Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0132

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta' Frar 2005 li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/137/KE li taċċetta garanziji offruti marbuta ma' importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonot tal-ħadid jew azzar pur li joriġinaw mill-Kroazja u l-Ukrajna

    ĠU L 46, 17.2.2005, p. 44–45 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 88–89 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/132(1)/oj

    18.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    88


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-16 ta' Frar 2005

    li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/137/KE li taċċetta garanziji offruti marbuta ma' importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonot tal-ħadid jew azzar pur li joriġinaw mill-Kroazja u l-Ukrajna

    (2005/132/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet mibjugħa taħt il-prezz (dumped) minn pajjiżi li m'humiex membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A.   PROĊEDURA TA' QABEL

    (1)

    Bir-Regolament (KE) Nru 348/2000 (2), il-Kunsill impona dazji defninittivi kontra d-dumping fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonot tal-ħadid jew azzar pur li joriġinaw mill-Kroazja u l-Ukrajna. Bid-Deċiżjoni 2000/137/KE (3), il-Kummissjoni aċċettat garanziji offruti minn esportaturi li joriġinaw mill-Kroazja u l-Ukrajna. Bid-Deċiżjoni 2002/669/KE, il-Kummissjoni aċċettat l-irtirar volontarju tal-garanzija konġunta tal-produtturi ta' l-Ukrajna.

    (2)

    Minħabba talba mressqa mill-Kumitat għall-Ħarsien ta' l-Industrija tat-Tubi ta' l-Azzar mingħajr ġonot ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni interim tal-miżuri fis-seħħ kontra d-dumping, li tinkludi l-forma tal-miżura, bi qbil ma' l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. (4)

    B.   IRTIRAR TA' L-AĊĊETTAZZJONI TA' IMPENN

    (3)

    Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 258/2005 (5), iffinalizza r-reviżjoni.

    (4)

    Kif stipulat fil-premessa (137) tar-Regolament (KE) Nru 258/2005, u wara li kkonsulta l-partijiet kollha kkonċernati, l-impenn fil-forma preżenti ma għadux xieraq. Fuq din il-bażi, u anki skond il-klawsoli rilevanti ta' l-impenn li fuqu qed nitkellmu, li jawtorizza lill-Kummissjoni biex tirtira l-aċċettazzjoni ta' l-impenn unilateralment, il-Kummissjoni kkonkludiet li tirtira l-aċċettazzjoni ta' l-impenn.

    (5)

    Il-Kummissjoni infurmat f'Diċembru 2004 lill-kumpanija mill-Kroazja Mechel Željezara Ltd, li pproponiet li tirtira l-aċċettazzjoni ta' l-impenn preżenti. Wara din in-notifika, il-gvern tal-Kroazja informa lill-Kummissjoni li l-kumpanija, bħala l-unika produttriċi fil-Kroazja tal-prodott ikkonċernat, ġiet likwidata u waqqfet il-produzzjoni fil-ħarifa ta' l-2004. Għalhekk, apparti dan, l-impenn huwa kkunsidrat li mhuwiex validu aktar.

    C.   REVOKA TAD-DEĊIŻJONI 2000/137/KE

    (6)

    Minħabba dak kollu li ġie msemmi, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/137/KE, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/669/KE, għandha tiġi revokata.

    (7)

    Fl-istess żmien ta' din id-Deċiżjoni, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) 258/2005 impona dazju definittiv kontra d-dumping fuq skala nazzjonali fuq importazzjonijiet għall-Komunità ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonot tal-ħadid jew azzar pur li joriġinaw mill-Kroazja.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/137/KE, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/669/KE, hija hawnhekk irrevokata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, fis-16 ta' Frar 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Peter MANDELSON

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 56, tas-6.3.1996, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p.12).

    (2)  ĠU L 45, tas-17.2.2000, p. 1. Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1515/2002 (ĠU L 228, ta' l-24.8.2002, p. 20).

    (3)  ĠU L 46, tat-18.2.2000, p. 34. Deċiżjonidemendata bid-Deċiżjoni 2002/669/KE (ĠU L 228, ta' l-24.8.2002, p. 20).

    (4)  ĠU Ċ 288, tat-23.11.2002, p. 11.

    (5)  Ara paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    Top