoddx iżda għal:

    1.1.

    Tajers b’wiċċ ġdid għal karrozzi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom.

    1.2.

    Tajers b’wiċċ ġdid b’kapaċità ta’ veloċità taħt il-120 km/s jew ‘il fuq minn 300 km/s.

    1.3.

    Tajers għar-roti u l-muturi.

    1.4.

    Tajers li oriġinarjament kienu prodotti mingħajr simboli tal-veloċità u indiċijiet tat-tagħbija.

    1.5.

    Tajers li oriġinarjament kienu prodotti mingħajr l-approvazzjoni tat-tip u mingħajr il-marka “E” jew “e”.

    1.6.

    Tajers iddisinjati għat-tagħmir tal-karrozzi manifatturati qabel l-1939.

    1.7.

    Tajers iddisinjati esklussivament għall-kompetizzjonijiet jew għall-użu off road u li jkunu mmarkati hekk.

    1.8.

    Tajers żejda ta’ użu temporanju tat-“tip T”.

    2.   DEFINIZZJONIJIET – Ara wkoll il-figura fl-Anness 8

    Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:

    2.1.

    “Firxa ta’ tajers pnewmatiċi b’wiċċ ġdid” – tfisser firxa ta’ tajers pnewmatiċi b’wiċċ ġdid, kif ikkwotat fil-paragrafu 4.1.4.

    2.2.

    “Struttura” ta’ tajer pnewmatiku tfisser il-karatteristiċi tekniċi tal-qafas tat-tajer. L-istrutturi li ġejjin jingħarfu b’mod partikolari:

    2.2.1.

    “Djagonali” jew “il-Ħxuna Mxaqilba” tiddeskrivi struttura ta’ tajer pnewmatiku li fih il-kurduni tal-ħxuna jkunu jestendu għax-xoffa ta’ ġewwa tat-tajer u jitpoġġew f’angoli alternati sostanzjalment ta’ inqas minn 90o għal-linja ċentrali tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer.

    2.2.2.

    Bias-Belted” tiddeskrivi struttura ta’ tajer pnewmatiku ta’ tip djagonali (ħxuna mxaqilba) li fih il-qafas ikun stabilizzat permezz ta’ ċinturin, magħmul minn żewġ saffi jew aktar ta’ kurdun ta’ materjal li ma jkunx jista’ jitwessa wisq u li jitpoġġa f’angoli alternati qrib dawk tal-qafas tat-tajer.

    2.2.3.

    “Radjali” tiddeskrivi struttura ta’ tajer pnewmatiku li fih il-kurduni tal-ħxuna jkunu jestendu għax-xoffa ta’ ġewwa tat-tajer u jitqiegħdu b’mod sostanzjali f’angolu ta’ 90o għal-linja taċ-ċentru tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer. Il-qafas tat-tajer ikun stabilizzat b’ċinturin mad-dawra li essenzjalment ma jkunx jitwessa wisq.

    2.3.

    “Kategorija ta’ użu”

    2.3.1.

    Tajer normali huwa wieħed maħsub għall-użu normali fuq it-triq biss.

    2.3.2.

    Tajer tas-silġ huwa wieħed li l-għamla tal-wiċċ ta’ barra mfellel tiegħu, jew l-għamla tal-wiċċ ta’ barra mfellel u l-istruttura tiegħu, tkun iddisinjata primarjament biex tiżgura li, fit-tajn u fis-silġ frisk jew li jkun qed jinħall, jkollu turija aħjar minn wieħed normali. L-għamla tal-wiċċ ta’ barra mfellel ta’ tajer tas-silġ ġeneralment tikkonsisti minn kanal (strixxa) u elementi ta’ materjal solidu li jkunu spazjati b’mod aktar wiesa’ milli fuq tajer normali.

    2.3.3.

    Tajer ta’ użu temporanju huwa wieħed differenti minn dak li jitwaħħal fuq kwalunkwe vettura għal kundizzjonijiet ta’ sewqan normali; dan huwa maħsub biss għal użu temporanju taħt kundizzjonijiet ristretti ta’ sewqan.

    2.3.4.

    Tajer żejjed ta’ użu temporanju tat-tip “T” huwa tip ta’ tajer żejjed ta’ użu temporanju biex jintuża fi pressjonijiet ta’ nefħa ogħla minn dawk stabbiliti għal tajers standard u rinfurzati.

    2.4.

    “Ix-xoffa ta’ ġewwa tat-tajer” tfisser il-parti ta’ tajer pnewmatiku li tkun ta’ tali għamla u struttura li tkun toqgħod ġor-rimm u żżomm it-tajer fuqha.

    2.5.

    “Kurdun” tfisser il-ħjut li jiffurmaw il-fibra tal-ħxuniet tat-tajer pnewmatiku.

    2.6.

    “Ħxuna” tfisser saff ta’ kurduni paralleli mgħottija tal-“gomma”.

    2.7.

    “Ċinturin” tapplika għal ħxuna radjali jew tajer bi ħxuna mxaqilba u tfisser saff jew saffi ta’ materjal jew materjali taħt il-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer, impoġġi b’mod sostanzjali fid-direzzjoni tal-linja taċ-ċentru tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer biex jirrestrinġi l-qafas f’direzzjoni ċirkonferenzjali.

    2.8.

    “Interruttur” tapplika għal tajer ta’ ħxuna djagonali u tfisser il-ħxuna tan-nofs bejn il-qafas u l-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer.

    2.9.

    Chafer” tfisser materjal fil-parti tax-xoffa ta’ ġewwa tat-tajer biex tipproteġi l-qafas kontra kull għerik jew brix mir-rimm tar-rota.

    2.10.

    “Qafas” tfisser dik il-parti sturtturali ta’ tajer pnewmatiku, ħlief il-wiċċ ta’ barra mfellel u l-“gomma” ta’ barra nett tal-ħitan tal-ġnub li, meta jintnefaħ, ikun jiflaħ għat-tagħbija.

    2.11.

    “Il-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer” tfisser dik il-parti ta’ tajer pnewmatiku li jkun imfassal biex ikollu kuntatt ma’ l-art, jipproteġi l-qafas kontra kull ħsara teknika u jgħin biex it-tajer jaqbad ma’ l-art.

    2.12.

    “Il-ħajt tal-ġenb” tfisser il-parti ta’ tajer pnewmatiku bejn il-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer u l-parti maħsuba biex tgħatti l-flanġ tar-rimm.

    2.13.

    “Il-parti t’isfel tat-tajer” tfisser dik il-parti inkluża bejn il-linja tal-wisa’ massima tas-sezzjoni tat-tajer u l-parti mfassla biex tkun mgħottija bix-xifer tar-rimm.

    2.14.

    “Il-kanal tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer” tfisser l-ispazju bejn l-istrixxi jew il-blokki ħdejn xulxin fid-disinn tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer.

    2.15.

    “Il-kanali ewlenin” tfisser il-kanali wesgħin li jkunu fil-parti ċentrali tal-wiċċ ta’ barra, li jkopri madwar tliet kwarti tal-wisa’ tal-wiċċ ta’ barra.

    2.16.

    “Il-wisa’ tas-sezzjoni” tfisser id-distanza lineari bejn il-parti ta’ barra tal-ħitan tal-ġenb ta’ tajer pnewmatiku minfuħ, meta dan jitwaħħal fuq ir-rimm ta’ ċertu qies speċifiku, iżda li teskludi l-elevazzjonijiet minħabba t-tikketti (immarkar), id-dekorazzjoni jew l-istrixxi jew kanali protettivi.

    2.17.

    “Il-wisa’ ġenerali” tfisser id-distanza lineari bejn il-parti ta’ barra tal-ħitan tal-ġnub ta’ tajer pnewmatiku minfuħ, meta dan jitwaħħal fuq rimm ta’ qies speċifiku, u tinkludi it-tikketti (immarkar), id-disinn jew l-istrixxi jew kanali protettivi.

    2.18.

    “L-għoli tas-sezzjoni” tfisser distanza ugwali għal nofs id-differenza bejn id-dijametru ta’ barra tat-tajer u d-dijametru nominali tar-rimm.

    2.19.

    “Il-proporzjon ta’ l-aspett nominali” ifisser mitt darba aktar min-numru miksub billi tiddividi n-numru li jesprimi l-għoli nominali tas-sezzjoni bin-numru li jesprimi l-wisa’ nominali tas-sezzjoni, fejn iż-żewġ figuri jkunu fl-istess unitajiet.

    2.20.

    “Id-dijametru ta’ barra” tfisser id-dijametru ġenerali ta’ tajer minfuħ li jkun għadu kif kellu l-wiċċ ta’ barra mfellel mill-ġdid.

    2.21.

    “Il-klassifikazzjoni tal-qies tat-tajer” tfisser klassifikazzjoni li turi:

    2.21.1.

    Il-wisa’ nominali tas-sezzjoni. Din trid tkun imfissra f’millimetri, ħlief fil-każijiet ta’ tajers li l-klassifikazzjoni tal-qies tagħhom tidher fl-ewwel kolonna tat-tabelli li hemm fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament.

    2.21.2.

    Il-proporzjon ta’ l-aspett nominali, ħlief fil-każ ta’ tajers li għalihom l-għażla tal-qies tidher fl-ewwel kolonna tat-tabelli li hemm fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament.

    2.21.3.

    Numru konvenzjonali “d” (is-simbolu “d”) li juri d-dijametru nominali tar-rimm u li jikkorrispondi għad-dijametru ta’ dan imfisser jew permezz ta’ kodiċi (numri taħt il-100) jew f’millimetri (numri aktar minn 100). In-numri li jikkorrispondu għaż-żewġ tipi ta’ kejl jistgħu jintużaw fil-klassifikazzjoni.

    2.21.3.1.

    Il-valuri tas-simboli “d” imfissra f’millimetri qed jidhru hawn taħt:

    Kodiċi tad-Dijametru Nominali tar-Rimm – “d”

    Valur tas-simbolu “d” imfisser f’mm

    8

    9

    10

    11

    12

    13

    14

    203

    229

    254

    279

    305

    330

    356

    15

    16

    17

    18

    19

    381

    406

    432

    457

    483

    20

    21

    508

    533

    2.22.

    “Id-dijametru nominali tar-rimm (d)” ifisser id-dijametru tar-rimm li fuqu tajer ikun imfassal biex jitwaħħal.

