Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0687

    2005/687/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2005 dwar il-format għar-rendikont dwar l-attivitajiet tan-netwerks ta' l-uffiċjali tal-kollegamenti ta' l-immigrazzjoni u dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ospitant fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni illegali (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 1508)

    ĠU L 264, 8.10.2005, p. 8–15 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/687/oj

    8.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

    8


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta’ Settembru 2005

    dwar il-format għar-rendikont dwar l-attivitajiet tan-netwerks ta' l-uffiċjali tal-kollegamenti ta' l-immigrazzjoni u dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ospitant fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni illegali

    (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 1508)

    (It-testijiet fil-lingwa Ġermaniża, Ingliża, Spanjola, Estona, Franċiża, Finlandiża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portuguiża, Slovakka, Slovena, Żvediża u Ċeka biss huma awtentiċi)

    (2005/687/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar il-ħolqien ta’ netwerk ta’ l-uffiċjali ta’ kollegament ta’ l-immigrazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-rapporti meħtieġa taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 377/2004 għandhom jippermettu lill-Kummissjoni biex tfassal ir-rapport tagħha tal-valutazzjoni dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżi terzi fejn l-uffiċjali ta’ l-immigrazzjoni ta’ l-Istati Membri jkunu stazzjonati kif ukoll ir-rapport annwali tagħha dwar l-iżvilupp ta’ politika komuni dwar l-immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar tan-nies, fruntieri esterni u r-ritorn ta’ residenti illegali

    (2)

    Il-format tar-rapporti għalhekk għandu jirrifletti dawn l-oġġettivi fir-rigward tan-natura ta’ l-informazzjoni li għandha tkun inkluża.

    (3)

    Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċizjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk l-Istati bl-implimentazzjoni, bl-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, (2) li jaqgħu fil-qasam riferut fl-Artikolu 1, punti A u E tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (3).

    (4)

    Fir-rigward ta’ l-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen fir-rigward tal-Ftehim iffirmat mill-Unjoni Ewropea, mill-Komunità Ewropea u mill-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din ta’ l-aħħar bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 4 (1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim (4).

    (5)

    Skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ddeċidiet li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 377/2004 fil-liġi Daniża. Ir-Regolament (KE) Nru 377/2004 għalhekk jorbot lid-Danimarka fil-liġi internazzjonali.

    (6)

    B’mod konformi ma’ l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-kwadru ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u ma’ l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (5), ir-Renju Unit jieħu sehem fir-Regolament (KE) Nru 377/2004 u b’konsegwenza f’din id-Deċiżjoni preżenti.

    (7)

    B’mod konformi ma’ l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-kwadru ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u ma’ l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (6), l-Irlanda tieħu sehem fir-Regolament (KE) Nru 377/2004 u b’konsegwenza f’din id-Deċiżjoni preżenti.

    (8)

    Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit u ta’ l-Irlanda f’din id-Deċiżjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2000/365/KE u ma’ l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 2002/192/KE li għandu x’jaqsam mar-responsabbiltajiet tal-Komunità biex tieħu miżuri għall-iżvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen kontra l-organizzazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali li fiha jipparteċipaw ir-Renju Unit u l-Irlanda.

    (9)

    Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li hu relatat miegħu b’xi mod ieħor fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003,

    ADOTTAT ID-DEĊIŻJONI LI ĠEJJA:

    Artikolu 1

    Il-format tar-rapport meħtieġ bir-Regolament (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 għandu jkun kif stabbilit fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika ta’ l-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lill-Irlanda, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussumburgu, lir-Repubblika ta’ l-Ungerija, lir-Repubbika ta’ Malta, lir-Renju ta’ l-Olanda, lir-Repubblika ta’ l-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju ta’ l-Iżvezja, lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u lill-Irlanda ta’ Fuq.

    Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Settembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Franco FRATTINI

    Viċi President


    (1)  ĠU L 64, tat-2.3.2004, p. 1.

    (2)  ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 36.

