Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0045

2005/45/KE Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati

ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/45(1)/oj

Related international agreement

26.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

L 23/17


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Diċembru 2004

dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati

(2005/45/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-Artikolu 300(2), u l-Artikolu 300(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja mal-Konfederazzjoni Svizzera dwar Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' fis-20 ta' Ottubru 2004 (1), u suġġett għall-konklużjoni f'data aktar tard, il-Ftehim ġie ffirmat f'isem il-Komunità fis-26 ta' Ottubru 2004.

(3)

Il-Ftehim jipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati qiegħed hawn jiġi approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fir-rigward tad-deċiżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt bażati fuq l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru. 2 tal-Ftehim għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 5(1) tal-Ftehim f'isem il-Komunità Ewropea (2).

Artikolu 4

Skond l-Artikolu 5(2) tal-Ftehim u qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta' Frar 2005, sakemm il-miżuri ta' implimentazzjoni kif definiti fl-Artikolu 5(4) tal-Protokoll Nru 2 ikunu adottati fl-istess żmien.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, 22 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

C. VEERMANN


(1)  Li għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top

26.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

L 23/19


IL-FTEHIM

bejn il-Komunità ewropea u l-konfederazzjoni svizzera li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità ekonomika ewropea u l-konfederazzjoni svizzera tat-22 ta' lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem “il-Komunità”,

min-naħa waħda, u

L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA, minn hawn ’Il quddiem “l-Isvizzera”,

min-naħa l-oħra,

minn hawn ’il quddiem, it-tnejn flimkien “il-Partijiet Kontraenti”,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta' Lulju 1972 u d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar negozjati approfonditi annessa ma' l-atti aħħarija tal-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Konfederazzjoni Svizzera, iffirmata fil-Lussemburgu fil-21 ta' Ġunju 1999,

B'KONSIDERAZZJONI li l-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta' Lulju 1972 – minn hawn ’il quddiem "il-Ftehim" – għandu jkun aġġornat skond ir-riżultati ta' l-Uruguay Round u jkun adattat fir-rigward ta' coverage tal-prodotti,

B'KONSIDERAZZJONI li l-flussi tal-kummerċ bejn l-Isvizzera u l-Istati Membri l-ġodda għandhom jinżammu wara t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea,

B'XEWQA għat-titjib ta' l-aċċess reċiproku għas-swieq għal prodotti agrikoli proċessati,

WARA LI KKUNSIDRA l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u l-Konfederazzjoni Svizzera min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tas-17 ta' Marzu 2000,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim huwa emendat kif ġej:

1.

L-Anness I tal-Ftehim huwa mibdul bl-Anness I il-ġdid li huwa mehmuż ma dan il-Ftehim bħala l-Anness 1.

2.

Il-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim huwa mibdul bil-Protokoll Nru 2 il-ġdid, li huwa mehmuż ma dan il-Ftehim bħala l-Anness 2.

Artikolu 2

Il-ftehim li ġejjin huma revokati b'effett mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim:

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u l-Konfederazzjoni Svizzera min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tas-17 ta' Marzu 2000;

L-iskambju ta' ittri bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Amministrazzjoni Federali Svizzera dwar l-arranġamenti ddisinjati sabiex itejbu t-trasparenza fil-miżuri varji ta' kumpens ta' prezzijiet applikati mill-Komunità Ewropea u l-Isvizzera li jafettwaw il-kummerċ fil-prodotti agrikoli pproċessati koperti mill-Protkoll Nru 2 tad-29 ta' Novembru 1988.

Artikolu 3

L-Annessi ta' dan il-ftehim, inklużi l-Iskedi u l-Appendiċi għall-Iskedi u l-Appendiċi għall-Protokoll Nru 2, għandhom ikunu parti integrali minnu.

Artikolu 4

1.   Dan il-ftehim għandu japplika, minn naħa, ghat-territorji li għalihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej fuq it-termini stipulati f'dak it-Trattat, u min-naħa l-oħra, ghat-territorju ta' l-Isvizzera.

2.   Dan il-ftehim għandu wkoll japplika ghat-territorju tal-Prinċipat tal-Liechtenstein sakem tinżamm l-unjoni doganali ma' l-Isvizzera.