    2.23.

    “Rimm” ifisser l-appoġġ, jew għal assemblaġġ ta’ tajer u tubu jew għal tajer mingħajr tubu, li fuqu titpoġġa x-xoffa ta’ ġewwa tat-tajer.

    2.24.

    “Ir-rimm tal-kejl” ifisser ir-rimm speċifikat bħala ’l-wisa’ tal-kejl tar-rimm’ jew ’il-wisa’ tad-disinn tar-rimm’ għal klassifikazzjoni partikolari tal-qies ta’ tajer fi kwalunkwe edizzjoni ta’ wieħed mill-Istandards Internazzjonali tat-Tajers jew aktar.

    2.25.

    “Ir-rimm tat-test” ifisser kwalunkwe rimm speċifikat bħala approvat jew rakkomandat jew awtorizzat f’xi wieħed mill-Istandards Internazzjonali tat-Tajers għal tajer ta’ dik il-klassifikazzjoni ta’ qies u tip.

    2.26.

    “Standard Internazzjonali tat-Tajers” ifisser kwalunkwe wieħed mid-dokumenti standard li ġejjin:

    (a)

    L-Organizzazzjoni Teknika Ewropea tat-Tajers u r-Rimmijiet (ETRTO) (1)  (1): “Il-Manwal ta’ l-Istandards”

    (b)

    L-Organizzazzjoni Teknika Ewropea tat-Tajers u r-Rimmijiet (ETRTO) (1): “Tagħrif ta’ Inġinerija dwar id-Disinn – data skaduta”

    (ċ)

    The Tire and Rim Association Inc. (l-Assoċjazzjoni tat-Tajers u r-Rimmijiet) (TRA) (2): “Il-Ktieb tas-Sena”

    (d)

    L-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi tat-Tajers tal-Karrozzi tal-Ġappun (JATMA) (3): “Il-Ktieb tas-Sena”

    (e)

    L-Assoċjazzjoni tat-Tajers u r-Rimmijiet ta’ l-Awstralja (TRAA) (4): “Il-Manwal ta’ l-Istandards”

    (f)

    L-Assiciaçao Brasileira de Pneus e Aros (ABPA) (5): “Manual de Normal Technicas”

    (ġ)

    L-Organizzazzjoni Skandinava tat-Tajers u r-Rimmijiet (STRO) (6): “Ktieb ta’ Tagħrif”

    2.27.

    “Tkissir fi bċejjeċ” tfisser it-tkissir ta’ bċejjeċ ta’ gomma mill-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer.

    2.28.

    “Is-separazzjoni tal-kurdun” tfisser il-firda tal-kurduni mill-għâta tal-gomma tagħhom.

    2.29.

    “Is-separazzjoni tal-ħxuna” tfisser il-firda ta’ ħxuniet minn maġenb xulxin.

    2.30.

    “Is-separazzjoni tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer” tfisser it-tneħħija tal-wiċċ ta’ barra mfellel mill-qafas tat-tajer.

    2.31.

    “Indikaturi ta’ l-użu tal-wiċċ ta’ barra” tfisser l-isporġenzi fil-kanali tal-wiċċ imfellel ta’ barra biex jagħtu indikazzjonijiet li jidhru dwar il-grad ta’ użu tal-wiċċ imfellel ta’ barra.

    2.32.

    “Deskrizzjoni tas-servizz” tfisser l-indiċi tat-tagħbija u s-simbolu tal-veloċità tat-tajer meħudin flimkien b’mod speċifiku.

    2.33.

    “L-indiċi tat-tagħbija” tfisser kodiċi numeriku li juri t-tagħbija massima li t-tajer jista’ jgħabbi.

    Il-lista ta’ indiċijiet tat-tagħbija u t-tagħbijiet li jikkorrispondu magħhom jidhru fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

    2.34.

    “Simbolu tal-veloċità” ifisser:

    2.34.1.

    Simbolu alfabetiku li juri l-veloċità li fiha t-tajer jista’ jgħabbi t-tagħbija mogħtija mill-indiċi tat-tagħbija assoċjat miegħu.

    2.34.2.

    Is-simboli tal-veloċità u l-veloċitajiet li jikkorrispondu magħhom qed jidhru fit-tabella t’hawn taħt:

    Simbolu tal-veloċità

    L-Ogħla Veloċità li tikkorrispondi miegħu (km/s)

    L

    M

    N

    P

    Q

    R

    S

    T

    U

    H

    V

    W

    Y

    120

    130

    140

    150

    160

    170

    180

    190

    200

    210

    240

    270

    300

    2.35.

    “Ir-rata tat-tagħbija massima” tfisser il-massa massima li t-tajer jista’ jiflaħ.

    2.35.1.

    Għal veloċitajiet li ma jaqbżux il-210 km/s, ir-rata tat-tagħbija massima m’għandhiex tkun aktar mill-valur li jikkorrispondi għall-indiċi tat-tagħbija tat-tajer.

    2.35.2.

    Għal veloċitajiet li jaqbżu il-210 km/s, iżda mhux aktar minn 300 km/s, ir-rata tat-tagħbija massima m’għandhiex tkun aktar mill-persentaġġ tal-valur assoċjat ma’ l-indiċi tal-kapaċità tat-tagħbija tat-tajer, muri fit-tabella t’hawn taħt, b’referenza għall-kapaċità tal-veloċità tal-vettura li fuqha jitwaħħal it-tajer:

    Simbolu tal-veloċità tat-tajer

    Veloċità massima – km/s

    Rata ta’ tagħbija massima - %

    V

    210

    215

    220

    225

    230

    235

    240

    100,0

    98,5

    97,0

    95,5

    94,0

    92,5

    91,0

    W

    240

    250

    260

    270

    100

    95

    90

    85

    Y

    270

    280

    290

    300

    100

    95

    90

    85

    Għal veloċitajiet massimi intermedji, interpolazzjoni lineari tar-rata massima tat-tagħbija hija awtorizzata.

    2.36.

    “Faċilità ta’ produzzjoni ta’ tajers b’wiċċ ġdid” tfisser post jew grupp ta’ siti lokalizzati fejn ikunu manifatturati tajers b’wiċċ ġdid.

    2.37.

    “It-tfellil mill-ġdid fuq il-wiċċ ta’ barra” tfisser terminu ġeneriku għar-rikundizzjonar ta’ tajers użati billi jinbidlulhom il-wiċċ mikul ta’ barra b’wieħed ġdid. Dan jista’ jinkludi wkoll ir-rinnovament tal-wiċċ l-aktar ta’ barra tal-ħitan tal-ġnub. Dan ikopri l-metodi ta’ proċess li ġejjin:

    2.37.1.

    “Il-capping ta’ fuq” – il-bdil tal-wiċċ ta’ barra;

    2.37.2.

    “Il-capping mill-ġdid” – il-bdil tal-wiċċ ta’ barra fejn il-materjal il-ġdid jibqa’ sejjer għal fuq parti mill-ħitan tal-ġenb;

    2.37.3.

    “Xoffa għal xoffa” – il-bdil tal-wiċċ ta’ barra u t-tiġdid tal-ħajt tal-ġenb, inkluża parti min-naħa t’isfel, jew in-naħa t’isfel kollha, tat-tajer.

    2.38.

    Casing” huwa t-tajer mikul li jinkludi l-qafas u l-wiċċ ta’ barra u l-materjal tal-ħitan tal-ġnub li jkun għad fadal.

    2.39.

    “Tindif” huwa l-proċess biex jitneħħa l-materjal il-qadim mill-casing biex jitħejja l-wiċċ għall-materjal il-ġdid.

    2.40.

    “Tiswija” huwa x-xogħol rimedjali li jsir fuq casings bil-ħsara fil-limiti magħrufa.

    2.41.

    “Il-materjal tat-tiflil tal-wiċċ ta’ barra” huwa materjal f’kundizzjoni li tkun tajba biex jitqiegħed minflok il-wiċċ mikul. Dan jista’ jkun f’diversi forom, bħal per eżempju:

    2.41.1.

    Camel-back” – strixxi ta’ materjal maqtugħin minn qabel li jkunu ngħataw is-sura tal-profil sezzjonali meħtieġ u wara jitwaħħlu mingħajr l-użu ta’ sħana mal-casing imħejji. Il-materjal il-ġdid għandu jkun vulkanizzat.

    2.41.2.

    “Mkebbeb bl-istrixxi” – strixxa ta’ materjal għat-tiflil tal-wiċċ ta’ barra li tingħata s-sura direttament u titkebbeb għal fuq il-casing imħejji u li jinbnew sal-kontorn sezzjonali meħtieġ. Il-materjal il-ġdid irid jiġi vulkanizzat.

    2.41.3.

    “L-għoti dirett ta’ sura” – materjal tat-tiflil tal-wiċċ ta’ barra li jitneħħa biex jintlaħaq il-profil sezzjonali meħtieġ u li jingħata sura direttament għal fuq il-casing imħejji. Il-materjal il-ġdid għandu jkun vulkanizzat.

    2.41.4.

    “Vulkanizzat minn qabel” – wiċċ tat-tiflil ta’ barra li ġie ffurmat u vulkanizzat minn qabel li jiġi applikat direttament għall-casing imħejji. Il-materjal il-ġdid għandu jingħaqad mal-casing.

    2.42.

    “Il-kisja tal-ħajt tal-ġenb” huwa materjal użat biex jgħatti l-ħitan tal-ġenb tal-casing biex b’hekk ikunu jistgħu jsiru l-marki meħtieġa.

    2.43.

    “Gomma tal-kuxxin” huwa materjal użat bħala saff biex jgħaqqad il-wiċċ mfellel ta’ barra l-ġdid u l-casing u biex jissewwew ħsarat żgħar.

    2.44.

    “Siment” huwa sustanza likwida adeżiva biex iżomm materjali ġodda f’posthom qabel il-proċess ta’ vulkanizzar.

    2.45.

    “Vulkanizzar” huwa terminu użat biex jiddeskrivi l-bdil fil-karatteristiċi fiżiċi tal-materjal il-ġdid li s-soltu jsir bl-applikazzjoni tas-sħana u l-pressjoni għal perijodu stabbilit ta’ ħin taħt kundizzjonijiet kontrollati.

    2.46.

    “Differenza radjali” tfisser il-varjazzjoni fir-radju tat-tajer imkejjel madwar iċ-ċirkonferenza esterna tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer.