    (3)  ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 31.

    (4)  ĠU L 370, tas-17.12.2004, p. 78.

    (5)  ĠU L 131, tal-1.6.2000, p. 43.

    (6)  ĠU L 64, tas-7.3.2002, p. 20.


    ANNESS

    Rapport dwar l-attivitajiet tan-netwerks ta' l-uffiċjali ta' kollegament ta' l-immigrazzjoni u dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ospitant fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni illegali

    Pajjiż ospitant:

     

    Stat Membru li qed jirrapporta:

     

    Perjodu rrapporat:

     

    INTRODUZZJONI

    B’mod konformi ma’ l-Artikolu 6 paragrafu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar il-ħolqien ta’ netwerk ta’ uffiċjali ta’ kollegament ta’ l-immigrazzjoni (minn hawn ‘il quddiem: Regolament) “L-Istat Membru li jżomm il-Presidenza tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea jew, jekk dan l-Istat Membru mhux rappreżentat fil-pajjiż jew fir-reġjun, l-Istat Membru li qed iservi bħala aġent President għandu jfassal sat-tmiem ta’ kull semestru rapport dwar l-attivitajiet tan-netwerks ta’ uffiċjali ta' kollegament ta' l-immigrazzjoni fejn hu għandu rappreżentant, kif ukoll dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ospitant, fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni illegali għall-Kunsill u l-Kummissjoni.”

    Għandu jkun imfakkar ukoll li skond l-Artikolu 4 (1) tar-Regolament l-ILOs kollha stazzjonati fil-pajjiż terz ikkonċernat għandhom jikkontribwixxu għal dan ir-rapport.

    Dan ir-rapport għandu żewġ partijiet:

    (1)

    Attivitajiet tan-Netwerk ta’ l-ILO

    (2)

    Sitwazzjoni fil-pajjiż ospitant dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-immigrazzjoni illegali.

    Dan ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq fatti u figuri kull meta jkun applikabbli u fuq sorsi ta’ informazzjoni disponibbli u ta’ min joqgħod fuqhom. Jekk it-tali sors ma jeżistix, dan għandu jkun indikat fir-rapport. Data statistika għandha tkun ipprovduta b’mod konformi mad-definizzjonijiet relevanti miftehma mill-Istati Membri fil-kwadru tas-CIREFI. Deskrizzjonijiet u valutazzjonijiet meħtieġa b’dan il-format, għandhom ikunu fil-qosor kemm meħtieġ u megħjuna b’fatti, jekk ikun possibbli. Fir-rapport, jekk jogħġbok indika biss l-iktar informazzjoni relevanti sabiex tippermetti valutazzjoni tajba tas-sitwazzjoni.

    Jekk ma tkun saret l-ebda bidla sinjifikanti fir-rigward ta’ kwistjonijiet diġà koperti f’rapporti ta’ qabel, għandha ssir referenza għaliha. Jekk ikun applikabbli, ir-rapport għandu jiffoka fuq l-iżviluppi tul il-perjodu ta’ rapportaġġ bi qbil mar-rapport ta’ qabel li kien imfassal fuq dak il-pajjiż ospitant.

    Ir-rapport komplut għandu jkun trattat bħala dokument “RESTREINT UE” u d-dispożizzjonjiet relevanti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li jaddottaw ir-regolamenti tas-sigurtà tal-Kunsill (1) għandhom ikunu osservati.

    I.   ATTIVITAJIET TAN-NETWERK TA’ L-ILO

    1.   Lista ta’ l-Istati Membri li stazzjonaw ILOs fil-pajjiż konċernat

    Stat Membru

    Numru ta’ ILOs

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    2.   Ġie kostitwit netwerk ta' koperazzjoni b'mod konformi ma' l-Artikolu 4 tar-Regolament? ( jekk jogħġbok aqta’ linja taħt it-tweġiba korrispondenti)

    IVA

    LE

    2.1.   Jekk it-tweġiba tkun “LE” jekk jogħġbok speċifika r-raġunijiet ewlenin għaliha:

    2.2.   Jekk it-tweġiba tkun “IVA”, jekk jogħġbok evalwa l-utilità in ġenerali ta’ l-attivitajiet li saru fil-kwadru tan-netwerk minn 1 sa 5. ( 1 = mhux bżonjuż, 5 = bżonjuż ħafna)

    2.3.   X’tip ta’ attivitajiet seħħew fil-perijodu ta’ rapportar? (jekk jogħġbok aqta’ linja taħt it-tweġiba(iet) korrispondenti.

