EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0943

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 943/2005 tal- 21 ta' Ġunju 2005 dwar l-awtorizzazzjoni pemananeti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti ta’ l-għalf Test b’relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 159, 22.6.2005, p. 6–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 397–402 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2023; Imħassar b' 32023R1173

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/943/oj

6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

397


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 943/2005

tal-21 ta' Ġunju 2005

dwar l-awtorizzazzjoni pemananeti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti ta’ l-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsirat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru ta’ l-1970 fir-rigward ta’ l-addittivi ta’ l-għalf (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru ta’ l-2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolamnet (KE) Nru 1831/2003 jistipola miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf li jkunu ġew sottomessi skond id-Direttiva 70/524 qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet ghall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-Annessi ma’ dan ir-Regolament ġew sottomessi qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Il-kummenti inizjali dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif ipprovdut għalihom fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu quddiem il-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom għalhekk jibqgħu jitqiesu b’konformità ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu ta’ l-Enterococcus faecium (NCIMB 10415) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għat-tiġieġ u l-ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/1999 (3). Data ġdida ġiet sottomessa għb’appoġġ ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dik il-preparazzjoni ta’ mikro-organiżmi. L-assessjar juri li l-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew milħuqa. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ mikro-organiżmi, kif speċifikat fl-Anness I, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(6)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotti mill-Penicillium funiculosum (IMI SD 101) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għat-tiġieġ li jbidu u għad-dundjani għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001 (4). Data ġdida ġiet sottomessa b’appoġġ ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dik il-preparazzjoni ta’ enżimi. L-assessjar juri li l-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew milħuqa. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(7)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,3(4)-beta-xylanase prodotta mill-Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10 W) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, fid-dundjani għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001. Data ġdida ġiet sottomessa b’appoġġ ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr skadenza ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi. L-assessjar juri li l-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew milħuqa. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(8)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ l-enżimi ta’ endo-1,4-beta-xylanase li hija prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u tas-subtilisin li huwa prodott mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107) ġie awtorizzat proviżorjament għall-ewwel darba fuq tiġieġ għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/1999 (5). Data ġdida ġiet sottomessa b’appoġġ ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dik il-preparazzjoni ta’ enżimi. L-assessjar juri li l-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew milħuqa. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(9)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106) u endo-1,4-beta-xylanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135) kienu awtorizzati proviżorjament, għall-ewwel darba, fit-tiġieġ għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/1999. Data ġdida ġiet sottomessa b’appoġġ għal applikazzjoni ta’ għall-awtorizzazzjoni mingħajr skadenza ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi. L-assessjar juri li l-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew milħuqa. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(10)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ 3-phytase prodott mit-Trichoderma reesei (CBS 528.94) kien awtorizzat proviżorjament għall-ewwel darba fi ħnieżer żgħar (li nqatgħu minn ħalib ommhom) u fi ħnieżer għat-tismin, mir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2374/98 (6). Data ġdida ġiet sottomessa b’appoġġ ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dik il-preparazzjoni ta’ enżimi. L-assessjar juri li l-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew milħuqa. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(11)

L-assessjar ta’ dawk l-applikazzjonijiet juri li ċerti proċeduri għandhom ikunu meħtieġa sabiex jipproteġu l-ħaddiema mill-espożizzjoni għall-addittivi li huma stipolati fl-Annessi. Tali protezzjoni għandha tiġi assigurata bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 li tikkonċerna l-introduzzjoni ta’ miżuri għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (7).

(12)

Il-miżuri stipolati f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-“Mikro-organiżmi”, kif speċifikat fl-Anness I, hija awtorizzata għall-użu mingħajr skadenza ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali skond kondizzjonijiet stipolati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness II, huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittivi fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kondizzjonijiet stipolati f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta' Ġunju 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)  ĠU L 268, 28.10.2003, p. 29. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(3)  ĠU L 108, 27.4.1999, p. 21.

(4)  ĠU L 62, 2.3.2001, p. 3.

