EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0105

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta' Frar 2005 li tawtorizza lill-Iżvezja tuża s-sistema stabbilita mit-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 li tieħu post l-istħarriġ statistiku dwar il-bhejjem bovini (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 194) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 33, 5.2.2005, p. 74–74 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 46–46 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/105(1)/oj

18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

46


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta' Frar 2005

li tawtorizza lill-Iżvezja tuża s-sistema stabbilita mit-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 li tieħu post l-istħarriġ statistiku dwar il-bhejjem bovini

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 194)

(It-test bil-lingwa Żvediża biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/105/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE ta' l-1 ta' Ġunju 1993 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jsir fil-qasam tal-produzzjoni tal-bovini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u (3) tagħha.

Billi:

(1)

It-Titolu 1 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1760/2000 (2) li jistabbilixxi sistema ta' identifikazzjoni u ta' reġistrazzjoni tal-bovini.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/693/KE tagħraf il-karattru operazzjonali tas-sistema Svediża dwar l-informazzjoni dwar il-bovini (3).

(3)

Fi qbil mad-Direttiva 93/24/KEE, l-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom, ikunu awtorizzati jużaw sorsi ta' informazzjoni amministrattivi minflok l-istħarriġ dwar il-bhejjem bovini sakemm dawn jobdu l-obbligi li tqiegħed id-Direttiva msemmija.

(4)

B'appoġġ għat-talba tagħha tad-29 ta' Ottubru 2003, l-Isvezja tat dokumentazzjoni teknika dwar l-istruttura u l-aġġornar ta' l-informazzjoni msemmija fit-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 kif ukoll dwar il-metodi tal-kalkolu ta' l-informazzjoni statistika.

(5)

B'mod partikolari, l-Iżvezja pproponiet metodi ta' kalkolu sabiex tikseb informazzjoni statistika għall-kategoriji, imsemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/24/KEE, li mhumiex direttament disponibbli fl-informazzjoni msemmija fit-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. L-Isvezja għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tiżgura li dawn il-metodi ta' kalkolu jiżguraw il-preċiżjoni ta' l-informazzjoni statistika.

(6)

Wara l-eżaminar tad-dokumentazzjoni teknika li taw l-awtoritajiet Svediżi, jirriżulta li t-talba għandha tiġi aċċettata.

(7)

Din id-Deċiżjoni hija fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta' l-Istatistika Agrikola mwaqqfa mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KE (4).

IDDEĊIDIET HEKK:

Artikolu 1

L-Isvezja hija awtorizzata tibdel l-istħarriġ dwar il-bhejjem bovini stipulata mid-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE bl-użu tas-sistema ta' identifikazzjoni u ta' reġistrazzjoni tal-bovini msemmija fit-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 sabiex tikseb l-informazzjoni statistika kollha mitluba sabiex ikunu konformi ma' l-obbligi mitluba mid-Direttiva msemmija.

Artikolu 2

Jekk is-sistema msemmija fl-Artikolu 1 ma tibqax operazzjonali jew jekk il-kontenut tagħha ma jippermettix li tinkiseb informazzjoni statistika ta' min jafda fuqha b'mod ġenerali jew dwar ċerti kategoriji ta' bovini, l-Isvezja terġa' lura għas-sistema ta' stħarriġ statistiku għall-evalwazzjoni ta' l-informazzjoni tal-bhejjem bovini jew tal-kategoriji kkonċernati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Iżvezja.

Magħmula fi Brussell, fit-3 ta' Frar 2005.

Mill-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 149 tal-21.6.1993, p. 5.; Direttiva emendata mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) (ĠU L 284 tal-31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 204 tal-11.08.2000, p. 1. Regolament emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' 2003.

(3)  ĠU L 273 tat-23.10.1999, p. 14.

(4)  ĠU L 179 tas-7.8.1972, p. 1.


Top