This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R1624
Commission Regulation (EC) No 1624/2005 of 4 October 2005 derogating from Council Regulation (EC) No 866/2004 as regards citrus fruit crossing the line in Cyprus
1624/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1624/2005 ta' l- 4 ta' Ottubru 2005 li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 dwar il-frott taċ-ċitru li jaqsam il-linja ta’ demarkazzjoni f'Ċipru
1624/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1624/2005 ta' l- 4 ta' Ottubru 2005 li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 dwar il-frott taċ-ċitru li jaqsam il-linja ta’ demarkazzjoni f'Ċipru
ĠU L 259, 5.10.2005, p. 17–18
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 236–237
(MT)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 32004R0866 | deroga parzjali | artikolu 4.2 | 08/10/2005 |
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
236 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1624/2005
ta' l-4 ta' Ottubru 2005
li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 dwar il-frott taċ-ċitru li jaqsam il-linja ta’ demarkazzjoni f'Ċipru
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat t-rattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar reġim skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 10 mal-Att tal-Adeżjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 866/2004 jipprovdi li l-oġġetti kompletament miġjuba miż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru li mhumiex taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru jew li sarilhom l-aħħar proċessar sostanzjali u ekononomikament ġustifikat, jew li jaħdmu f'impriża mgħammra għal dak l-iskop fl-oqsma li mhumiex suġġetti għad-dazji jew imposti doganali li jkollhom effett ekwivalenti meta jiġu introdotti fiż-żoni taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru, sakemm ikunu ta' tip eliġibbli għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni jew miżuri ta' intervent. |
(2) |
L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 866/2004 ġie emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 293/2005 (2) biex jestendi l-aċċess għar-reġim bla dazju msemmi hawn fuq, każ b'każ, għal ċertu prodotti tat-tip eliġibbli għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew miżuri ta' intervent, sakemm il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għal dak l-aċċess jiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Komunità jistgħu jkunu mħarsa b'mod effettiv. |
(3) |
Il-faċilitazzjoni tal-moviment tal-frott taċ-ċitru tikkontribwixxi għall-proċess tal-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni li ma jaqgħux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru, minħabba l-interess fost l-operaturi ekonomiċi f'Ċipru fis-suq taċ-ċitru prodott f'dawk iż-żoni fis-suq Komunitarju. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li introduċa skema ta' għajnuna Komunitarja għall-produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2111/2003 tal-1 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 li jintroduċi skema ta' għajnuna Komunitarja għal produtturi ta' ċerti frott taċ-ċitru (5) jipprovdu għal verifiki biex jiżguraw il-konformità mar-regoli Komunitarji fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex. B’segwitu għar-Regolamenti, il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru għandu jiżgura permezz ta' sorveljanza tajba li l-prodotti koperti b'dan ir-Regolament ma jkunux suġġett għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew miżuri ta' intervent. |
(5) |
Peress li l-livell ta' rifużjonijiet imħallsin għall-esportazzjoni taċ-ċitru mill-Komunità huma baxxi, ir-riskju ta' frodi bil-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huwa limitat. Madankollu, il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru għandu jiżgura li tinżamm il-konformità mar-regola tal-oriġini tal-Komunità kif stipulata fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 35(9) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta' April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni ta’ sistema tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (6). |
(6) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1480/2004 tal-10 ta' Awwissu 2004 li jistipola regoli speċifiċi dwar oġġetti li jaslu miż-żoni mhux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern ta’ Ċipru lejn iż-żoni fejn il-Gvern jeżerċita kontroll effettiv (7), il-kamra tal-kummerċ Ċiprijotta Torka u l-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-tagħrif li jippermetti lill-Kummissjoni tissorvelja l-andament tan-negozju minn naħa għall-oħra tal-“linja l-ħadra”. |
(7) |
Minħabba f'hekk, ma jidhirx neċessarju li jiġu stabbiliti aktar kondizzjonijiet għall-aċċess mingħajr dazju għall-frott taċ-ċitru miksub fiż-żoni li ma jaqgħux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern ta' Ċipru. |
(8) |
Il-miżuri pprovduti għal dan fir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-Frott u l-Ħaxix Frisk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 866/2004, iċ-ċitru li jaqsam il-linja fit-tifsira ta' dak ir-Regolament li jaqa' fil-kodiċi NM 0805 ma jkunx suġġett għad-dazju jew l-imposti li jkollhom l-istess effett.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta' Ottubru 2005.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 161, 30.4.2004, p. 128. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1283/2005 (ĠU L 203, 4.8.2005, p. 8).
(3) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).
(4) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni 2003.
(5) ĠU L 317, 2.12.2003, p. 5.
(6) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 5).
(7) ĠU L 272, 20.8.2004, p. 3.