This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005L0046
Commission Directive 2005/46/EC of 8 July 2005 amending the Annexes to Council Directives 86/362/EEC, 86/363/EEC and 90/642/EEC as regards maximum residue levels for amitraz (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2005/46/KE tat- 8 ta' Lulju 2004 li temenda l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi ta’ residwu għall-amitraz Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Direttiva tal-Kummissjoni 2005/46/KE tat- 8 ta' Lulju 2004 li temenda l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi ta’ residwu għall-amitraz Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 177, 9.7.2005, pp. 35–41
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 287M, 18.10.2006, pp. 102–108
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31986L0362 | Emenda | anness 2 | 29/07/2005 | |
| Modifies | 31986L0363 | Emenda | anness 2 | 29/07/2005 | |
| Modifies | 31990L0642 | Emenda | anness 2 | 29/07/2005 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Implicitly repealed by | 32005R0396 | 01/09/2008 |
|
18.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
102 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/46/KE
tat-8 ta' Lulju 2004
li temenda l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi ta’ residwu għall-amitraz
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE tal-24 ta’ Lulju 1986 fuq l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE tal-24 ta’ Lulju 1986 fuq l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 fuq l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq ċerti prodotti li ġejjin mill-pjanti li jinkludu frott u ħaxix (3) u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
BILLI:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/141/KE (4) ġie deċiż li s-sustanza attiva eżistenti amitraz ma tkunx inkluża f’Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE (5). Din id-deċiżjoni tipprovdi li prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva m’għandhomx ikunu aktar awtorizzati għall-użu fil-Komunità ħlief għal numru ta’ użi limitati, fejn bħalissa m’hemmx alternattivi disponibbli (użi essenzjali). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni kkwotata f’(1), ippermettiet perijodu li sa tmiemu l-użu kellu jispiċċa, u huwa xieraq li l-livelli massimi ta’ residwu (MRL) ibbażati fuq il-kunċett li l-użu tas-sustanza kkonċernata mhix awtorizzata fil-Komunità, m’għandhomx japplikaw qabel it-tmiem tal-perijodu li sa tmiemu l-użu kellu jispiċċa li japplika għal dik is-sustanza. |
|
(3) |
Għall-MRLs ta’ l-amitraz għar-residwi li jirriżultaw mill-użu mediċinali veterinarju kienu mwaqqfa fuq prodotti ta’ l-annimali fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2377/90 (6). Huwa xieraq li dawn jitqiesu f’din id-Direttiva. |
|
(4) |
Il-MRL tal-Komunità u l-livelli rrakkomandati mill-Codex Alimentarius (7) huma ffissati u stmati skond proċeduri li jixxieħbu. Hemm numru limitat ta’ MRLs fil-Codex għall-amitraz. Dawn kienu kkunsidrati fit-twaqqif tal-MRLs iffissati f’din id-Direttiva. MRLs tal-Codex li ser issir rakkomandazzjoni għall-irtirar tagħhom fil-futur qarib ma ġewx meqjusa. Peress illi l-MRLs ibbażati fuq il-MRLs tal-Codex kienu stmati fid-dawl tar-riskji għall-konsumaturi, l-ebda riskju ma kien stabbilit. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur ikun protett b’mod xieraq milli jkun espost għal residwi li jirriżultaw minn użu mhux awtorizzat ta’ prodotti tal-protezzjoni għall-pjanti, il-MRL għandhom jitwaqqfu għall-kombinazzjonijiet relevanti ta’ prodott/pestiċida fil-limitu l-aktar baxx tal-kalkolu analitiku. |
