Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0493

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 493/2005 tas- 16 ta’ Marzu 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 285–286 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/493/oj

13.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

285


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru. 493/2005

tas-16 ta’ Marzu 2005

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fin-Nomenklatura Magħquda, stabbilit fl-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), il-kodiċi NM għal monitors huma 8471 u 8528.

(2)

Għall-klassifikazzjoni ta' monitors ’il barra mit-titolu 8528 jeħtieġ li ċerti kondizzjonijiet jiġu sodisfatti. Il-konverġenza tat-teknoloġija ta’ l-informatika, l-industriji ta’ l-elettronika tal-konsumatur u teknoloġiji ġodda ħolqot sitwazzjoni fejn qed isir impossibbli, meta wieħed jikklassifika l-video monitors, li jkun determinat, b’referenza għall karatteristiċi tekniċi sempliċi, l-iskop prinċipali ta’ monitor speċifiku Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej jirriżulta li l-klassifikazzjoni ma tistax tkun ibbażata fuq l-użu li jsir minnu. Il-klassifikazzjoni korretta ta' kull prodott hija bbażata fuq data oġġettiva u kwantifikabbli. Bħalissa mhux possibbli li jkunu stabbiliti kriterji li jissodisfaw din il-ħtieġa mingħajr ambigwitajiet.

(3)

Id-data kummerċjali qed turi li bħalissa l-video monitors li jużaw it-teknoloġija ta' l-iscreen bi kristalli likwidi, bi screen ta' daqs djagonali ta' 48.5 cm jew inqas, u ta' screen aspect ratio ta’ 4:3 jew 5:4, qed jintużaw l-aktar bħala unitajiet ta’ output ta’ magni awtomatiċi li jipproċessaw id-data. Iżda, dawn il-monitors ta’ sikwiet huma kapaċi jirriproduċu stampi video minn għejun oħra differenti mill-magni awtomatiċi li jipproċessaw id-data u għalhekk ma jissodisfawx il-kondizzjoni li jkunu biss jew prinċipalment użati ma’ magni bħal dawn. Għalhekk dawn il-monitors mhumiex koperti mill-Ftehim dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-teknoloġija ta’ l-informatika (2), jew mill-Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tiegħu, li ġew it-tnejn li huma approvati f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/359/KE ta’ l-24 ta’ Marzu 1997 li tirrigwarda t-tneħħija ta’ dazji minn fuq prodotti tekonoloġiċi ta’ l-informatika (3).

(4)

Huwa fl-interess tal-Komunità li tissospendi għal kollox, għal perijodu limitat, it-tariffi awtonomi tad-Dazji Doganali Komuni għall-monitors li jużaw it-teknoloġija ta' l-iscreen bi kristalli likwidi, bi screen ta' daqs djagonali ta' 48.5 cm jew inqas, u ta' screen aspect ratio ta’ 4:3 jew 5:4 u li huma klassifikabbli taħt il-kodiċi NM 8528 21 90. Għalhekk din il-miżura għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2006, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix li jestendiha.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekkjiġi emendat.

(6)

Minħabba li l-emenda introdotta permezz ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi applikata mill-istess data tan-Nomenklatura Magħquda għas-sena 2005 stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 (4), dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament u japplika mill-1 ta’ Jannar 2005,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Kapitolu 85, is-Sezzjoni XVI tat-Tieni Parti, l-Iskeda tad-Dazji Doganali, ta’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, it test fil-kolonna 3 għall-kodiċi NM 8528 21 90 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“14 (*)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar is-16 ta’ Marzu 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1989/2004 (ĠU L 344, 20.11.2004, p. 5).

(2)  ĠU L 155 tat 12.6.1997, p. 3.

(3)  ĠU L 155 tat 12.6.1997, p. 1.

(4)  ĠU L 327, 30.10.2004, p. 1.


Top