Artikolu 5

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom stess. Għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik li fiha l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Sakemm jitlestew il-proċeduri tar-ratifika msemmija fil-Paragrafu 1, il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw dan il-ftehim mill-ewwel jum tar-raba' xahar wara d-data tal-firma sakemm il-miżuri ta' implimentazzjoni kif definiti fl-Artikolu 5(4) tal-Protokoll Nru 2 huma adottati fl-istess data.

Artikolu 6

1.   Dan il-ftehim għandu jkun imħejji f'duplikat biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Isvediż, kull wieħed ugwalment awtentiku.

2.   Il-verżjoni tal-lingwa Maltija għandha tkun awtentikata mill-Partijiet Kontraenti fuq bażi ta' skambju ta' ittri. Għandha tkun awtentika wkoll, bl-istess mod bħal-lingwi msemmija f'paragrafu 1.

B' XHIEDA TA' DAN, il-plenipotenzjarji hawn taħt iffirmati, poġġew il-firem tagħhom.

Hecho en Luxemburgo, el veintiséis de octubre de dos mil cuatro.

V Lucemburku dne dvacátého šestého října dva tisíce čtyři.

Udfærdiget i Luxembourg den seksogtyvende oktober to tusind og fire.

Geschehen zu Luxemburg am sechsundzwanzigsten Oktober zweitausendundvier.

Kahe tuhande neljanda aasta oktoobrikuu kahekümne kuuendal päeval Luxembourgis.

Έγινε στo Λουξεμβούργο, στις είκοσι έξι Οκτωβρίου δύο χιλιάδες τέσσερα.

Done at Luxembourg on the twenty-sixth day of October in the year two thousand and four.

Fait à Luxembourg, le vingt-six octobre deux mille quatre.

Fatto a Lussemburgo, addì ventisei ottobre duemilaquattro.

Luksemburgā, divi tūkstoši ceturtā gada divdesmit sestajā oktobrī.

Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų spalio dvidešimt šeštą dieną Liuksemburge.

Kelt Luxembourgban, a kettőezer negyedik év október havának huszonhatodik napján.

Magħmula fil-Lussemburgu fis-sitta u għoxrin jum ta' Ottubru tas-sena elfejn u erbgħa.

Gedaan te Luxemburg, de zesentwintigste oktober tweeduizendvier.

Sporządzono w Luksemburgu w dniu dwudziestym szóstym października roku dwutysięcznego czwartego.

Feito no Luxemburgo, em vinte e seis de Outubro de dois mil e quatro.

V Luxemburgu dvadsiateho šiesteho októbra dvetisícštyri.

V Luxembourgu, dne šestindvajsetega oktobra leta dva tisoč štiri.

Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäkuudentena päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattaneljä.

Som skedde i Luxemburg den tjugosjätte oktober tjugohundrafyra.

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Eυρωπαϊκή Koινóτητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Pour la Confédération suisse

Per la Confederazione svizzera

Image


ANNESS 1

“ANNESS I

Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2(i) tal-Ftehim:

Kodiċi HS

Deskrizzjoni

2905 43

– – Mannitol

2905 44

– – D-glucitol (sorbitol)

3501

Kaseina, Kaseinati u derivattivi oħra tal-kaseina, kolol mill-kaseina:

3501 10

– Kaseina

ex35 01 90

– Oħrajn:

– -Oħrajn li mhux kolol mill-Kaseina

3502

Albumini (inklużi l-konċentrati ta' proteini tax-xorrox, li fil-piż għandhom aktar minn 80 % proteini tax-xorrox, ikkalkulat fuq il-piż niexef), albuminati u derivattivi oħra ta' l-albumina:

– Albumina tal-bajd:

3502 11

– – Mnixxfa

3502 19

– – Oħrajn

3502 20

– Albumina tal-ħalib, inklużi l-konċentrati ta' żewġ proteini tax-xorrox jew aktar

3505

Destrini u lamti mmodifikati oħra (per eżempju, lamti preġelatinizzati jew esterifikati); kolol ibbażati fuq il-lamtu, jew fuq destrini jew lamti mmodifikati oħra:

 

għall-għalf

3809

Finishing agents, ġarriera tal-kulur sabiex titgħaġġel iż-żebgħa jew it-tranġar jew prodotti taż-żebgħa u prodotti u preparazzjonijiet (per eżempju, sustanzi għat-twebbis u murdenti), tat-tip użati fl-industriji tat-tessili, tal-karti tal-ġilda u industriji simili, mhux speċifikati x'imkien ieħor jew inklużi:

3809 10

– 'bażi ta' enżimi li jibdlu l-lamtu u l-glajkoġen f' sempliċi zokkor, għall-għalf

3823

Aċidi mxaħħma monokarboksiliċi industrijali, żejt aċiduż mir-raffinar; alkoħol mxaħħam industrijali:

– Aċidi mxaħħma monokarboksiliċi industrijali, żejt aċiduż mir-raffinar:

3823 11

– – Aċidu steariku

3823 12

– – Aċidu oleiku

3823 19

– – Oħrajn

3823 70

– Alkoħol mxaħħam industrijali

3824 60

– Sorbitol minbarra dak ta' sub-intestatura 2905 44

5301

Flax, nej jew proċessat iżda mhux imrembel, flax tow u skart (inkluż skart ta' yarn u stokk garnetted)

5302

Haxixa vera (Cannabis sativa L.), nej jew proċessat iżda mhux imrembel, tow u skart ta' ħaxixa vera (inkluż skart ta' yarn u stokk garnetted)”


ANNESS 2

PROTOKOLL Nru 2

Dwar ċerti prodotti agrikoli proċessati

Artikolu 1

Prinċipji Ġenerali

1.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fl-Iskedi I u II sakem mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Protokoll.

2.   B'mod partikolari, fir-rigward ta' dawn il-prodotti, il-Partijiet Kontraenti ma jistgħux jimponu dazji doganali jew imposti li għandhom effett ekwivalenti fuq l-importazzjoni, inklużi komponenti agrikoli, jew jagħtu rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, jew kull rifużjoni, tneħħija jew maħfra ta' ħlas, parzjali jew sħiħa, ta' dazji doganali jew dazji doganali jew imposti li għandhom effett ekwivalenti.

3.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll għandhom bl-istess mod japplikaw lill-Prinċipat tal-Liechtenstein sakemm jiġi applikat il-Protokoll Nru 3 għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea għall-Prinċipat tal-Liechtenstein.

Artikolu 2

L-Applikazzjoni ta' miżuri ta' kumpens tal-prezzijiet

1.   Sabiex jiġu kkunsidrati d-differenzi fl-infiq fuq materji primi agrikoli wżati fil-manifattura tal-prodotti speċifikati fl-Iskeda I, il-Ftehim ma jipprekludix l-applikazzjoni ta' miżuri ta' kumpens tal-prezzijiet għal dawn il-prodotti; din hija l-impostazzjoni ta' komponenti agrikoli fuq l-importazzjoni u l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew l-għoti ta' rifużjonijiet, tneħħija jew maħfra ta' ħlas, parzjali jew sħiħa, ta' dazji doganali jew imposti li għandhom effett ekwivalenti.

2.   Jekk Parti Kontraenti tapplika miżuri interni, li jnaqqsu l-prezz tal-materjal mhux ipproċessat għall-industriji ta' l-ipproċessar, dawn il-miżuri għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu ta' ammonti ta' kumpens fuq il-prezzijiet.

Artikolu 3

Miżuri ta' kumpens fuq il-prezz għall-importazzjoni

1.   L-ammonti bażiċi ta' l-Isvizzera għall-materjal agrikolu mhux ipproċessat li ġew ikkunsidrati fil-kalkolu tal-komponenti agrikoli fuq l-importazzjoni la huwa ser jeċċedi d-differenza bejn il-prezz ta' referenza domestiku ta' l-Isvizzera u l-prezz ta' referenza domestiku tal-Komunita għall-materjal agrikolu mhux ipproċessat u lanqas l-imposta doganali fil-fatt applikata għall-materjal agrikolu mhux ipproċessat meta impurtat ta' li hu.

2.   L-iskema Svizzera ta' l-importazzjoni għall-prodotti speċifikati fl-Iskeda I hija stabbilita fl-Iskeda IV.

3.   Jekk il-prezz domestiku ta' referenza Svizzeru huwa aktar baxx minn dak tal-Komunità, il-Komunità tista' tintroduċi miżuri ta' kumpens fuq il-prezzijiet kif stipulat fl-Artikolu 2, jiġifieri l-impostazzjoni fuq il-komponenti agrikoli ma' l-importazzjoni, bi qbil mar-Regolament (KE) 1460/96 u dawk li segwewh.