    (1)

    Laqgħat

    (2)

    Skambju ta’ informazzjoni u ta’ esperjenzi prattiċi

    (3)

    Kordinazzjoni ta’ pożizzjonijiet li għandha tkun addottata b’kuntatt ma’ min iġorr

    (4)

    Taħriġ speċjalizzat konġunt

    (5)

    Organizzazzjoni ta' sessjonijiet/taħriġ ta’ informazzjoni għall-istaff diplomatiku u/jew konsulari ta' l-Istati Membri fil-pajjiż ospitant

    (6)

    L-addozzjoni ta’ trattamenti komuni għall-metodi ta’ ġbir u ta’ rapportar ta’ informazzjoni strateġika relevanti

    (7)

    It-twaqqif ta’ kuntatti ma’ netwerks simili fil-pajjiż u fil-pajjiżi ġirien

    (8)

    Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

    2.4.   Kemm-il darba ltaqgħu l-ILOs fil-perijodu rrappurtat? (jekk jogħġbok aqta’ linja taħt it-tweġiba korrispondenti)

    Qatt

    Darba

    kull xahar

    Kull tlett xhur

    Oħrajn

    Kummenti:

    2.5.   Ġew anke mistiedna organizzazzjonijiet jew awtoritajiet oħrajn biex jipparteċipaw fit-tali laqgħat? Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi xi dettalji.

    2.6.   Liema jidher li kien l-iktar mod/metodu effettiv fl-iskambju ta’ l-informazzjoni?

    2.7.   In-Netwerk stabbilixxa kuntatt u/jew addotta pożizzjoni ta’ kordinament b’kuntatt ma’ min iġorr? Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi xi dettalji.

    2.8.   L-ILOs kellhom taħriġ speċjalizzat konġunt matul il-perjodu rrapportat? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika s-suġġett/i u evalwahom. (1 = mhux bżonjuż, 5 = bżonjuż ħafna)

    2.9.   In-netwerk ta’ l-ILO organizza sessjonijiet/taħriġ ta’ informazzjoni għall-istaff diplomatiku u/jew konsulari ta’ l-Istati Membri fil-pajjjiż ospitant?

    IVA

    LE

    2.9.1.   Jekk it-tweġiba hi IVA, jekk jogħġbok speċifika is-suġġett ta’ l-avveniment ikkonċernat:

    2.9.2.   Jekk jogħġbok ipprovdi xi kummenti dwar l-avveniment/i (parteċipanti, l-impatt tiegħu fuq ix-xogħol ta’ kuljum tal-parteċipanti, is-segwitu eċċ.):

    2.10.   Hemm xi metodu sistematiku biex tiġbor u taqsam l-informazzjoni fost l-ILOs? Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi xi kummenti.

    2.11.   In-netwerk ta’ l-ILO stabilixxa kuntatti regolari ma’ l-ILOs individwali stazzjonati minn Stati Membri li mhumiex fl-UE jew ma’ netwerks simili tagħhom? Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi xi dettalji.

    2.12.   Jekk jogħġbok ipprovdi sommarju qasir ta’ l-attivitajiet tan-netwerk ta’ l-ILO li seħħew fuq bażi reġjonali fil-perijodu rrapportat (i.e. laqgħa reġjonali, taħriġ).

    3.   Min meta r-Regolament ta’ l-ILO daħal fis-seħħ,

    a)

    il-koperazzjoni u l-kordinament fost l-ILOs stazzjonati mill-Istati Membri ssaħħew u/jew tjiebu?

