EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0395

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 1 ta' Ġunju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta' ċerti gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' l-embrijuni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2097) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 152, 7.6.2006, p. 34–35 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 841–842 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0155

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/395/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

841


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-1 ta' Ġunju 2006

li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta' ċerti gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' l-embrijuni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2097)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/395/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta' Lulju 1992 li tistabilixxi lista ta' gruppi approvati għall-ġbir ta' embrijuni f'pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta' embrijuni ta' bovini lejn il-Komunità (2) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw embrijuni minn pajjiżi terzi biss jekk dawn ikunu nġabru, ġew ipproċessati u nħażnu mill-gruppi għall-ġbir ta' l-embrijuni elenkati f'dik id-Deċiżjoni.

(2)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika talbu li jsiru emendi għar-reġistrazzjonijiet tal-listi għal dak il-pajjiż fir-rigward ta' ċerti gruppi għall-ġbir u l-produzzjoni ta' embrijuni.

(3)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika pprovdew garanziji fir-rigward tal-konformità mar-regoli xierqa stabbiliti fid-Direttiva 89/556/KEE u l-grupp tal-ġbir ta' l-embrijuni involut ġie approvat uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta' dak il-pajjiż.

(4)

Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata kif jixraq.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar l-1 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/270/KE (ĠU L 99, 7.4.2006, p. 27).


ANNESS

L-Anness mad-Deċiżjoni 92/452/KEE hu emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin għall-Istati Uniti ta' l-Amerika:

“US

 

06UT122

E870

 

Canyon Breeze Genetics

327 W 800 N

Minersville, UT 84752

Dr John M Conrad

US

 

06OH121

E1612

 

Nathan Steiner

10369 Fulton Road

Marshalville, OH 44645

Dr Nathan Steiner

US

 

06MT122

E608

 

Trans Ova Genetics

9033 Walker Rd

Belgrade, MT 59714

Dr Jon Schmidt

US

 

03FL101

E948

 

Sacramento Farms

104 Crandon Blvd, Suite 420

Key Biscayne, FL 33149

Dr Richard Castleberry”

(b)

r-ringiela għall-grupp tal-ġbir ta' l-embrijuni ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika Nru 91KS028 hija sostitwita b'dan li ġej:

“US

 

91KS028

E726

 

Sun Valley Embryo Transfer, PA

3104 West Pleasant Hill Rd

Salina, KS 67401

Dr Glenn Engelland”

(ċ)

ir-ringiela li ġejja għall-grupp tal-ġbir ta' l-embrijuni ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika Nru 94OH071 hija sostitwita b'dan li ġej:

“US

 

94OH071

E563

 

Moulton Embryos

14318 Moulton-Ft. Amanda Rd

Wapakoneta, OH

Dr Virgil J Brown”


Top