This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R1553
Regulation (EC) No 1553/2005 of the European Parliament and of the Council of 7 September 2005 amending Regulation (EC) No 1177/2003 concerning Community statistics on income and living conditions (EU-SILC) (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1553/2005 tas-7 ta' Settembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 li jikkonċerna l-istatistiċi tal-Komunità dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għixien (EU-SILC) Test b’rilevanza għaż-ŻEE
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1553/2005 tas-7 ta' Settembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 li jikkonċerna l-istatistiċi tal-Komunità dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għixien (EU-SILC) Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 255, 30.9.2005, p. 6–8
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32019R1700
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003R1177 | Sostituzzjoni | anness 2 | 20/10/2005 | |
Modifies | 32003R1177 | Sostituzzjoni | artikolu 4.2 | 20/10/2005 | |
Modifies | 32003R1177 | Żieda | artikolu 13.4 | 20/10/2005 | |
Modifies | 32003R1177 | Żieda | artikolu 13.5 | 20/10/2005 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32019R1700 | 01/01/2021 |
30.9.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
6 |
IR-REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (KE) Nru 1553/2005
tas-7 ta' Settembru 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 li jikkonċerna l-istatistiċi tal-Komunità dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għixien (EU-SILC)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 li jikkonċerna l-istatistiċi tal-Komunità dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għixien (EU-SILC) (2) jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' statistika Komunitarja fuq l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għixien, li jinkludu data trasversali u lonġitudinali komparabbli u attwali dwar l-introjtu u dwar il-livell u l-kompożizzjoni ta' faqar u esklużjoni soċjali fuq livelli nazzjonali u Ewropej. |
(2) |
Bħala riżultat ta' l-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004, hemm il-ħtieġa li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003 jiġi estiż, minħabba li dak l-Anness jistipula għal kull Stat Membru d-daqsijiet minimi u effettivi ta' kampjuni meħtieġa taħt l-iskema EU-SILC. |
(3) |
Barra minn hekk, jidher li l-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri l-ġodda, u ħafna mill-Istati Membri eżistenti, jeħtieġu aktar żmien sabiex jaddattaw is-sistemi tagħhom għall-metodi u definizzjonijiet armonizzati użati għall-kumpilazzjoni ta' l-istatistiċi tal-Komunità. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu (2) għandu jinbidel b'dan li ġej: “2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Gran Brittanja jistgħu jibdew jiġbru kull sena data trasversali u lonġitudinali fl-2005. L-awtorizzazzjoni hija soġġetta għall-kondizzjoni li dawk l-Istati Membri se jfornu data komparabbli għas-sena 2004 għall-indikaturi komuni trasversali ta' l-Unjoni Ewropea li kienu adottati mill-Kunsill qabel l-1 ta' Jannar 2003 fil-kuntest tal-metodu miftuħ ta' kordinazzjoni u li jistgħu jitnisslu abbażi ta' l-istrument EU-SILC.” |
(2) |
Fl-Artikolu 13, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “4. Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-Estonja għandha tirċievi kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-ispiża tax-xogħol involut għall-erba' snin tal-ġabra ta' data mill-2005. 5. L-iffinanzjar għas-sena 2007 għad irid jiġi żgurat permezz ta' programm futur tal-Komunità.” |
(3) |
L-Anness II għandu jinbidel bit-test muri fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
L-Artikolu 2
Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, nhar is-7 ta' Settembru 2005
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
C. CLARKE
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2005 (għada mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2005.
(2) ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 1.
L-ANNESS
“L-ANNESS II
ID-DAQS MINIMU EFFETTIV TAL-KAMPJUN
|
Nuklei ta' familji |
Persuni 'l fuq minn 16-il sena li għandhom jiġu intervistati |
||
Trasversali |
Lonġitudinali |
Trasversali |
Lonġitudinali |
|
1 |
2 |
3 |
4 |
|
Stati Membri ta' l-UE |
||||
Il-Belġju |
4 750 |
3 500 |
8 750 |
6 500 |
Ir-Repubblika Ċeka |
4 750 |
3 500 |
10 000 |
7 500 |
Id-Danimarka |
4 250 |
3 250 |
7 250 |
5 500 |
Il-Ġermanja |
8 250 |
6 000 |
14 500 |
10 500 |
L-Estonja |
3 500 |
2 750 |
7 750 |
5 750 |
Il-Greċja |
4 750 |
3 500 |
10 000 |
7 250 |
Spanja |
6 500 |
5 000 |
16 000 |
12 250 |
Franza |
7 250 |
5 500 |
13 500 |
10 250 |
L-Irlanda |
3 750 |
2 750 |
8 000 |
6 000 |
L-Italja |
7 250 |
5 500 |
15 500 |
11 750 |
Ċipru |
3 250 |
2 500 |
7 500 |
5 500 |
Il-Latvja |
3 750 |
2 750 |
7 650 |
5 600 |
Il-Lituwanja |
4 000 |
3 000 |
9 000 |
6 750 |
Il-Lussemburgu |
3 250 |
2 500 |
6 500 |
5 000 |
L-Ungerija |
4 750 |
3 500 |
10 250 |
7 750 |
Malta |
3 000 |
2 250 |
7 000 |
5 250 |
L-Olanda |
5 000 |
3 750 |
8 750 |
6 500 |
L-Awstrija |
4 500 |
3 250 |
8 750 |
6 250 |
Il-Polonja |
6 000 |
4 500 |
15 000 |
11 250 |
Il-Portugall |
4 500 |
3 250 |
10 500 |
7 500 |
Is-Slovenja |
3 750 |
2 750 |
9 000 |
6 750 |
Is-Slovakkja |
4 250 |
3 250 |
11 000 |
8 250 |
Il-Finlandja |
4 000 |
3 000 |
6 750 |
5 000 |
L-Iżvezja |
4 500 |
3 500 |
7 500 |
5 750 |
Ir-Renju Unit |
7 500 |
5 750 |
13 750 |
10 500 |
Total ta' l-Istati Membri |
121 000 |
90 750 |
250 150 |
186 850 |
L-Iżlanda |
2 250 |
1 700 |
3 750 |
2 800 |
In-Norveġja |
3 750 |
2 750 |
6 250 |
4 650 |
Total inkluż l-Iżlanda u n-Norveġja |
127 000 |
95 200 |
260 150 |
194 300 |
NB: Ir-referenza hija għad-daqs tal-kampjun effettiv li huwa d-daqs meħtieġ jekk l-istħarriġ kien ibbażat fuq kampjuni sempliċi mingħajr ordni (l-effett tad-disinn fir-rigward tar-rata tar-riskju tal-faqar = 1,0). Id-daqs attwali tal-kampjuni għandu jkun ikbar sakemm l-effett tad-disinn ikun iktar minn 1,0 u biex jagħmel tajjeb għat-tipi kollha ta’ nuqqas ta’ risposta. Barra minnhekk id-daqs tal-kampjun jirreferi għan-numru ta’ familji validi li huma l-familji li għalihom, u għall-membri kollha tagħhom, inġabret l-informazzjoni meħtieġa kollha jew kważi kollha.” |