|
(6) |
Għalhekk huwa neċessarju li jinbidlu diversi residwi ta’ pestiċidi li jinqalgħu mill-użu ta’ l-amitraz fl-Annessi għad-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE biex jippermettu sorveljanza xierqa u kontroll tal-projbizzjoni ta’ l-użu tagħhom u biex jipproteġu lill-konsumatur. |
|
(7) |
L-annessi relevanti għad-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati f’dan is-sens. |
|
(8) |
Il-miżuri maħsuba f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħet l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
F’parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE il-filliera li ġejja hija sostitwita:
|
Residwu fil-pestiċida |
Livell massimu f’mg/kg |
|
“Amitraz li jinkludi sustanzi ffurmati meħtieġa għall-metaboliżmu tiegħu li jkun fihom it-2,4-dimethylaniline moiety mfisser bħala amitraz |
0.05 (*1) ċereali |
Artikolu 2
F’parti B ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/363/KEE l-fillieri li ġejjin huma sostitwiti:
|
Residwu fil-Pestiċida |
Livell massimu (mg/kg) |
||
|
|
Tal-laħam, li jinkludi x-xaħam, preparazzjonijiet tal-laħam, il-ġewwieni u x-xaħmijiet ta’ l-annimali kif imniżżla f’Anness I li fil-kodiċi NM jaqgħu taħt in-numri 0201 , 0202 , 0203 , 0204 , 0205 00 00 , 0206 , 0207 , ex 0208 , 0209 00 , 0210 , 1601 00 u 1602 |
Għall-ħalib u prodotti tal-ħalib kif imniżżla f’Anness 1 li fil-kodiċi NM jaqgħu taħt in-numri 0401 , 0402 , 0405 00 u 0406 |
Ta’ bajd frisk bil-qoxra, għall-bajd ta’ l-għasafar u isfra tal-bajd kif imniżżla f’Anness 1 li fil-kodiċi NM jaqgħu taħt in-numri 0407 00 u 0408 |
|
“Amitraz li jinkludi sustanzi ffurmati meħtieġa għall-metaboliżmu tiegħu li jkun fihom it-2,4 dimethylaniline moiety imfisser bħala amitraz |
0.05 (*2), Tjur |
|
0,01 (*2) |
Artikolu 3
Il-livelli massimi ta’ residwu tal-pestiċidi għall-amitraz fl-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE huma mibdula minn dawk fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux aktar tard mid-9 ta’ Jannar 2006, dawk il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħaddu lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella komparattiva bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-10 ta’ Jannar 2007.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam li titkellem dwaru din id-Direttiva.
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, nhar it-8 ta' Lulju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/37/KE (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 10)
(2) ĠU L 221, 7.8.1986, pġ. 43. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/61/KE (ĠU L 127, 29.4.2004, pġ. 81)
(3) ĠU L 350, 14.12.1990, pġ. 71. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/37/KE
(4) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1)
(5) ĠU L 46 tas-17.2.2004, p. 35
(6) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2004 (ĠU L 326, 29.10.2004, p. 19).
(7) http://apps.fao.org/CodexSystem/pestdes/pest_q-e.htm
(*1) Jindika l-limitu l-aktar baxx tal-kalkolu analitiku.”
(*2) Jindika l-limitu l-aktar baxx tal-kalkolu analitiku.”