(5)  ĠU L 194, 27.3.1999, p. 17.

(6)  ĠU L 295, 4.11.1998, p. 3.

(7)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS I

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Skadenza tal-perijodu ta’ l-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ oġġett ta’ l-għalf sħiħ

Mikro-organiżmi

E 1705

Enterococcus faecium

NCIMB 10415

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fiha ammont minimu ta’:

 

Forma Mikroenkapsulata: 1,0 × 1010 CFU/g addittiv

 

Forma granulari: 3,5 × 1010 CFU/g addittiv

Tiġieġ għat-tismin

0,3 × 109

2,8 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura tal-ħażna, l-iskadenza ta’ żmien tal-ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu tal-formazzjoni ta’ pritkuni.

Jista’ jintuża f’għalf kompost li jikkuntieni l-coccidostats permessi: diclazuril, halofuginone, maduramicin ammonium, monensin sodium, robenidine, salinomycin sodium

Mingħajr limitu ta’ żmien

Ħnieżer għat-tismin

0,35 × 109

1,0 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura tal-ħażna, l-iskadenza ta’ żmien tal-ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu tal-formazzjoni ta’ pritkuni.

Mingħajr limitu ta’ żmien


ANNESS II

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Skadenza tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ oġġetti ta’ l-għalf sħaħ

Enżimi

E 1604

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.6

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotti mill- Penicillium funiculosum (IMI SD 101) b’attivita minima ta’:

 

Forma ta’ trab:

 

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 2 000  U (1)/g

 

endo-1,4-beta-xylanase: 1 400  U (2)/g

 

Forma likwida:

 

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 500 U/ml

 

endo-1,4-beta-xylanase: 350 U/ml

Tiġieġ għall-bajd

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura tal-ħażna, l-iskadenza ta’ żmien tal-ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu tal-formazzjoni ta’ pritkuni.

2.

Doża rrakkomandata għal kull kilogramm ta’ oġġett ta’ l-għalf sħiħ:

 

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U

 

endo-1,4-beta-xylanase: 70 U

3.

Għall-użu f’għalf kompost b’ammont kbir ta’ polysaccharides li mhumiex assoċjati mal-lamtu (l-iktar beta-glucans u arabinoxylans), p.eż. fejn ikun hemm iktar minn 60 % ta’ xgħir u 30 % ta’ qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

endo-1,4-beta-xylanase: 70 U

Dundjani għat-tismin

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivu ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura tal-ħażna, l-iskadenza ta’ żmien tal-ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu ta’ formazzjoni ta’ pritkuni ta’ addittiv.

2.

Doża rrakkomandata għal kull kilogramm ta’ oġġett ta’ l-għalf sħiħ:

 

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U

 

endo-1,4-beta-xylanase: 70 U

3.

Għal użu f’għalf kompost fejn ikun hemm ammont kbir ta’ polysaccharides li mhumiex assoċjati mal-lamtu (l-iktar beta-glucans u arabinoxylans), p.eż. fejn ikun hemm iktar minn 30 % ta’ xgħir jew 20 % ta’ qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

endo-1,4-beta-xylanase: 70 U

E 1613

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta’endo-1,4-beta-xylanase li jinġieb mit-Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10 W) li għandu attività minima ta’:

 

Forma ta’ trab: 70 000  IFP (3)/g

 

Forma likwida: 7 000  IFP/ml

Dundjani għat-tismin

1 400  IFP

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura tal-ħażna, l-iskadenza ta’ żmien tal-ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu ta’ formazzjoni ta’ pritkuni.

2.

Doża rrakkomandata għal kull kilogramm ta’ oġġett ta’ l-għalf sħiħ: 1 400  IFP.