    IVA

    LE

    M’HEMMX IMPATT DIRETT

    b)

    l-attivitajiet tan-netwerking jiffaċilitaw eżekuzzjoni aktar effettiva tad-doveri ta’ l-ILOs?

    IVA

    LE

    M’HEMMX IMPATT DIRETT

    c)

    bħala netwerk, l-ILOs qegħdin f’pożizzjoni aħjar li jistabbilixxu u jżommu kuntatt ma’ l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż ospitant?

    IVA

    LE

    M’HEMMX IMPATT DIRETT

    d)

    L-ILOs jistgħu jgħinu b’mod aktar effettiv lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex iwettqu d-doveri tagħhom (i.e. fil-preparazzjoni tad-dħul, jistabbilixxu kuntatti fil-pajjiż ospitant, jistabbilixxu l-identità taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi)?

    IVA

    LE

    M’HEMMX IMPATT DIRETT

    e)

    il-koperazzjoni ma’ l-ILOs l-oħrajn li huma stazzjonati mill-Istati Membri li mhumiex fl-UE tjiebet?

    IVA

    LE

    M’HEMMX IMPATT DIRETT

    4.   Jekk jogħġbok iġbor fil-qosor l-esperjenzi u l-valutazzjoni in ġenerali tiegħek dwar l-attivitajiet tan-netwerk ta’ l-ILOs.

    5.   Jekk jogħġbok agħti kwalunkwe suġġerimenti, proposti li jistgħu jtejbu u/jew isaħħu x-xogħol ta’ l-ILOs bħala netwerk fil-pajjiż konċernat:

    II.   SITWAZZJONI FIL-PAJJIŻ OSPITANT DWAR KWISTJONIJIET LI GĦANDHOM X’JAQSMU MA’ L-IMMIGRAZZJONI ILLEGALI

    6.   Ġestjoni ta’ migrazzjoni, kontroll tal-fruntieri u twaqqif ta’ l-immigranti illegali

    6.1.   Valutazzjoni ġenerali tal-koperazzjoni mal-pajjiż ospitant fil-qasam tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali

    Jekk jogħġbok ipprovdi xi informazzjoni fir-rigward ta’ kif inhi s-sitwazzjoni u kif qed tiżviluppa (il-kuntatt ma’ l-awtoritajiet kompetenti, it-tip ta’ għajnuna pprovduta, il- kwalità ta’ informazzjoni miġbura)

    6.2.   Rifjut ta’ dħul fil-fruntieri kollha tal-pajjiż ospitant

    Inkludi xi informazzjoni disponibbli fir-rigward tan-numri, il-pajjiżi ewlenin ta’ l-oriġini u informazzjoni relevanti oħra

    6.2.1.   Bl-art

    6.2.2.   Bl-ajru

    6.2.3.   Bil-baħar (fejn applikabbli)

    6.2.4.   Informazzjoni/rimarki addizzjonali

    6.3.   Immigranti illegali maqbuda fil-pajjiż ospitant

    6.3.1.   Numri u tendenzi

    6.3.2.   Pajjiżi ta’ l-oriġini (niżżel l-ogħla 10 pajjiżi)

    6.3.3.   Informazzjoni/rimarki addizzjonali

    6.4.   Riskji u theddid fil-fruntieri tal-pajjiż ospitant

    Il-lista li ġejja hija biss indikattiva, għalhekk jekk jogħġbok inkludi l-informazzjoni relevanti, jekk is-sitwazzjoni teħtieġ dan.