ANNESS
|
Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li japplikaw għalihom il-MRL |
Amitraz li jinkludi metabolites li jkun fihom it-2,4-dimethylaniline moiety mfisser bħala amitraz |
||
|
0,05 (*1) |
||
|
|
||
|
Grejpfrut |
|
||
|
Lumi |
|
||
|
Lumi qares |
|
||
|
Mandolin (inklużi l-klementini u ibridi oħra) |
|
||
|
Larinġ |
|
||
|
Pomelos |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Lewż |
|
||
|
Ġewż tal-Brażil |
|
||
|
Cashew nuts |
|
||
|
Qastan |
|
||
|
Ġewż ta’ l-Indi |
|
||
|
Ġellewż |
|
||
|
Macadamia |
|
||
|
Ġewż Amerikan |
|
||
|
Ġewż ta’ l-arżnu |
|
||
|
Pistaċċi |
|
||
|
Ġewż |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Tuffieħ |
|
||
|
Lanġas |
|
||
|
Sfarġel |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Berquq |
|
||
|
Ċirasa |
|
||
|
Ħawħ (inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili) |
|
||
|
Għanbaqar |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Għeneb tal-mejda |
|
||
|
Għeneb ta’ l-inbid |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Tut |
|
||
|
Ċawsli iswed |
|
||
|
Loganberries |
|
||
|
Lampun |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Mirtill |
|
||
|
Cranberries |
|
||
|
Passolini (ħomor, suwed u bojod) |
|
||
|
Rużberri |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Avokado |
|
||
|
Banana |
|
||
|
Tamal |
|
||
|
Tin |
|
||
|
Kiwi |
|
||
|
Kumquats |
|
||
|
Litchis |
|
||
|
Mangu |
|
||
|
Żebbuġ |
|
||
|
Frott tal-fjura tal-passjoni |
|
||
|
Ananas |
|
||
|
Rummien |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,05 (*1) |
||
|
|
||
|
Pitravi |
|
||
|
Karrotti |
|
||
|
Krafes |
|
||
|
Għerq tal-mustarda |
|
||
|
Artiċiokks |
|
||
|
Zunnarija bajda |
|
||
|
Tursin |
|
||
|
Ravanell |
|
||
|
Sassefrika |
|
||
|
Patata ħelwa |
|
||
|
Swedes |
|
||
|
Ġdur |
|
||
|
Jam |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Tewm |
|
||
|
Basal |
|
||
|
Basal tal-ġenus Allium ascalonicum (shallots) |
|
||
|
Basal tal-ġenus Allium fistulosum (spring onions) |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Tadam |
|
||
|
Bżar |
|
||
|
Brunġiel |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Ħjar |
|
||
|
Ħjar żgħir |
|
||
|
Zukkini |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Bettieħ |
|
||
|
Frott tal-pjanti tal-ġenus Cucurbita |
|
||
|
Dulliegħ |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Brokkli |
|
||
|
Pastard |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Kaboċċi żgħar |
|
||
|
Head cabbage |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Kaboċċi jixbhu l-ħass |
|
||
|
Kale |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Krexxuni |
|
||
|
Valejanella |
|
||
|
Ħass |
|
||
|
Scarole |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Spinaċi |
|
||
|
Weraq tal-pitravi |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Maxxita |
|
||
|
Kurrat salvaġġ |
|
||
|
Tursin |
|
||
|
Karfus |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Ful (bil-miżwed)) |
|
||
|
Ful (bla miżwed) |
|
||
|
Piżelli (bil-miżwed) |
|
||
|
Piżelli (bla miżwed) |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Asparagu |
|
||
|
Kardun |
|
||
|
Karfus |
|
||
|
Bużbież |
|
||
|
Qaqoċċ |
|
||
|
Kurrat |
|
||
|
Rabarbru |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
0,05 (*1) |
||
|
Ful |
|
||
|
Għads |
|
||
|
Piżelli |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Żerriegħa tal-kittien |
|
||
|
Karawett |
|
||
|
Żerriegħa tal-peprin |
|
||
|
Żerriegħa tal-ġulġlien |
|
||
|
Żerriegħa tal-ġirasol |
|
||
|
Żerriegħa tal-lift |
|
||
|
Sojja |
|
||
|
Żerriegħa tal-mustarda |
|
||
|
Żerriegħa tal-qoton |
1 (x) |
||
|
Oħrajn |
0,05 (*1) |
||
|
0,05 (*1) |
||
|
Patata bikrija |
|
||
|
Ware potatoes |
|
||
|
0,1 (*1) |
||
|
0,1 (*1) |
(*1) Jindika l-limitu l-aktar baxx tal-kalkolu analitiku.
(x) Jekk dan il-livell ma jkunx ikkonfermat jew mibdul minn direttiva, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2007, għandu japplika l-limitu l-aktar baxx xieraq tal-kalkolu analitiku.”