    2.47.

    “Żbilanċ” ifisser il-kejl tal-varjazzjoni fil-firxa tal-massa madwar l-assi ċentrali tat-tajer. Dan jista’ jitkejjel jew bħala żbilanċ “Statiku” jew “Dinamiku”.

    3.   IMMARKAR

    3.1.

    Eżempju ta’ l-arranġament ta’ marki fuq tajer b’wiċċ ġdid qed jidher fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament.

    3.2.

    It-tajers b’wiċċ ġdid għandhom juru fuq iż-żewġ ħitan tal-ġenb, fil-każ ta’ tajers simetriċi, u mill-anqas fuq il-ħajt tal-ġenb ta’ barra fil-każ ta’ tajers mhux simetriċi:

    3.2.1.

    L-isem tad-ditta jew il-marka tal-fabbrika;

    3.2.2.

    Il-klassifikazzjoni tal-qies tat-tajer kif definit fil-paragrafu 2.21;

    3.2.3.

    Indikazzjoni ta’ l-istruttura kif ġej:

    3.2.3.1.

    Fuq tajers djagonali (ħxuna mxaqilba); l-ebda indikazzjoni, jew l-ittra “D” impoġġija fuq quddiem tal-marka fuq id-dijametru tar-rimm;

    3.2.3.2.

    Fuq tajers bi ħxuna radjali; l-ittra “R” impoġġija fuq quddiem tal-marka fuq id-dijametru tar-rimm, u, jekk mixtieq, il-kelma “RADIAL”;

    3.2.3.3.

    Fuq tajers bias belted, l-ittra “B” impoġġija fuq quddiem tal-marka fuq id-dijametru tar-rimm flimkien mal-kliem “BIAS-BELTED”;

    3.2.4.

    Id-deskrizzjoni tas-servizz li tinkludi:

    3.2.4.1.

    Indikazzjoni tal-kapaċità tat-tagħbija nominali tat-tajer fil-forma ta’ l-indiċi tat-tagħbija preskritt fil-paragrafu 2.33;

    3.2.4.2.

    Indikazzjoni tal-kapaċità tal-veloċità nominali tat-tajer fil-forma tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 2.34.

    3.2.5.

    Il-kelma “TUBELESS” jekk it-tajer huwa magħmul għal użu mingħajr it-tubu ta’ ġewwa.

    3.2.6.

    Il-kelmiet M+S jew MS jew M.S. jew M & S fil-każ ta’ tajer tas-silġ.

    3.2.7.

    Id-data meta l-wiċċ ta’ barra tat-tajer tfellel mill-ġdid, kif ġej:

    3.2.7.1.

    Sal-31 ta’ Diċembru 1999; jew kif spjegat fil-paragrafu 3.2.7.2. jew fil-forma ta’ grupp ta’ tliet figuri, l-ewwel tnejn juru n-numru tal-ġimgħa, waqt li t-tielet is-sena tad-deċennju tal-manifattura. Il-kodiċi tad-data jista’ jkopri perijodu ta’ produzzjoni li jibda mill-ġimgħa murija bin-numru tal-ġimgħa sa, u li jinkludi, in-numru tal-ġimgħa miżjud bi tlieta. Per eżempju, il-marka “253” tista’ turi tajer b’wiċċ ġdid li sar fil-ġimgħat 25, 26, 27 jew 28 tas-sena 1993.

    Il-kodiċi tad-data għandu jkun immarkat fuq wieħed mill-ħitan tal-ġenb biss.

    3.2.7.2.

    Mill-1 ta’ Jannar 2000; fil-forma ta’ grupp ta’ erba’ figuri, l-ewwel tnejn juru l-ġimgħa u t-tieni tnejn juru s-sena li fiha it-tajer kellu l-wiċċ ta’ barra mfellel mill-ġdid. Il-kodiċi tad-data jista’ jkopri perijodu ta’ produzzjoni mill-ġimgħa murija bin-numru tal-ġimgħa sa, u li jinkludi, il-ġimgħa u tlieta oħra. Per eżempju, il-marka “2503” tista’ turi tajer b’wiċċ ġdid li jkun sar fil-ġimgħat 25, 26, 27 jew 28 tas-sena 2003.

    Il-kodiċi tad-data għandu jkun immarkat fuq wieħed mill-ħitan tal-ġenb biss.

    3.2.8.

    It-terminu “RETREAD” jew “REMOULD” (wara l-1 ta’ Jannar 1999 il-kelma “RETREAD” biss għandha tintuża). Fuq it-talba ta’ min jagħmel it-tajers b’wiċċ ġdid, jista’ jiżdied l-istess terminu f’lingwi oħra.

    3.3.

    Qabel ma jkunu approvati, it-tajers għandhom juru spazju liberu sostanzjalment kbir, li fih tkun tista’ titpoġġa marka ta’ l-approvazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 5.8. u kif muri fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament.

    3.4.

    Wara l-approvazzjoni, il-marki msemmija fil-paragrafu 5.8. u murija fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament, għandhom jitwaħħlu fl-ispazju liberu msemmi fil-paragrafu 3.3. Din il-marka għandha titwaħħal fuq wieħed mill-ħitan tal-ġenb biss.

    3.5.

    Il-marki msemmija fil-paragrafu 3.2. u l-marka ta’ l-approvazzjoni preskritta fil-paragrafi 3.4. u 5.8 għandhom ikunu jinqraw b’mod ċar u jkunu ffurmati fuq jew fit-tajer jew inkella jkunu mmarkati b’mod permanenti fuq it-tajer.

    3.6.

    Sakemm kwalunkwe mill-ispeċifikazzjonijiet oriġinali tal-manifattur ikunu għadhom jinqraw wara li jkun sar il-wiċċ ta’ barra mfellel mill-ġdid fuq it-tajer, dawn għandhom jibqgħu jitqiesu bħala speċifikazzjonijiet tal-manifattur tat-tajers b’wiċċ ġdid għal dak it-tajer. Jekk dawn l-ispeċifikazzjonijiet oriġinali ma jkunux jgħoddu wara li jkun sar il-wiċċ ta’ barra mfellel mill-ġdid tat-tajer, dawn għandhom jitneħħew kompletament.

    3.7.

    Il-marka ta’ l-approvazzjoni oriġinali “E” jew “e” u n-numru ta’ l-approvazzjoni għandhom jitneħħew.

    4.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    Il-proċeduri li ġejjin jgħoddu għall-approvazzjoni ta’ faciltà ta’ produzzjoni ta’ tajers b’wiċċ ġdid:

    4.1.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ faciltà ta’ produzzjoni għandha tkun sottomessa mill-possessur ta’ l-isem kummerċjali jew tal-marka tal-fabbrika li tkun se titwaħħal fuq it-tajer, jew inkella mir-rappreżentant akkreditat kif suppost. Din għanda tispeċifika:

    4.1.1.

    Deskrizzjoni ġenerali ta’ l-istruttura tal-faciltà li tipproduċi t-tajers b’wiċċ ġdid.

    4.1.2.

    Deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema tat-tmexxija tal-kwalità, li tiżgura li l-kontroll effettiv tal-proċeduri tat-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta’ barra tat-tajers jkunu qed jilħqu tabilħaqq il-kriterji ta’ dan ir-Regolament.

    4.1.3.

    L-ismijiet jew il-marki kummerċjali li għandhom jitwaħħlu fuq it-tajers b’wiċċ ġdid li jiġu manifatturati.

    4.1.4.

    It-tagħrif li ġej dwar il-firxa ta’ tajers b’wiċċ ġdid:

    4.1.4.1.

    il-firxa tal-qisien tat-tajers;

    4.1.4.2.

    l-istruttura tat-tajers (djagonali jew bi ħxuna mxaqilba, bias-belted jew radjali);

    4.1.4.3.

    il-kategorija ta’ l-użu tat-tajers (tajers normali jew tas-silġ eċċ.);

    4.1.4.4.

    is-sistema tat-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta’ barra tat-tajers u l-metodu ta’ l-applikazzjoni tal-materjali l-ġodda li għandhom jintużaw, kif definit fil-paragrafi 2.37 u 2.41;

    4.1.4.5.

    is-simbolu ta’ l-ogħla veloċità tat-tajers li għandu jkollhom il-wiċċ ta’ barra mfellel mill-ġdid;

    4.1.4.6.

    l-indiċi ta’ l-ogħla tagħbija tat-tajers li għandu jkollhom il-wiċċ ta’ barra mfellel mill-ġdid;

    4.1.4.7.

    l-Istandard tat-Tajer Internazzjonali magħżul li għalih tkun tgħodd il-firxa tat-tajers.

    5.   L-APPROVAZZJONI

    5.1.

    Għal tajers b’wiċċ ġdid, jeħtieġ li l-faciltà tal-produzzjoni ta’ dawn it-tajers tikseb l-approvazzjoni meħtieġa mill-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni skond il-kriterji ta’ dan ir-Regolament. L-awtorità li tapprova għandha tieħu l-miżuri meħtieġa, kif deskritt f’dan ir-Regolament, biex tiżgura li t-tajers b’wiċċ ġdid fil-faciltà tal-produzzjoni rispettiva tabilħaqq tilħaq il-kriterji msemmija f’dan ir-Regolament. Il-faciltà tal-produzzjoni tat-tajers b’wiċċ ġdid għandha tkun totalment responsabbli biex tiżgura li dawn it-tajers ikunu jilħqu tabilħaqq il-kriterji ta’ dan ir-Regolament u li dawn ikollhom turija xierqa meta jintużaw b’mod normali.

    5.2.

    Barra mill-kriterji normali għall-valutazzjoni tal-bidu ta’ din il-faciltà tal-produzzjoni, l-awtorità li tapprova għandha tkun sodisfatta li d-dokumentazzjoni tal-proċeduri, l-operat, l-istruzzjonijiet u ta’ l-ispeċifikazzjonijiet pprovduti mill-fornituri tal-materjal ikunu f’lingwa li tkun tista’ tiftiehem mill-ewwel mill-operaturi tal-faciltà tal-produzzjoni tat-tajers b’wiċċ ġdid.

    5.3.