     

    Infrastruttura

     

    Tagħmir

     

    Persunal

     

    Pressjoni ta’ Migrazzjoni

     

    Min qed ifittex kenn

     

    Traffikar ta’ nies

     

    Terroriżmu u traffikar tad-drogi marbuta ma’ l-immigrazzjoni illegali

    6.5.   Rotot u modus operandi għall-immigrazzjoni illegali

    6.5.1.   Rotot ewlenin

    6.5.2.   Rotot sekondarji

    6.5.3.   Modus operandi

    6.6.   Strateġiji u miżuri nazzjonali biex ma jħallux u biex jikkumbattu t-traffikar u l-kuntrabandu tan-nies

    Iddeskrivi t-tip ta’ strateġiji u l-miżuri (leġiżlattivi, operazzjonali, finanzjarji) u l-impatt tagħhom.

    6.6.1.   Strateġiji u miżuri eżistenti

    6.6.2.   Strateġiji u miżuri ppjanati

    7.   Ammissjoni Mill-Ġdid/Ritorn Taċ-Ċittadini Tagħhom U Taċ-Ċittadini Ta’ Pajjiżi Terzi

    7.1.   Infurzar tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tar-ritorn u ta’ l-ammissjoni mill-ġdid

    Deskrizzjoni tal-kapaċità għal:

    7.1.1.   Ammissjoni mill-ġdid taċ-ċittadini proprji tiegħu u ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-pajjiż ospitant

    7.1.2.   Ritorn ta' immigranti illegali mit-territorju tal-pajjiż ospitant

    7.2.   Ċittadini u ċittadini ta’ pajjiżi terzi ammessi mill-ġdid fil-pajjiż ospitant

    7.2.1.   Numri

    7.2.2.   Pajjiżi li jirritornaw

    7.3.   L-identifikazzjoni taċ-ċittadini proprji tiegħu mingħajr karti li jkunu qed jirritornaw minn pajjiż ieħor

    7.3.1.   Proċeduri segwiti

    7.3.2.   Żmien medju biex jinħarġu l-karti għar-ritorn

    7.3.3.   Koperazzjoni bejn in-Netwerk ta’ l-ILOs u l-awtoritajiet kompetenti (formoli, livell, effiċjenza)

    7.3.4.   Aċċettazzjoni ta’ Ittra ta’ Vjaġġar ta’ l-UE jew dokumenti oħra għall-ivvjaġġar maħruġa mill-pajjiż tar-ritorn

    7.4.   Reġistri tal-popolazzjoni

    7.4.1.   Eżistenza ta’ reġistru ċentrali

    7.4.2.   L-użu ta' reġistru għall-identifikazzjoni tan-nies li għandhom ikunu mibgħuta lura

    7.5.   Riżorsi tal-pajjiż ospitant għall-immigranti mibgħuta lura (kemm ċittadini u kemm ċittadini ta’ pajjiżi terzi)

    7.5.1.   Kapaċitajiet legali, ekonomiċi u amministrattivi fil-qasam tar-riċeviment

    7.5.2.   Kapaċitajiet legali, ekonomiċi u amministrattivi fil-qasam ta’ l-integrazzjoni mill-ġdid

    7.6.   Programmi volontarji tar-ritorn għaċ-ċittadini tal-pajjiż ospitant u għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (inkluża informazzjoni dwar dawn il-programmi)

    Ipprovdi informazzjoni ġenerali

    8.   Kapaċitajiet legali, istituzzjonali u finanzjarji għall-ġestjoni ta’ l-immigrazzjoni

    8.1.   Infurzar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-ġestjoni tal-flussi migratorji

    Ipprovdi informazzjoni dwar l-istat ta’ kif inhuma l-affarijiet u kif qed jiżviluppaw fil-perijodu tar-rapportaġġ

    8.1.1.   Kontrolli tal-fruntieri

    8.1.2.   Responsabbiltà ta’ min iġorr

    8.1.3.   Penali għall-kuntrabandisti u għal min jittraffika n-nies

    8.1.4.   Penali għall-iffalsifikar u għall-użu ta’ dokumenti ta’ l-ivjaġġar foloz

    8.1.5.   Penali għal min jgħin u għal min jipprovdi xogħol mhux dikjarat

    8.2.   Kapaċità amministrattiva li tinkludi riżorsi umani u finanzjarji

    Jekk jogħġbok ikkummenta dwar il-livell ta’ riżorsi b’relazzjoni ma’ l-ammont ta’ xogħol

