Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0581

    2005/581/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Lulju 2005 l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ l-isomaltulose bħala ikel ġdid jew bħala ingredjent ġdid ta’ l-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt dokument numru C(2005) 2776)

    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 251–252 (MT)
    ĠU L 199, 29.7.2005, p. 90–91 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/581/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    251


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-25 ta’ Lulju 2005

    l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ l-isomaltulose bħala ikel ġdid jew bħala ingredjent ġdid ta’ l-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata taħt dokument numru C(2005) 2776)

    (It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

    (2005/581/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar ikel ġdid u ingredjenti ġodda ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-4 ta’ Marzu 2004 Südzucker AG għamlu talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Ġermanja sabiex jitqiegħed fis-suq l-isomaltulose bħala ikel ġdid jew bħala ingredjent ġdid ta’ l-ikel.

    (2)

    Fl-1 ta’ Ottubru ta’ l-2004 il-korp kompetenti għall-evalwazzjoni ta’ l-ikel tal-Ġermanja ħareġ rapport ta’ evalwazzjoni inizjali. F’dak ir-rapport waslu għall-konklużjoni li l-użu li ġie propost għall-isomaltulose huwa mingħajr riskju għall-konsum mill-bniedem.

    (3)

    Il-Kummissjoni ressqet ir-rapport ta’ evalwazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha nhar it-30 ta’ Novembru ta’ l-2004.

    (4)

    Fi żmien il-perjodu ta’-sittin jum stipolat skond l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tqajmu oġġezzjonijiet raġunati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skond dik id-dispożizzjoni. L-oġġezzjonijiet/il-kummenti ġew diskussi ma’ l-Istati Membri fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti nhar l-14 ta’ Frar 2005 in konnessjoni ma’ l-ewwel talba li ġiet sottomessa minn Cargill għat-tqegħid ta’ l-isomaltulose fis-suq Komunitarju.

    (5)

    Rigward l-informazzjoni dwar in-nutriment inkluża fit-tikettar u r-reklamar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li fihom l-isomaltulose, tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 1990 dwar it-tikkettar ta’ oġġetti ta’ l-ikel b’informazzjoni dwar in-nutriment (2).

    (6)

    Abbażi tar-rapport ta’ evalwazzjoni inizjali, ġie stabbilit li l-isomaltulose huwa f’konformità mal-kriterji stipolati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

    (7)

    Il-miżuri stipolati f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-isomaltulose kif speċifikat fl-Anness, jista’ jitqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid ta’ l-ikel għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel.

    Artikolu 2

    L-isem uffiċjali “isomaltulose” irid jidher fuq it-tikkettar tal-prodott innifsu jew fil-lista ta’ ingredjenti ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li jkun jinsab fihom.

    Permezz ta’ footnote murija b’mod prominenti abbinata ma’ l-isem uffiċjali isomaltulose bl-użu ta’ asterisk (*), għandhom jidhru l-kelmiet “l-isomaltulose huwa sors tal-glukosju u tal-fruttosju”. Il-kelmiet iridu jkunu b’tipa ta’ mill-inqas l-istess qies ta’ dawk tal-lista ta’ l-ingredjenti nnifisha.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Südzucker AG Mannheim/Ochsenfurt, Maximilianstraβe 10, D-68165 Mannheim.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-25 ta’ Lulju 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

    (2)  ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/120/KE (ĠU L 333, 20.12.2003, p. 51).


    ANNESS

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA’ L-ISOMALTULOSE

    Definizzjoni:

    Bħala disaccharide li għandu proprjetajiet ta’ riduzzjoni li jikkonsisti minn parti ta’ glukosju u parti ta’ fruttosju mwaħħlin ma’ xulxin permezz ta’ katina li tissejjaħ alpha-1,6- glucosidic. Jista' jinħoloq minn proċess enżimatiku fuq is-sukrosju. Il-prodott kummerċjali huwa il-monohydrate.

    Isem kimiku

    6-O-a-D-glucopyranosyl-D-fructofuranose, monohydrate

    numru CAS

    13718-94-0

    Formula kimika

    C12H22O11 · H2O

    Formula strutturali

    Image

    Piż tal-formula

    360.3 (monohydrate)

    Assay

    Mhux inqas minn 98 % bbażat fuq il-piż dessikat

    Deskrizzjoni

    Kważi bla riħa, kristalli bojod jew kważi bojod b' togħma ħelwa

    Telf mid-dessikkazzjoni

    Mhux iktar minn 6,5 % (60 °C, 5h)

    Ċomb

    Mhux iktar minn 0,1 mg/kg

    Ikseb permezz ta’ teknika xierqa ta’ l-assorbiment atomiku fuq il-livell speċifikat. L-għażla tal-qies tal-kampjuni u l-metodu tal-preparazzjoni tal-kampjuni jistgħu jkunu bbażati fuq il-prinċipji tal-metodu deskritt fl’FNP 5 (1), “Metodi strumentali”.


    (1)  Karta 5 Rev 2 dwar Ikel u Nutriment – Gwida għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ avviżi ġenerali, teknika ġenerali analitika, testijiet ta’ identiikazzjoni, soluzzjonijiet għat-testijiet u materjali oħrajn ta’ referenza. (JECFA) ta’ l-1991, 322 paġna. Ingliż – ISBN 92-5-102991-1


    Top