    L-awtorità li tapprova għandha tiżgura li d-dokumenti tal-proċedura u l-operat għal kull taqsima ta’ produzzjoni jkun fihom speċifikazzjonijiet li jkunu xierqa għall-materjali tat-tiswija u l-proċessi li jintużaw, dwar il-limiti ta’ ħsara li tista’ tissewwa jew il-penetrazzjonijiet li jistgħu jsiru fil-qafas tat-tajer, dwar jekk din il-ħsara tkunx teżisti jew tkunx ikkawżata matul il-proċessi ta’ tħejjija għat-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta’ barra tat-tajer.

    5.4.

    Qabel ma tagħti l-approvazzjoni tagħha, l-awtorità għandha tkun sodisfatta li t-tajers b’wiċċ ġdid ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament u li t-testijiet meħtieġa skond il-paragrafi 6.7. u 6.8 ikunu saru b’suċċess fuq mill-anqas 5 u mhux neċessarjament aktar minn 20 kampjun ta’ tajers b’wiċċ ġdid li jkunu jirrappreżentaw il-firxa ta’ tajers manifatturati fil-faciltà tal-produzzjoni ta’ dawn it-tajers.

    5.5.

    Fil-każ li jkun hemm riżultat negattiv matul il-provi, għandhom ikunu ttestjati żewġ kampjuni oħra ta’ l-istess speċifikazzjoni ta’ tajer. Jekk wieħed minn dawn il-kampjuni jew inkella t-tnejn ifallu, għandhom ikunu sottomessi għall-aħħar darba u jiġu ttestjati żewġ kampjuni oħra. Jekk wieħed minn dawn il-kampjuni jew it-tnejn ifallu, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-taqsima tal-produzzjoni ta’ tajers b’wiċċ ġdid għandha tiġi miċħuda.

    5.6.

    Jekk il-kriterji kollha ta’ dan ir-Regolament ikunu ntlaħqu, l-approvazzjoni għandha tingħata u għandu jingħata numru ta’ l-approvazzjoni għal kull faciltà ta’ produzzjoni ta’ dawn it-tajers li tkun ġiet approvata. L-ewwel żewġ figuri ta’ dan in-numru għandhom juru s-serje ta’ l-emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi kbar u riċenti għar-Regolament meta tkun ħarġet l-approvazzjoni. In-numru ta’ l-approvazzjoni għandu jkun ippreċedut bis-simbolu “108R”, li jfisser li l-approvazzjoni tgħodd għal tajer b’wiċċ ġdid kif preskritt f’dan ir-Regolament.

    L-istess awtorità ma tistax tassenja l-istess numru lil taqsima ta’ produzzjoni oħra li tkun koperta b’dan ir-Regolament.

    5.7.

    L-avviż ta’ l-approvazzjoni jew ta’ l-estensjoni, ir-rifjut jew it-tneħħija ta’ l-approvazzjoni jew tal-produzzjoni li ma tkunx baqgħet issir skond dan ir-Regolament għandu jkun komunikat lill-Partijiet tal-Ftehim ta’ l-1958 li japplika dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell li jidher fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    5.8.

    Fuq kull tajer li jkun konformi ma’ dan ir-Regolament, fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 3.3, u f’żieda mal-marki preskritti fil-paragrafu 3.2, għandha titwaħħal b’mod li jidher sew marka internazzjonali ta’ l-approvazzjoni li tkun tikkonsisti minn:

    5.8.1.

    Ċirku li jdur ma’ l-ittra “E” segwit bin-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni (7); u

    5.8.2.

    Numru ta’ l-approvazzjoni kif deskritt fil-paragrafu 5.6.

    5.9.

    L-Anness 2 għal dan ir-Regolament juri eżempju ta’ l-arranġamenti tal-marka ta’ l-approvazzjoni.

    6.   IL-KRITERJI

    6.1.

    It-tajers m’għandhomx ikunu aċċettati għall-ewwel tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta’ barra sakemm dawn ma jkunux tat-tip approvat u jkollhom il-marka “E” jew “e”, ħlief li dan il-kriterju m’għandux ikun obbligatorju sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2000.

    6.1.1.

    Tajers ta’ veloċità għolja li jkollhom biss il-marka “ZR” fl-għażla tal-qies tat-tajer u ma jkollhomx deskrizzjoni tas-servizz, ma jistax ikollhom il-wiċċ ta’ barra tgaħhom imfellel mill-ġdid.

    6.2.

    It-tajers bil-wiċċ ta’ barra tagħhom diġà mfellel mill-ġdid m’għandhomx ikunu aċċettati għal aktar tfellil mill-ġdid.

    6.3.

    L-età tal-casing aċċettat għat-tfellil mill-ġdid m’għandux ikun aktar minn 7 snin; dan għandu jkun ibbażat fuq il-figuri li juru s-sena tal-manifattura tat-tajer oriġinali; eż. tajer immarkat b’kodiċi ta’ data “253” jista’ jkun aċċettat għat-tfellil mill-ġdid sa l-aħħar tas-sena 2000.

    6.4.

    Il-kundizzjonijiet qabel it-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta’ barra tat-tajers:

    6.4.1.

    It-tajers għandhom ikunu nodfa u nexfin qabel l-ispezzjoni.

    6.4.2.

    Qabel it-tindif, kull tajer għandu jkun eżaminat sew kemm minn ġewwa u kemm minn barra biex ikun żgurat li l-wiċċ ta’ barra tat-tajer ikun jista’ jitfellel mill-ġdid.

    6.4.3.

    It-tajers li jkollhom ħsara li tidher u li tkun ġejja minħabba tagħbija żejda jew nuqqas ta’ nefħa m’għandux jerġa’ jitfellel mill-ġdid.

    6.4.4.

    It-tajers li juru kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ ħsarat m’għandhomx ikunu aċċettati biex il-wiċċ ta’ tagħhom jerġa’ jitfellel mill-ġdid:

    6.4.4.1.

    (a)

    qsim estensiv li jibqa’ sejjer għal ġol-qafas;

    (b)

    penetrazzjonijiet fil-qafas jew ħsara fil-casing ’il fuq mis-simbolu tal-veloċità “H”, ħlief fejn dawn il-casings sejrin jingħataw simbolu ta’ veloċità aktar baxx;

    (ċ)

    tiswijiet ta’ qabel barra l-limiti speċifikati ta’ ħsara – ara l-paragrafu 5.3;

    (d)

    ksur fil-qafas;

    (e)

    attakk sostanzjali minħabba xi żejt jew kimika;

    (f)

    ħafna ksur qrib xulxin;

    (g)

    ix-xoffa ta’ ġewwa bil-ħsara jew miksur;

    (h)

    deterjorazzjoni tal- jew ħsara fl-inforra li ma tissewwix;

    (i)

    ħsara fix-xoffa ta’ ġewwa, ħlief ħsara żgħira fil-“gomma” biss;

    (j)

    kurduni esposti minħabba l-użu żejjed tal-wiċċ imfellel ta’ barra jew brix fil-ħitan tal-ġenb;

    (k)

    separazzjoni tal-materjal tal-wiċċ ta’ barra mfellel jew tal-ħitan tal-ġenb minn mal-qafas b’mod li ma jissewwix;

    (l)

    ħsara strutturali fiż-żona tal-ħitan tal-ġenb.

    6.4.5.

    Qafas ta’ tajer bi ħxuna radjali li jkollu separazzjoni fiċ-ċinturin, ħlief għal meta jkun maħlul xi ftit it-tarf taċ-ċinturin, m’għandux ikun aċċettat għat-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta’ barra.

    6.5.

    Preparazzjoni:

    6.5.1.

    Wara t-tindif, u qabel l-applikazzjoni tal-materjal il-ġdid, kull tajer għandu jkun eżaminat mill-ġdid, almenu minn barra, biex ikun żgurat li dan ikun għadu tajjeb biex il-wiċċ ta’ barra tiegħu jitfellel mill-ġdid.

    6.5.2.

    Il-wiċċ kollu li fuqu jkun applikat il-materjal il-ġdid għandu jkun tħejja mingħjr ebda sħana żejda. Il-fibra tal-wiċċ imnaddaf m’għandhiex ikollha laċerazzjonijiet fondi ta’ tindif jew materjal maħlul.

    6.5.3.

    Fejn ikollu jintuża materjal vulkanizzat minn qabel, il-kontorn tal-parti ppreparata għandu jilħaq il-kriterji tal-manifattur tal-materjal.

    6.5.4.

    Truf ta’ kurduni maħlula ma jistgħux jintużaw.

    6.5.5.

    Il-kurduni tal-casing m’għandhom jiġrilhom l-ebda ħsara waqt il-proċess tal-preparazzjoni.

    6.5.6.

    Ħsara kkawżata liċ-ċinutrin ta’ tajers radjali minħabba t-tindif għandha tkun limitata għal ħsara lokalizzata għall-iktar saff ta’ barra biss.

    6.5.7.

    Il-limiti ta’ ħsara għal tajers bi ħxuna djagonali kkawżata mit-tindif għandhom ikunu kif ġej:

    6.5.7.1.

    Għal kostruzzjoni ta’ ħxuna doppja, m’għandu jkun hemm l-ebda ħsara fil-qafas, ħlief għal ħsara żgħira u lokalizzata kkawżata mit-tindif fir-rabta tal-casing.

    6.5.7.2.

    Għal kostruzzjoni ta’ ħxuna doppja u interruttur ta’ tajers bla tubu, m’għandu jkun hemm l-ebda ħsara fil-qafas u l-interruttur.

    6.5.7.3.

    Għal kostruzzjoni ta’ ħxuna doppja u interruttur ta’ tajres bit-tubu, ħsara lokalizzata fl-interruttur hija awtorizzata.

    6.5.7.4.

    Għal kostruzzjoni ta’ ħxuna ta’ erba’ darbiet jew aktar ta’ tajers bla tubu, m’għandu jkun hemm l-ebda ħsara fil-qafas jew l-interruttur.

    6.5.7.5.

    Għal kostruzzjoni ta’ ħxuna ta’ erba’ darbiet jew aktar ta’ tajers bit-tubu, il-ħsara għandha tkun limitata għall-iktar ħxuna ta’ barra fil-parti ċentrali biss.

    6.5.8.

    Partijiet ta’ l-azzar li jkunu esposti għandhom jiġu ttrattati kemm jista’ jkun malajr bil-materjal xieraq, kif definit mill-manifattur ta’ dak il-materjal apposta.

    6.6.

    Tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta’ barra tat-tajers:

    6.6.1.