    8.2.1.   Gwardjani tal-fruntieri

    8.2.1.1.   Fruntieri ta’ l-art

    8.2.1.2.   Fruntieri tal-baħar (jekk applikabbli)

    8.2.1.3.   Fruntieri ta’ l-Ajru

    8.2.2.   Forzi tal-pulizija involuti biex jiġġieldu l-immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu, it-traffikar tan-nies u l-koperazzjoni internazzjonali tal-pulizija

    8.3.   Edukazzjoni u taħriġ tal-persunal

    Ipprovdi xi informazzjoni dwar it-tip u l-livell ta’ taħriġ / edukazzjoni u inkludi kummenti addizzjonali, jekk neċessarji

    8.3.1.   Gwardjani tal-fruntieri

    8.3.2.   Forzi tal-pulizija involuti biex jiġġieldu l-immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu, it-traffikar tan-nies

    8.3.3.   Forzi tal-pulizija responsabbli għall-koperazzjoni internazzjonali

    8.4.   Kapaċità u fondi għall-akkomodazzjoni ta' residenti illegali li jistgħu jitkeċċew inklużi dawk li qed ifittxu kenn u li ma kinux aċċettati

    Iddeskrivi s-sitwazzjoni in relazzjoni ma’ l-ammont ta’ każijiet / il-bżonnijiet attwali

    8.5.   Id-disponibbilità ta’ sistemi għall-ġbir ta’ data u t-trattament ta’ l-informazzjoni fir-rigward ta’ l-immigrazzjoni illegali

    Iddeskrivi l-istat ta’ kif inhi s-sitwazzjoni u kwalunkwe titjib fil-perjodu tar-rapportaġġ

    8.6.   Il-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ kampanji ta’ informazzjoni dwar problemi u riskji ta’ l-immigrazzjoni illegali

    Jekk jogħġbok indika xi informazzjoni ġenerali

    9.   Politika tal-viża u s-sigurtà tad-dokumenti

    9.1.   Politika dwar il-viża

    9.1.1.   Is-suffiċjenza tal-lista tal-pajjiżi li għalihom hija meħtieġa l-viża fil-kuntest tal-flussi migratorji

    Ipprovdi valutazzjoni qasira ta’ din is-sitwazzjoni fil-pajjiż ospitant f’dan ir-rigward

    9.1.2.   Ivvaluta l-kriterju u l-proċedura standard għall-ħruġ ta’ viżi

    9.2.   Sigurtà tad-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar, viżi, dokumenti tar-reżidenza u ta’ l-identità

    9.2.1.   Konformità ma’ l-istandards ta’ l-ICAO (inkluża l-integrazzjoni ta’ data bijometrika)

    9.2.2.   Sitwazzjoni fil-pajjiż ospitant fir-rigward tal-falsifikazzjoni ta’ dokumenti

    10.   Kwalunkwe kumment ieħor u informazzjoni relevanti fir-rigward is-sitwazzjoni fil-pajjiż/reġjun ospitant li għandu x’jaqsam ma’ l-immigrazzjoni illegali (i.e. malfunzjoni fl-amministrazzjoni responsabbli għall-ġestjoni ta’ l-immigrazzjoni u għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali; inċidenti u avvenimenti fil-perijodu tar-rapportaġġ li jistgħu jwasslu għal żviluppi ġodda fir-rigward tal-flussi ta’ l-immigranti illegali)

    11.   Proposti dwar il-metodi u l-mezzi biex jgħinu l-pajjiż ospitant fil-prevenzjoni tal-flussi tal-migrazzjoni illegali li joriġinaw minn jew jgħaddu minn post għall-ieħor fit-territorju tiegħu (i.e. azzjonijiet possibbli tal-kommunità)


    (1)  ĠU L 101 tal-11.4.2001, p. 1.


    Top