This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0258
2005/258/: Council Decision of 14 March 2005 authorising Denmark to apply a measure derogating from Article 14(1)(d) of the Sixth Directive 77/388/EEC on the harmonisation of the laws of the Member States relating to turnover taxes
Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 14 ta’ Marzu 2005 li tawtorizza lid-Danimarka biex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 14(1)(d) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ
Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 14 ta’ Marzu 2005 li tawtorizza lid-Danimarka biex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 14(1)(d) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ
ĠU L 78, 24.3.2005, p. 47–47
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 281–281
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 31977L0388 | Deroga | artikolu 14.1 | 31/12/2010 |
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
281 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta' l-14 ta’ Marzu 2005
li tawtorizza lid-Danimarka biex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 14(1)(d) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ
(2005/258/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
F’ittra rreġistrata mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fis-17 ta’ Mejju 2004 l-awtoritajiet Daniżi talbu awtorizzazzjoni biex jintroduċu miżuri speċjali għal deroga mid-Direttiva sabiex jevitaw ċertu tipi ta’ evitar u skartar tat-taxxa. L-Istati Membri l-oħra kienu infurmati b’din it-talba fil-15.10.2004. |
(2) |
Il-miżura derogatorja hija intenzjonata biex teskludi ċertu magazins u perjodiċi importati fid-Danimarka mill-eżenzjoni taħt l-Artikolu 14(1)(d) tad-Direttiva u biex tapplika il-VAT fuqhom. Dak l-Artikolu ġie implimentat bid-Direttiva 83/181/KEE (2), li tistipula li oġġetti b’valur totali li ma jaqbiżx EUR 10 għandhom ikunu eżentati fil-VAT fuq id-dħul. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni għal oġġetti importati b’valur totali ta’ aktar minn EUR 10 imma li ma jaqbiżx EUR 22. Id-Danimarka bħalissa teżenta mill-VAT importazzjonijiet ta’ konsenji żgħar ta’ natura kummerċjali minn pajjiżi terzi. Il-limitu Daniż għall-eżenzjoni tal-VAT hu ta’ DKK 80 (EUR 10). |
(3) |
L-awtoritajiet Daniżi skoprew li xi kumpaniji ta’ pubblikazzjoni jibdlu r-rotta tad-distribuzzjoni tal-pubblikazzjonijiet tagħhom lill-abbonati tagħhom fid-Danimarka u jgħadduhom minn territorji li mhumiex koperti bis-Sitt Direttiva, b’telf ta’ dħul għad-Danimarka u konsegwentament b’impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Komunità. |
(4) |
It-talba għad-deroga tolqot biss lill-konsenji u lis-sitwazzjonijiet konnessi ma' l-iskema ta’ skartar ta' taxxa u m’hijiex intiża li teskludi mill-eżenzjoni l-konsenju bil-posta kollha fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 22 tad-Direttiva 83/181/KEE. Jidher għalhekk li d-deroga proposta mill-Artikolu 14(1)(d) hi fil-fatt l-aktar soluzzjoni adatta f'dan il-każ speċifiku. |
(5) |
Id-deroga tevita telf tal-VAT u għalhekk ma taffettwax b’mod negattiv ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 14(1)(d) tad-Direttiva 77/388/KE, id-Danimarka hi awtorizzata biex tapplika l-VAT fuq l-importazzjoni fid-Danimarka ta’ magazins, perjodiċi jew pubblikazzjonijiet oħra simili, stampati fit-territorju tal-Komunità, kif definit fl-Artikolu 3 ta' l-imsemmija Direttiva u mibgħuta lil individwi fi-Danimarka.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2010.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lid-Danimarka.
Magħmula fi Brussel, nhar il-14 ta’ Marzu 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
F. BODEN
(1) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 190/2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).
(2) ĠU L 105, 23.4.1983, p. 38. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni 2003.