    Min jagħmel it-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta’ barra tat-tajers għandu jiżgura li jew il-manifattur jew il-fornitur tal-materjali tat-tiswija, inklużi l-irqajja, ikun responsabbli għal dan li ġej:

    (a)

    jiddefinixxi metodu(i) ta’ applikazzjoni u ħażna, jekk ikun mitlub minn min ifellel mill-ġdid il-wiċċ ta’ barra tat-tajers, fil-lingwa nazzjonali tal-pajjiż li fih il-materjali jkunu se jintużaw;

    (b)

    jiddefinixxi l-limiti ta’ ħsara li għaliha l-materjali huma mfassla, jekk mitlub minn min ifellel mill-ġdid il-wiċċ ta’ barra tat-tajers, fil-lingwa nazzjonali tal-pajjiż li fih il-materjali jkunu se jintużaw;

    (ċ)

    jiżgura li l-irqajja rinfurzati tat-tajers, jekk ikunu applikati tajjeb meta jissewwa l-qafas, ikunu tajbin għal dan il-għan;

    (d)

    jiżgura li l-irqajja jkunu tajbin biex jifilħu d-doppju ta’ l-ogħla pressjoni tan-nefħa, kif mogħti mill-manifattur tat-tajer;

    (e)

    jiżgura li kwalunkwe materjal ieħor tat-tiswija jkun tajjeb għas-servizz maħsub.

    6.6.2.

    Min ifellel mill-ġdid il-wiċċ ta’ barra tat-tajers għandu jkun responsabbli għall-applikazzjoni tajba tal-materjal tat-tiswija u biex jiżgura li t-tiswija tkun ħielsa min kull difett li jista’ jaffettwa l-ħajja sodisfaċenti tas-servizz tat-tajer.

    6.6.3.

    Min ifellel mill-ġdid il-wiċċ ta’ barra tat-tajers għandu jiżgura li jew il-manifattur jew il-fornitur tal-materjal tat-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta’ barra u tal-ħitan tal-ġenb tat-tajers joħroġ speċifikazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-użu biex jiggarantixxi l-kwalitajiet tal-materjal. Jekk ikun mitlub minn min jagħmel it-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta’ barra tat-tajers, dan it-tagħrif għandu jkun fil-lingwa nazzjonali tal-pajjiż li fih il-materjal ikun se jintuża.

    6.6.4.

    Min ifellel mill-ġdid il-wiċċ ta’ barra tat-tajers għandu jiżgura li l-materjal u/jew il-kompost tat-tiswija jkunu dokumentati f’ċertifikat li joħroġ mill-manifattur jew il-fornitur. Il-kompost tal-materjal għandu jkun adatt għall-użu maħsub tat-tajers.

    6.6.5.

    It-tajer ipproċessat għandu jkun vulkanizzat kemm jista’ jkun malajr wara t-tkomplija tat-tiswijiet kollha u l-operat tal-bini mill-ġdid, u l-aktar skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-materjal.

    6.6.6.

    It-tajer għandu jkun vulkanizzat għat-tul ta’ ħin u skond it-temperatura u l-pressjoni li jkunu xierqa u speċifiċi għall-materjali u t-tagħmir ta’ l-ipproċessar li jkunu użati.

    6.6.7.

    Il-qisien tal-forma għandhom ikunu tajbin għall-ħxuna tal-materjal il-ġdid u l-qies tat-tajer imnaddaf. Tajers ta’ ħxuna radjali, meta jitpoġġew ġol-forma, għandhom ikunu vulkanizzati f’forom radjali jew f’forom maqsumin b’mod radjali biss.

    6.6.8.

    Il-ħxuna tal-materjal oriġinali wara t-tindif u l-ħxuna medja ta’ kwalunkwe materjal ġdid taħt id-disinn tal-wiċċ ta’ barra wara li dan ikun tfellel mill-ġdid, għandu jkun skond kif mogħti fil-paragrafi 6.6.8.1 u 6.6.8.2. Il-ħxuna tal-materjal fi kwalunkwe punt, jew tul il-wisa’ tal-wiċċ ta’ barra mfellel jew madwar iċ-ċirkonferenza tat-tajer, għandha tkun ikkontrollata b’tali mod li jintlaħqu d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 6.7.5 u 6.7.6.

    6.6.8.1.

    Għal tajers bi ħxuna radjali u bias belted (mm):

    1,5 ≤ (A+B) ≤ 5 (minimu 1,5 mm; massimu 5,0 mm)

    A ≥ 1 (minimu 1,0 mm)

    B ≥ 0,5 (minimu 0,5 mm)

    Image Test ta 'immaġni

    P.D. = Il-fond tad-disinn

    X = Il-linja tat-tindif

    A = Ħxuna medja tal-materjal il-ġdid taħt id-disinn

    B = Ħxuna minima tal-materjal oriġinali fuq iċ-ċinturin wara t-tindif

    6.6.8.2.

    Għal tajers djagonali (ħxuna mxaqilba):

    Il-ħxuna tal-materjal oriġinali fuq l-interruttur għandha tkun ≥ 0,00 mm.

    Il-ħxuna medja tal-materjal il-ġdid fuq il-linja tal-casing mnaddfa għandha tkun ≥ 2,00 mm.

    Magħduda flimkien, il-ħxuna tal-materjal oriġinali u ġdid taħt il-bażi ta’ l-iskanalaturi tad-disinn tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer għandha tkun ≥ 2,00 u ≤ 5,00 mm.

    6.6.9.

    Id-deskrizzjoni tas-servizz ta’ tajer b’wiċċ ġdid m’għandhiex turi la simbolu ta’ veloċità ogħla u lanqas indiċi ta’ tagħbija ogħla minn dak tat-tajer oriġinali, fl-ewwel ħajja tiegħu.

    6.6.10.

    Il-kapaċità minima tal-veloċità ta’ tajer b’wiċċ ġdid għandha tkun ta’ 120 km/s (is-simbolu tal-veloċità “L”), waqt li dik massima għandha tkun ta’ 300 km/s (is-simbolu tal-veloċità “Y”).

    6.6.11.

    L-indikaturi ta’ l-użu tal-wiċċ imfellel ta’ barra għandhom ikunu inkorporati kif ġej:

    6.6.11.1.

    It-tajer pnewmatiku b’wiċċ ġdid għandu jinkludi mhux inqas minn sitt ringieli trasversali ta’ indikaturi ta’ l-użu, kemm jista’ jkun imbegħdin l-istess minn xulxin u mpoġġija fil-kanali ewlenin tal-wiċċ ta’ barra. L-indikaturi għandhom ikunu tali li ma jkunux jistgħu jitħawdu max-xoffa tal-materjal bejn l-istrixxi jew il-blokki tal-wiċċ ta’ barra.

    6.6.11.2.

    Madankollu, fil-każ ta’ tajers iddisinjati biex jintramaw fuq rimmijiet ta’ dijametru nominali tal-kodiċi 12 jew inqas, erba’ ringieli ta’ indikaturi ta’ użu tal-wiċċ ta’ barra ħuma awtorizzati.

    6.6.11.3.

    L-indikaturi ta’ l-użu tal-wiċċ ta’ barra għandu jkollhom mezz biex juru, b’tolleranza ta’ + 0.60/‐0.00 mm, meta l-kanali tal-wiċċ ta’ barra ma jkunux għadhom aktar minn 1,6 mm bħala fond.

    6.6.11.4.

    L-għoli ta’ l-indikaturi ta’ l-użu tal-wiċċ ta’ barra għandu jkun stabbilit billi titkejjel id-differenza bejn il-fond mill-wiċċ ta’ barra sal-parti ta’ fuq ta’ l-indikaturi u l-bażi tal-kanali tal-wiċċ ta’ barra, qrib in-niżla fil-bażi ta’ l-indikaturi ta’ l-użu tal-wiċċ ta’ barra.

    6.7.

    Spezzjoni:

    6.7.1.

    Wara li jkun ġie vulkanizzat, waqt li jinżamm grad ta’ sħana fih, kull tajer b’wiċċ ġdid għandu jiġi eżaminat biex ikun żgurat li dan ikun ħieles minn kwalunkwe difettt li jkun jidher. Waqt jew wara t-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta’ barra, it-tajer għandu jintnefaħ għal mill-anqas 1,5 bar għall-eżami. Fejn ikun hemm difett li jidher fil-profil tat-tajer (eż. nuffata, tgħawwiġ ‘il ġewwa, eċċ.), it-tajer għandu jiġi eżaminat speċifikament biex tkun stabbilita l-kawża ta’ dan id-difett.

    6.7.2.

    Qabel, waqt jew wara t-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta’ barra, it-tajer għandu jkun verifikat mill-inqas darba għall-integrità ta’ l-istruttura tiegħu permezz ta’ metodu ta’ spezzjoni.

    6.7.3.

    Għall-għanijiet tal-kontroll tal-kwalità, numru ta’ tajers bil-wiċċ ta’ barra tagħhom imfellel mill-ġdid għandhom ikunu sottomessi għal provi jew eżami distruttivi jew non-distruttivi. Il-kwantità ta’ tajers verifikati u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati.

    6.7.4.

    Wara t-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta’ barra, il-qisien tat-tajer b’wiċċ ġdid, meta dan ikun tkejjel skond l-Anness 6 għal dan ir-Regolament, għandhom ikunu skond jew il-qisien ikkalkulati skond il-proċeduri tal-paragrafu 7 jew għal dawk mogħtija fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament.

    6.7.5.

    Id-differenza radjali tat-tajer b’wiċċ ġdid m’għandux ikun ta’ aktar minn 1,5 mm (+0,4 mm tolleranza ta’ kejl).

    6.7.6.

    L-iżbilanċ statiku massimu tat-tajer b’wiċċ ġdid, imkejjel fid-dijametru tar-rimm, m’għandux ikun aktar minn 1,5 % tal-massa tat-tajer.

    6.7.7.

    L-indikaturi ta’ l-użu tal-wiċċ ta’ barra għandhom ikunu konformi mal-kriterji tal-paragrafu 6.6.11.

    6.8.

    It-test tat-turija:

    6.8.1.

    Tajers, li l-wiċċ tagħhom ikun tfellel mill-ġdid biex ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu kapaċi jgħaddu mit-test tat-tagħbija/veloċità kif speċifikat fl-Anness 7 għal dan ir-Regolament.