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides mhux mil-lamtu (fil-biċċa l-kbira arabinoxylans).p.eż. li fihom aktar minn 38 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

E 1630

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Subtilisin

EC 3.4.21.62

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase li tinġieb mit- Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u subtilisin li tinġieb mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107) li għandhom attività minima ta’:

 

Endo-1,4-beta-xylanase: 5 000  U (4)/g

 

Subtilisin: 1 600  U (5)/g

Tiġieġ għat-tismin

endo-1,4-beta-xylanase: 500 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura tal-ħażna, l-iskadenza ta’ żmien tal-ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu ta’ formazzjoni ta’ pritkuni.

2.

Doża rrakkomandata għal kull kilogramm ta’ oġġett ta’ l-għalf sħiħ:

 

endo-1,4-beta-xylanase: 500-2 500  U

 

subtilisin: 160-800 U

3.

Għall-użu fl-għalf kompost p.eż. li jkun fih iktar minn 65 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

subtilisin: 160 U

E 1631

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.6

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase li tinġieb mit- Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106) u endo-1,4-beta-xylanase li tinġieb mit- Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135) li għandhom attivita minima ta’:

 

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 300 U (6)/g

 

Endo-1,4-beta-xylanase: 300 U (7)/g

Tiġieġ għat-tismin

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 300 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura tal-ħażna, l-iskadenza ta’ żmien tal-ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu ta’ formazzjoni ta’ pritkuni.

2.

Doża irrakkomandata għal kull kilogramm ta’ oġġett ta’ l-għalf sħiħ:

 

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 300 U

 

endo-1,4-beta- xylanase: 300 U.

3.

Għall-użu f’għalf kompost fejn ikun hemm ammont kbir ta’ polysaccharides mhux mil-lamtu (l-iktar beta-glucans u arabinoxylans), p.eż. fejn ikun hemm iktar minn 40 % ta’ xgħir.

Mingħajr limitu ta’ żmien

endo-1,4-beta-xylanase: 300 U

E 1632

3-Phytase

EC 3.1.3.8

Preparazzjoni ta’ 3-phytase prodotta permezz ta’ Trichoderma reesei (CBS 528.94) li fiha attività minima ta’:

 

Forma solida: 5 000  PPU (8)/g

 

Forma likwida: 5 000 PPU/g

Ħnieżer żgħar

250 PPU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura tal-ħażna, l-iskadenza ta’ żmien tal-ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu ta’ formazzjoni ta’ pritkuni ta’ addittiv.

2.

Doża rrakkomandata għal kull kilogramm ta’ oġġett ta’ l-għalf sħiħ: 250-750 PPU.

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih aktar minn 0.25 % fosforu li huwa phytin bound

4.

Għal-ħnieżer żgħar maqtugħa minn ħalib ommhom li jiżnu bejn wieħed u ieħor 35kg.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Ħnieżer għat-tismin

250 PPU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura tal-ħażna, l-iskadenza ta’ żmien tal-ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu ta’ formazzjoni ta’ pritkuni.

2.

Doża rrakkomandata għal kull kilogramm ta’ oġġett ta’ l-għalf sħiħ: 250-750 PPU.

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih aktar minn 0.23 % fosforu li huwa phytin bound

Mingħajr limitu ta’ żmien


(1)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 5.55 mikromoles ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ maltożju) minn barley beta-glucan fil-minuta f’pH ta’ 5.0 u 50 °C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 4.00 mikromoles ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ maltożju) minn xylan ta’ l-injam tal-betula fil-minuta f’pH ta’ 5.5 u 50 °C.

(3)  1 IFP huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalenti ta’ ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f’pH ta’ 4.8 u 50 °C.

(4)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan mill-ħafur fil-minuta f’ pH ta’ 5.3 u 50 °C.

(5)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera mikrogramma waħda ta’ kompost fenoliku (ekwivalenti tat-trijożin) minn sustrat tal-każeina fil-minuta f’ pH ta’ 7.5 u 40 °C.

(6)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn barley beta-glucan fil-minuta f’ pH ta’ 5.0 u 30 °C.

(7)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan mill-ispelt tal-ħafur fil-minuta f’ pH ta’ 5.3 u 50 °C.

(8)  1 PPU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f’pH ta’ 5 u 37 °C.


Top