This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005E0776
Council Joint Action 2005/776/CFSP of 7 November 2005 amending the mandate of the European Union Special Representative for Moldova
Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2005/776/PESK tas- 7 ta' Novembru 2005 li temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Moldova
Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2005/776/PESK tas- 7 ta' Novembru 2005 li temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Moldova
ĠU L 292, 8.11.2005, p. 13–14
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 173M, 27.6.2006, p. 113–114
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2006
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32005E0265 | Tlestija | artikolu 3.1 | 01/12/2005 | |
Modifies | 32005E0265 | Tlestija | artikolu 2.1 | 01/12/2005 | |
Modifies | 32005E0265 | Emenda | artikolu 10 | 01/12/2005 | |
Modifies | 32005E0265 | Żieda | ART8.2 | 01/12/2005 | |
Modifies | 32005E0265 | Sostituzzjoni | artikolu 5.1 | 01/12/2005 |
27.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
113 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL (2005/776/PESK)
tas-7 ta' Novembru 2005
li temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Moldova
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta' Marzu 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/265/PESK (1) li taħtar lis-Sur Adriaan JACOBOVITS de SZEGED bħala Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) għall-Moldova. |
(2) |
Fit-28 ta' Lulju 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/584/PESK (2), li testendi l-mandat ta' l-EUSR sat-28 ta' Frar 2006. |
(3) |
Fit-2 ta' Ġunju 2005, il-President Voronim tal-Moldova u l-President Yuschenko ta' l-Ukraina bagħtu ittra konġunta fost l-oħrajn li titlob lill-Unjoni Ewropea teżamina l-possibbiltajiet li toffri assistenza biex jiġi stabbilit kontroll doganali internazzjonali fis-segment Transnistrijan tal-fruntiera ta' l-istati Moldova-Ukraina, kif ukoll biex jinħoloq mekkaniżmu effettiv ta' monitoraġġ internazzjonali fuq dan is-segment tal-fruntiera. |
(4) |
Fl-20 ta' Settembru 2005, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel għall-istabbiliment ta' Missjoni ta' Fruntiera ta' l-UE għall-Moldova - Ukraina inkluż permezz tar-rinfurzar tal-grupp ta' l-EUSR għall-Moldova. |
(5) |
Tenut kont tal-kompiti l-ġodda ta' l-EUSR għall-Moldova fir-rigward tal-Missjoni ta' Fruntiera ta' l-UE għall-Moldova - Ukraina, il-mandat tiegħu għandu jiġi emendat skond dan, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2005/265/PESK hija hawnhekk emendata kif ġej:
(a) |
il-punt li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 2(1):
; |
(a) |
il-punt li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 3(1):
; |
(ċ) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej: “1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta’ l-EUSR għandu jkun ta’ EUR 430 000.” ; |
(d) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu uniku għandu jsir il-paragrafu 1 u għandu jiżdied paragrafu ġdid għandu jiżdied kif ġej: “2. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw, kull wieħed skond is-setgħat rispettivi tagħhom, konsistenza bejn l-implimentazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta u attivitajiet esterni tal-Komunità skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3 tat-Trattat. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw għal dan il-għan.” ; |
(e) |
it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 10 għandu jinbidel b'li ġej: “Għandu japplika sat-28 ta' Frar 2006.” . |
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2005.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Maghmula fi Brussel, 7 ta' Novembru 2005.
Ghall-Kunsill
Il-President
J. STRAW
(1) ĠU L 81, 30.3.2005, p. 50.
(2) ĠU L 199, 29.7.2005, p. 95.