    6.8.2.

    Tajer b’wiċċ ġdid, li wara li jkun ġie sottoemss għat-test tat-tagħbija/veloċità ma jurix kwalunkwe separazzjoni fil-wiċċ ta’ barra jew fil-ħxuna jew fil-kurdun, tkissir fi bċejjeċ jew inkella xi kurduni miksura, għandu jitqies li jkun għadda mit-test.

    6.8.3.

    Id-dijametru ta’ barra tat-tajer, imkejjel sitt sigħat wara li jkun sar fuqu t-test tat-tagħbija/veloċità, m’għandux ivarja b’aktar minn ± 3.5 % mid-dijametru ta’ barra meta dan ikun tkejjel qabel it-test.

    7.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

    7.1.

    It-tajers, li l-wiċċ ta’ barra tagħhom ikunu tfellel mill-ġdid biex ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu skond il-qisien li ġejjin:

    7.1.1.

    Il-wisa’ tas-sezzjoni:

    7.1.1.1.

    Il-wisa’ tas-sezzjoni għandha tkun ikkalkulata bil-formula li ġejja:

    S = S1 + K (A – A1)

    fejn:

    S: hija l-wisa’ attwali tas-sezzjoni f’millimetri kif imkejla fuq ir-rimm tal-prova;

    S1: huwa l-valur tal-“Wisa’ tas-Sezzjoni tad-Disinn”, riferut għar-rimm tal-kejl, kif ikkwotat fl-Istandard Internazzjonali tat-Tajers, speċifikat minn min ifellel mill-ġdid il-wiċċ ta’ barra tat-tajers għall-qies tat-tajer in kwistjoni;

    A: hija l-wisa’ tar-rimm tat-test f’millimetri;

    A1: hija l-wisa’ f’millimetri tar-rimm tal-kejl, kif ikkwotat fl-Istandard Internazzjonali tat-Tajers, speċifikat minn min ifellel mill-ġdid il-wiċċ ta’ barra tat-tajers għall-qies tat-tajer in kwistjoni.

    K: huwa fattur u għandu jittieħed bħala ugwali għal 0,4.

    7.1.2.

    Id-dijametru ta’ barra:

    7.1.2.1.

    Id-dijametru teoretiku ta’ barra ta’ tajer b’wiċċ ġdid għandu jkun ikkalkulat bil-formula li ġejja:

    D = d + 2H

    fejn:

    D: huwa d-dijametru teoretiku ta’ barra f’millimetri;

    d: huwa n-numru konvenzjonali ddefinit fil-paragrafu 2.21.3 f’millimetri;

    H: huwa l-għoli nominali tas-sezzjoni f’millimetri u huwa ugwali għal Sn immultiplikat b’0,01 Ra

    fejn:

    Sn: hija l-wisa’ nominali tas-sezzjoni f’millimetri;

    Ra: huwa r-ratio ta’ l-aspett nominali.

    Is-simboli kollha t’hawn fuq huma skond kif ikkwotati fl-għażla tal-qies tat-tajer, kif muri fuq il-ħajt tal-ġenb tat-tajer, skond il-kriterji tal-paragrafu 3.2.2 u definit fil-paragrafu 2.21.

    7.1.2.2.

    Madankollu, għal tajers li l-għażla tidher fl-ewwel kolonna tat-tabelli li hemm fl-Anness 5 għar-Regolament ECE Nru. 30, id-dijametru ta’ barra għandu jkun dak mogħti f’dawk it-tabelli.

    7.1.3.

    Il-metodu ta’ kif jitkejlu tajers b’wiċċ ġdid:

    7.1.3.1.

    Il-qisien ta’ tajers b’wiċċ ġdid għandhom jitkejlu skond il-proċeduri mogħtija fl-Anness 6 għal dan ir-Regolament.

    7.1.4.

    L-ispeċifikazzjonijiet tal-wisa’ tas-sezzjoni:

    7.1.4.1.

    Il-wisa’ ġenerali attwali tista’ tkun anqas mill-wisa’ jew il-wisgħat tas-sezzjoni stabbiliti fil-paragrafu 7.1.

    7.1.4.2.

    Il-wisa’ ġenerali attwali tista’ wkoll tkun aktar mill-valur jew il-valuri stabbiliti fil-paragrafu 7.1 b’:

    7.1.4.2.1.

    4 % fil-każ ta’ tajers bi ħxuna radjali u

    7.1.4.2.2.

    6 % fil-każ ta’ tajers bi ħxuna djagonali (ħxuna mxaqilba) u bias belted.

    7.1.4.2.3.

    Barra minn hekk, jekk it-tajer ikollu strixxa protettiva speċjali, il-wisa’ tista’ tkun akbar sa 8 mm ’l fuq mit-tolleranzi mogħtija fil-paragrafi 7.1.4.2.1. u 7.1.4.2.2.

    7.1.5.

    L-ispeċifikazzjonijiet tad-dijametru ta’ barra:

    7.1.5.1.

    Id-dijametru attwali ta’ barra ta’ tajer b’wiċċ ġdid m’għandux ikun barra l-valuri ta’ Dmin u Dmass miksuba bil-formuli li ġejjin:

    Dmin = d + (2H x a)

    Dmass = d + (2H x b)

    fejn:

    7.1.5.1.1.

    Għal qisien mhux mogħtija fit-tabelli fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament, “H” u “d” huma kif definit fil-paragrafu 7.1.2.1.

    7.1.5.1.2.

    Għall-qisien imsemmija fil-paragrafu 7.1.2.2 fuq:

    H = 0,5 (D – d)

    fejn “D” huwa d-dijametru ta’ barra u “d” id-dijametru nominali tar-rimm ikkwotat fit-tabelli msemmija fuq għall-qies in kwistjoni.

    7.1.5.1.3.

    Il-ko-effiċjent “a” = 0,97

    7.1.5.1.4.

    Il-ko-effiċjent “b” huwa:

     

    Tajers radjali

    Tajers bi ħxuna djagonali (ħxuna mxaqilba) u bias belted

    għal tajers ta’ użu normali

    1,04

    1,08

    7.1.5.2.

    Għal tajers tas-silġ, id-dijametru massimu ta’ barra (Dmass), ikkalkulat fil-paragrafu 7.1.5.1, jista’ jiżdied sa mhux aktar minn 1 %.

    8.   MODIFIKI FL-APPROVAZZJONI

    8.1.

    Kull modifika dwar faciltà ta’ produzzjoni ta’ tajers b’wiċċ ġdid, li temenda kwalunkwe tagħrif mogħti mill-faciltà tal-produzzjoni ta’ dawn it-tajers fl-Applikazzjoni għall-Approvazzjoni, ara l-paragrafu 4, għandha tkun notifikata lill-awtorità li tapprova li tkun approvat dik it-taqsima ta’ produzzjoni. Dik l-awtorità, imbagħad, tista’ jew:

    8.1.1.

    Tikkunsidra li l-modifikazzjonijiet li jkunu saru x’aktarx ma jkollhomx effett sostanzjalment ħażin u li fi kwalunkwe każ il-faciltà tal-produzzjoni ta’ dawn it-tajers għadha tilħaq il-kriterji; jew

    8.1.2.

    Titlob biex isir aktar stħarriġ ta’ l-approvazzjoni.

    8.2.

    Il-konferma jew ir-rifjut ta’ approvazzjoni, li tkun tispeċifika l-modifikazzjonijiet, għandha tkun mgħarrfa lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament skond il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.7.

    9.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    Il-proċeduri ta’ produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, l-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), skond il-kriterji li ġejjin:

    9.1.

    Il-faciltà tal-produzzjoni ta’ tajers b’wiċċ ġdid, approvata skond dan ir-Regolament, għandha tkun konformi mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 6.

    9.2.

    Id-detentur ta’ l-approvazzjoni għandu jiżgura li, matul kull sena ta’ produzzjoni, u b’firxa matul is-sena kollha, mill-inqas in-numru ta’ tajers li ġejjin, li jkunu rappreżentattivi ta’ il-firxa li tkun qed tiġi manifatturata, ikunu verifikati u ttestjati kif preskritt f’dan ir-Regolament:

    9.2.1.

    0,01 % tal-produzzjoni annwali sħiħa, iżda fi kwalunkwe każ mhux inqas minn 5 u mhux aktar minn 20.

    9.3.

    Jekk il-kriterji tal-paragrafu 9.2 jitwettqu minn jew taħt il-kontroll ta’ l-awtorità li tapprova, ir-riżultati jistgħu jintużaw bħala parti minn, jew minflok, dawk preskritti fil-paragrafu 9.4.

    9.4.

    L-awtorità li tkun approvat il-faciltà tal-produzzjoni tat-tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta’ barra tat-tajers tista’, f’kull żmien, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni. Għal kull faċilità tal-produzzjoni, l-awtorità li tapprova t-tip għandha tiġbor kampjuni bl-addoċċ matul kull sena ta’ produzzjoni, u mill-inqas in-numru ta’ tajers li ġejjin, li jkunu rappreżentattivi tal-firxa li tkun qed tiġi manifatturata, għandhom jiġu verifikati u ttestjati kif preskritt f’dan ir-Regolament:

    9.4.1.

    0,01 % tal-produzzjoni annwali sħiħa, iżda f’kull każ mhux inqas minn 5 u mhux aktar minn 20.

    9.5.

    It-testijiet u l-verifiki tal-paragrafu 9.4 jistgħu jieħdu post dawk meħtieġa fil-paragrafu 9.2.

    10.   PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

    10.1.

    L-approvazzjoni mogħtija lil faċilità ta’ produzzjoni ta’ tfellil mill-ġdid tal-wiċċ ta’ barra tat-tajers skond dan ir-Regolament, tista’ titneħħa jekk il-kriterji tal-paragrafu 9 ma jkunux konformi jew jekk din il-faċilità tal-produzzjoni jew it-tajers b’wiċċ ġdid manifatturati minnha jkunu naqsu milli jilħqu l-kriterji preskritti f’dak il-paragrafu.

    10.2.

    Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat diġà, din għandha tavża minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim ta’ l-1958 li jkunu qed japplikaw dan ir-Regolament. Dan għandha tagħmlu permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi għall-mudell muri fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    11.   PRODUZZJONI LI TWAQQFET GĦAL KOLLOX

    L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tal-faċilità tal-produzzzjoni ta’ tajers b’wiċċ ġdid għandha tkun mgħarrfa jekk l-operat u l-manifattura ta’ tajers b’wiċċ ġdid, li jkunu ġew approvati fl-iskop ta’ dan ir-Regolament, jieqfu. Meta l-awtorità tirċievi din l-informazzjoni, din għandha tgħaddiha lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim ta’ l-1958 li jkunu qed japplikaw dan ir-Regolament. Dan għandha tagħmlu permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell muri fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI LI HUMA RESPONSABBLI BIEX IWETTQU TESTIJIET TA’ L-APPROVAZZJONI, TA’ LABORATORJI FEJN ISIRU T-TESTIJIET, U TA’ DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

    12.1.

    Il-Partijiet għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jgħaddu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li huma responsabbli li jwettqu testijiet ta’ l-approvazzjoni u, fejn ikun jgħodd, tal-laboratorji approvati li fihom isiru t-testijiet, kif ukoll ta’ dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni tal-produzzjoni li żgur tkun twaqqfet, liema approvazzjonijiet ikunu ħarġu f’pajjiżi oħra.

    12.2.

    Il-Partijiet għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, jistgħu jużaw laboratorji ta’ manifatturi ta’ tajers jew ta’ faciltàjiet ta’ produzzjoni ta’ tajers b’wiċċ ġdid u jistgħu jagħżlu, bħala laboratorji approvati tat-test, dawk li jinstabu jew fit-territorju ta’ dik il-Parti jew fit-territorju ta’ Parti oħra għall-Ftehim ta’ l-1958. Dan ikun jiddependi minn jekk id-dipartiment amministrattiv kompetenti ta’ dan ta’ l-aħħar ikunx aċċetta b’mod preliminari din il-proċedura.

    12.3.

    Fejn Parti għall-Ftehim ta’ l-1958 tapplika l-paragrafu 12.2, din tista’, jekk tkun tixtieq, tkun rappreżentata waqt it-testijiet.

    ANNESS 1

    KOMUNIKAZZJONI

    (format massimu: A4 (210 x 297 mm))

    Image Test ta 'immaġni

    ANNESS 2

    L-ARRANĠAMENT TAL-MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI

    Image

    Test ta 'immaġni

    Il-marka ta’ l-approvazzjoni t’hawn fuq li tkun twaħħlet fuq tajer b’wiċċ ġdid turi li l-faciltà tal-produzzjoni ta’ tajers b’wiċċ ġdid ikkonċernata ngħatat approvazzjoni mill-Olanda (E4) taħt in-numru ta’ l-approvazzjoni 108R002439; il-kriterji ta’ dan ir-Regolament intlaħqu fil-forma oriġinali tiegħu (00).

    In-numru ta’ l-approvazzjoni għandu jitpoġġa qrib iċ-ċirku jew fuq jew taħt is-simbolu “E” jew inkella fuq il-lemin jew ix-xellug ta’ dik l-ittra. Il-figuri tan-numru ta’ l-approvazzjoni għandu jkun fuq l-istess naħa ta’ l-ittra “E” u jħares fl-istess direzzjoni. L-użu ta’ numri Rumani bħala numri ta’ approvazzjoni għandhom ikunu evitati biex ikun evitat kull taħwid ma’ simboli oħrajn.

    ANNESS 3

    L-ARRANĠAMENT TAL-MARKI TA' TAJER BIL-WIĊĊ TA' BARRA ĠDID

    Eżempju ta' marki li għandu jkun hemm fuq tajers b'wiċċ ġdid li jitpoġġew fuq is-suq wara d-dħul fis-seħħ ta'dan ir-Regolament

    Image

    Test ta 'immaġni Dawn il-marki jiddefinixxu tajer bil-wiċċ ta' barra mfellel li għandu:

    wisa' nominali tas-sezzjoni ta' 185;

    ratio ta' l-aspett nominali ta' 70;

    struttura ta' ħxuna radjali (R);

    dijametru nominali tar-rimm tal-kodiċi 14;

    għandu deskrizzjoni tas-servizz “89T”, li turi li dan għandu kapaċità tat-tagħbija ta' 580 kilo li tikkorrispondi għall-indiċi tat-tagħbija “89”, u kapaċità ta' veloċità massima ta' 190 km/s li tikkorrispondi għas-simbolu tal-veloċità “T”;

    jitwaħħal mingħajr it-tubu ta' ġewwa (“TUBELESS”);

    huwa tajer tas-silġ (M+S);

    il-wiċċ ta' barra ġie mfellel mill-ġdid fil-ġimgħat 25, 26, 27 jew 28 tas-sena 2003.

    Il-pożizzjoni u l-ordni tal-marki li jsawru l-għażla tat-tajer għandhom ikunu kif ġej:

    (a)

    L-għażla tal-qies, li tinkludi l-wisa' nominali tas-sezzjoni, il-proporzjon ta' l-aspett nominali, is-simbolu tat-tip ta' l-istruttura (fejn ikun jgħodd) u d-dijametru nominali tar-rimm, għandhom ikunu fi grupp kif muri fl-eżempju ta' fuq, jiġifieri: 185/70 R 14;

    (b)

    Id-deskrizzjoni tas-servizz, li tinkludi l-indiċi tat-tagħbija u s-simbolu tal-veloċità, għandhom jitpoġġew flimkien ħdejn l-għażla tal-qies. Din tista' tiġi qabel l-għażla tal-qies jew wara din, jew inkella titpoġġa fuqha jew taħtha;

    (ċ) Is-simboli “TUBELESS”, “REINFORCED” u “M+S” jistgħu jkunu xi ftit 'il bogħod mis-simbolu ta' l-għażla tal-qies.

    (d)

    Il-kelma “RETREAD” tista' tkun ftit 'il bogħod mis-simbolu ta' l-għażla tal-qies.

    ANNESS 4

    LISTA TA' L-INDIĊIJIET TA' TAGĦBIJA U L-KAPAĊITAJIET TAT-TAGĦBIJA KORRISPONDENTI

    indiċijiet ta' tagħbija (li) u l-kapaċitajiet tat-tagħbija - kg

    LI

    kg

    LI

    kg

    LI

    kg

    LI

    kg

    LI

    kg

    LI

    kg

    LI

    kg

    0

    45

    40

    140

    80

    450

    120

    1 400

    160

    4 500

    200

    14 000

    240

    45 000

    1

    46,2

    41

    145

    81

    462

    121

    1 450

    161

    4 625

    201

    14 500

    241

    46 250

    2

    47,5

    42

    150

    82

    475

    122

    1 500

    162

    4 750

    202

    15 000

    242

    47 500

    3

    48,7

    43

    155

    83

    487

    123

    1 550

    163

    4 875

    203

    15 500

    243

    48 750

    4

    50

    44

    160

    84

    500

    124

    1 600

    164

    5 000

    204

    16 000

    244

    50 000

    5

    51,5

    45

    165

    85

    515

    125

    1 650

    165

    5 150

    205

    16 500

    245

    51 500

    6

    53

    46

    170

    86

    530

    126

    1 700

    166

    5 300

    206

    17 000

    246

    53 000

    7

    54,5

    47

    175

    87

    545

    127

    1 750

    167

    5 450

    207

    17 500

    247

    54 500

    8

    56

    48

    180

    88

    560

    128

    1 800

    168

    5 600

    208

    18 000

    248

    56 000

    9

    58

    49

    185

    89

    580

    129

    1 850

    169

    5 800

    209

    18 500

    249

    58 000

    10

    60

    50

    190

    90

    600

    130

    1 900

    170

    6 000

    210

    19 000

    250

    60 000

    11

    61,5

    51

    195

    91

    615

    131

    1 950

    171

    6 150

    211

    19 500

    251

    61 500

    12

    63

    52

    200

    92

    630

    132

    2 000

    172

    6 300

    212

    20 000

    252

    63 000

    13

    65

    53

    206

    93

    650

    133

    2 060

    173

    6 500

    213

    20 600

    253

    65 000

    14

    67

    54

    212

    94

    670

    134

    2 120

    174

    6 700

    214

    21 200

    254

    67 000

    15

    69

    55

    218

    95

    690

    135

    2 180

    175

    6 900

    215

    21 800

    255

    69 000

    16

    71

    56

    224

    96

    710

    136

    2 240

    176

    7 100

    216

    22 400

    256

    71 000

    17

    73

    57

    230

    97

    730

    137

    2 300

    177

    7 300

    217

    23 000

    257

    73 000

    18

    75

    58

    236

    98

    750

    138

    2 360

    178

    7 500

    218

    23 600

    258

    75 000

    19

    77,5

    59

    243

    99

    775

    139

    2 430

    179

    7 750

    219

    24 300

    259

    77 500

    20

    80

    60

    250

    100

    800

    140

    2 500

    180

    8 000

    220

    25 000

    260

    80 000

    21

    82,5

    61

    257

    101

    825

    141

    2 575

    181

    8 250

    221

    25 750

    261

    82 500

    22

    85

    62

    265

    102

    850

    142

    2 650

    182

    8 500

    222

    26 500

    262

    85 000

    23

    87,5

    63

    272

    103

    875

    143

    2 725

    183

    8 750

    223

    27 250

    263

    87 500

    24

    90

    64

    280

    104

    900

    144

    2 800

    184

    9 000

    224

    28 000

    264

    90 000

    25

    92,5

    65

    290

    105

    925

    145

    2 900

    185

    9 250

    225

    29 000

    265

    92 500

    26

    95

    66

    300

    106

    950

    146

    3 000

    186

    9 500

    226

    30 000

    266

    95 000

    27

    97,5

    67

    307

    107

    975

    147

    3 075

    187

    9 750

    227

    30 750

    267

    97 500

    28

    100

    68

    315

    108

    1 000

    148

    3 150

    188

    10 000

    228

    31 500

    268

    100 000

    29

    103

    69

    325

    109

    1 030

    149

    3 250

    189

    10 300

    229

    32 500

    269

    103 000

    30

    106

    70

    335

    110

    1 060

    150

    3 350

    190

    10 600

    230

    33 500

    270

    106 000

    31

    109

    71

    345

    111

    1 090

    151

    3 450

    191

    10 900

    231

    34 500

    271

    109 000

    32

    112

    72

    355

    112

    1 120

    152

    3 550

    192

    11 200

    232

    35 500

    272

    112 000

    33

    115

    73

    365

    113

    1 150

    153

    3 650

    193

    11 500

    233

    36 500

    273

    115 000

    34

    118

    74

    375

    114

    1 180

    154

    3 750

    194

    11 800

    234

    37 500

    274

    118 000

    35

    121

    75

    387

    115

    1 215

    155

    3 875

    195

    12 150

    235

    38 750

    275

    121 500

    36

    125

    76

    400

    116

    1 250

    156

    4 000

    196

    12 500

    236

    40 000

    276

    125 000

    37

    128

    77

    412

    117

    1 285

    157

    4 125

    197

    12 850

    237

    41 250

    277

    128 500

    38

    132

    78

    425

    118

    1 320

    158

    4 250

    198

    13 200

    238

    42 500

    278

    132 000

    39

    136

    79

    437

    119

    1 360

    159

    4 375

    199

    13 600

    239

    43 750

    279

    136 000

    ANNESS 5

    L-GĦAŻLA TAL-QIES U L-QISIEN TAT-TAJER

    (skond ir-regolament ECE Nru. 30)

    għal din l-informazzjoni, irreferi għall-anness 5 tar-regolament ECE Nru. 30

    ANNESS 6

    IL-METODU LI BIH JITKEJLU T-TAJERS PNEWMATIĊI

    1.

    Il-preparazzjoni tat-tajer

    1.1.

    It-tajer għandu jitwaħħal fuq ir-rimm tat-test speċifikat minn min ifellel il-wiċċ tat-tajers mill-ġdid u jintnefaħ għall-pressjoni minn 3 sa 3,5 bar.

    1.2.

    Il-pressjoni tat-tajer għandha tkun aġġustata kif ġej:

    1.2.1.

    għal tajers standard li jkunu bias belted – sa 1,7 bar;

    1.2.2

    għal tajers bi ħxuna djagonali (ħxuna mxaqilba) – sa:

     

    Pressjoni (bar) għas-simbolu tal-veloċità

    Rata tal-ħxuna

    L, M, N

    P, Q, R, S

    T, U, H, V

    4

    1,7

    2,0

    6

    2,1

    2,4

    2,6

    8

    2,5

    2,8

    3,0

    1.2.3.

    għal tajers radjali standard – sa 1,8 bar;

    1.2.4.

    għal tajers rinfurzati – sa 2,3 bar.

    2.

    Il-Proċedura tat-Test

    2.1.

    It-tajer, armat fuq ir-rimm tiegħu, għandu jkun trattat fit-temperatura ta’ l-ambjent tal-kamra għal mhux inqas minn 24 siegħa, ħlief fejn ikun meħtieġ mod ieħor bil-paragrafu 6.8.3 ta’ dan ir-Regolament.

    2.2.

    Il-pressjoni tat-tajer għandha tkun aġġustata mill-ġdid sal-livell speċifikat fil-paragrafu 1.2 ta’ dan l-Anness.

    2.3.

    Il-wisa’ ġenerali għandha titkejjel f’sitt punti spazjati l-istess bejniethom madwar it-tajer, waqt li titqies il-ħxuna ta’ kwalunkwe strixxi protettivi. L-ogħla qari li jinkiseb għandu jitqies bħala l-wisa’ ġenerali.

    2.4.

    Id-dijametru ta’ barra għandu jkun kalkulat minn kejl ta’ l-ogħla ċirkonferenza tat-tajer minfuħ.

    ANNESS 7

    IL-PROĊEDURA GĦAT-TESTIJIET TAL-KAPAĊITÀ TAT-TAGĦBIJA/VELOĊITÀ

    (Fil-prinċipju skond l-anness 7 tar-regolament Nru. 30)

    1.

    It-tħejjija tat-tajer

    1.1.

    Arma t-tajer b’wiċċ ġdid fuq ir-rimm tat-test speċifikat minn min ifellel il-wiċċ ta’ barra mill-ġdid tat-tajers.

    1.2.

    Onfoħ it-tajer għall-pressjoni xierqa kif muri (f’bars) fit-tabella t’hawn taħt:

    Kategorija tal-veloċità

    Tajers djagonali (ħxuna mxaqilba)

    Tajers radjali

    Tajers Bias-belted

    Rata tal-ħxuna

    Standard

    Rinfurzati

    Standard

    4

    6

    8

    L, M, N

    2,3

    2,7

    3,0

    2,4

    P, Q, R, S

    2,6

    3,0

    3,3

    2,6

    3,0

    2,6

    T, U, H

    2,8

    3,2

    3,5

    2,8

    3,2

    2,8

    V

    3,0

    3,4

    3,7

    3,0

    3,4

    W u Y

     

     

     

    3,2

    3,6

     

    1.3.

    L-unità tal-produzzjoni tat-tajers b’wiċċ ġdid tista’ titlob, u tagħti r-raġunijiet, biex tintuża pressjoni ta’ l-infiħ fit-test illi tkun differenti minn dawk mogħtija fil-paragrafu 1.2 ta’ dan l-anness. F’każ bħal dan, it-tajer għandu jitnefaħ sal-pressjoni mitluba.

    1.4.

    Ittratta t-tajer u l-assemblaġġ tar-rota fit-temperatura ta’ l-ambjent għal mhux inqas minn 3 sigħat.

    1.5.

    Aġġusta mill-ġdid il-pressjoni tat-tajer għal dik speċifikata fil-paragrafu 1.2 jew 1.3 ta’ dan l-Anness.

    2.

    Il-Proċedura tat-Test

    2.1.

    Arma t-tajer u l-assemblaġġ tar-rota fuq il-fus tat-test u ppressah kontra l-wiċċ lixx ta’ barra ta’ ċilindru ta’ test li jaħdem bil-qawwa, b’dijametru ta’ 1,70 m ± 1 % jew 2,00 m ± 1 %.

    2.2.

    Applika għall-fus tat-test tagħbija ugwali għal 80 % ta’:

    2.2.1.

    ir-rata massima tat-tagħbija li tikkorrispondi għall-Indiċi tat-Tagħbija għal tajers bis-Simboli tal-Veloċità L sa H, it-tnejn inklużi,

    2.2.2.

    ir-rata massima tat-tagħbija assoċjata mal-veloċità massima (ara l-paragrafu 2.35.2 ta’ dan ir-Regolament) ta’:

    240 km/s fil-każ ta’ tajers bis-Simbolu tal-Veloċità “V”,

    270 km/s fil-każ ta’ tajers bis-Simbolu tal-Veloċità “W”,

    300 km/s fil-każ ta’ tajers bis-Simbolu tal-Veloċità “Y”.

    2.3.

    Matul it-test il-pressjoni m’għandix tkun ikkoreġuta, waqt li t-tagħbija tat-test għandha tinżammm kostanti.

    2.4.

    Matul it-test it-temperatura tal-kamra fejn isir it-test għandha tinżamm bejn 20 oC u 30 oC, sakemm il-manifattur tat-tajer jew min infellel mill-ġdid il-wiċċ ta’ barra tat-tajers ma jaqbilx li juża temperatura ogħla.

    2.5.

    Il-programm tat-test tal-kapaċità għandu jsir mingħajr interruzzjoni u għandu jsir kif ġej:.

    2.5.1

    il-ħin meħud minn veloċità zero sa dik tal-bidu: 10 minuti;

    2.5.2.

    il-veloċità tal-bidu tat-test: l-ogħla veloċità preskritta għat-tajer ikkonċernat, inqas minn 40 km/s fil-każ ta’ ċilindru tat-test b’dijametru ta’ 1,70 m ± 1 %, jew inqas minn 30 km/s fil-każ ta’ ċilindru tat-test b’dijametru ta’ 2,00 m ± 1 %;

    2.5.3.

    żieda suċċessiva fil-veloċità: 10 km/s sa l-ogħla veloċità;

    2.5.4.

    il-perijodu tat-test f’kull stadju tal-veloċità ħlief ta’ l-aħħar: 10 minuti;

    2.5.5.

    il-perijodu tat-test fl-aħħar parti: 20 minuta;

    2.5.6.

    it-test ta’ l-ogħla veloċità: l-ogħla veloċità preskritta għat-tajer ikkonċernat, inqas minn 10 km/s fil-każ ta’ ċilindru tat-test b’dijametru ta’ 1,70 m ± 1 %, jew l-ogħla veloċità preskritta fil-każ ta’ ċilindru tat-test b’dijametru ta’ 2,00 m ± 1 %.

    3.

    Metodi ekwivalenti tat-test

    Jekk jintuża metodu ta’ test għajr dak deskritt fil-paragrafi 2 jew 3 ta’ dan l-Anness, għandha tintwera l-ekwivalenza tiegħu.

    ANNESS 8

    FIGURA TA’ SPJEGAZZJONI

    Ara l-paragrafu 2 ta’ dan ir-Regolament''

    Image

    Test ta 'immaġni

    (1)  L-istandards tat-tajer jistgħu jinkisbu mill-indirizzi li ġejjin:

    (1)  ETRTO, 32 Av. Brugmann – Bte 2, B-1060 Brussell, Il-Belġju

    (2)  TRA, 175 Montrose West Avenue, Suite 150, Copley, Ohio, 44321 L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

    (3)  JATMA, 9th Floor, Toranomon Building No. 1-12, 1-Chome Toranomon Minato‐ku, Tokyo 105, Il-Ġappun

    (4)  TRAA, Suite 1, Hawthorn House, 795 Glenferrie Road, Hawthorn, Victoria, 3122 L-Awstralja

    (5)  ABPA, Avenida Paulista 244-12o Andar, CEP, 01310 Sao Paulo, SP Il-Brażil

    (6)  STRO, Älggatan 48 A, Nb, S-216 15 Malmö, L-Isvezja

    (7)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bosnia u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakanti), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakanti), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għall-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (l-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha waqt li jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom) u 43 għall-Ġappun. Numri sussegwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra f“ordni kronoloġiku skond kif dawn ikunu rratifikaw jew daħlu jiffurmaw parti mill-Ftehim Dwar l-Adozzjoni tal-Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għar-Roti, Tagħmir u Partijiet ta” Vetturi li jkunu jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonjijiet għall-Għarfien Reċiproku ta’ l-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet. In-numri li jkunu assenjati għandhom ikunu komunikati mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għal dan il-Ftehim.


    Top