Artikolu 4

Miżuri ta' kumpens fuq il-prezz għall-esportazzjoni

1.   Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew rifużjonijiet, qtugħ jew maħfriet Svizzeri, parzjali jew sħaħ ta' imposti doganali jew imposti li għandhom effett ekwivalenti għall-esportazzjoni lejn il-Komunità għall-prodotti elenkati fl-Iskeda I m'għandomx jeċċedu d-differenza bejn il-prezz domestiku ta' referenza Svizzeru u dak tal-Kommunità għall-materjal agrikolu mhux ipproċessat użat fil-manifattura ta' dawn il-prodotti mmoltiplikat mal-kwantitajiet fil-fatt użati. Jekk il-prezz domestiku ta' referenza Svizzeru hu l-istess jew anqas minn dak tal-Komunità, ir-rifużjoni ta' l-esportazzjoni Svizzera, jew rifużjoni, qtugħ jew maħfra, parzjali jew sħiħa ta' imposti doganali jew imposti li għandhom effett ekwivalenti għandu jkun żero.

2.   Jekk il-prezz domestiku ta' referenza Svizzeru huwa aktar baxx minn dak tal-Komunità, il-Komunità tista' tintroduċi miżuri ta' kumpens fuq il-prezzijiet kif stipulat fl-Artikolu 2, jiġifieri l-għotja ta' rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, bi qbil mar-Regolament (KE) 1520/2000 u dawk li segwewh jew rifużjoni, qtugħ jew maħfra, parzjali jew sħiħa ta' imposti doganali jew imposti li għandhom effett ekwivalenti.

3.   Għaz-zokkor użat fil-manifattura tal-prodotti elenkati fl-Iskedi I u II il-Partijiet Kontraenti ma għandhomx jagħtu l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni, jew kwalunkwe rifużjoni, qtugħ jew maħfra, parzjali jew sħiħa ta' imposti doganali jew imposti li għandhom effett ekwivalenti

Artikolu 5

Prezzijiet ta' referenza

1.   Il-prezzijiet ta' referenza tal-Komunità u dawk Svizzeri għall-materjali agrikoli mhux ipproċessati msemmija fl-Artikolu 3 u 4 huma elenkati fl-Iskeda III.

2.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom perjodikament, għall-inqas darba fis-sena, jipprovdu lill-Kumitat Konġunt bil-prezzijiet domestiċi ta' referenza ta' dawk il-materjali kollha mhux ipproċessati li għalihom miżuri ta' kumpens fuq il-prezz huma applikati. Il-prezzijiet domestiċi ta' referenza li huma pprovduti għandhom jirriflettu s-sitwazzjoni attwali tal-prezzijiet fit-territorju tal-Parti Kontraenti. Għandhom ikunu l-prezzijiet normalment imħallsa fl-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa jew dak ta' manifattura mill-industriji ta' l-ipproċessar. Jekk materjal agrikolu mhux ipproċessat huwa disponibbli għall-industrija ta' l-ipproċessar, jew parti minnha, bi prezz aktar baxx minn dak predominanti fuq is-suq domestiku, il-prezzijiet domestiċi ta' referenza pprovduti għandhom jiġu aġġustati kif jixraq.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jistipola l-prezzijiet domestiċi ta' referenza u d-differenzi fil-prezzijiet għall-materjali agrikoli mhux ipproċessati elekati fl-Iskeda III abbażi ta' l-informazzjoni pprovduta mis-servizzi tal-Kummissjoni u ta' l-Amministrazzjoni Federali Svizzera. Jekk huwa meħtieġ għall-preservazzjoni tal-marġini preferenzjali relattivi, l-ammonti bażiċi tal-materjal agrikolu mhux ipproċessat elenkat fl-Iskeda IV għandu jiġi adattat.

4.   Il-Kumitat Konġunt għandu jirrevedi l-prezzijiet domestiċi għall-materjali agrikoli mhux ipproċessati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li huma elenkati fl-Iskeda III qabel l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 6

Dispożizzjoni speċjali dwar il-kooperazzjoni amministrattiva

Dispożizzjonijiet speċjali dwar il-kooperazzjoni amministrattiva huma stipolati fl-Appendiċi ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 7

Emendi

Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jemenda l-Iskedi, l-Appendiċi ta' l-Iskedi u l-Appendiċi mehmuż ma' dan il-Protokoll.

SKEDA I

Prodotti soġġetti għal miżuri ta' kumpens għall-prezzijiet

HS Nru ta' l-Intestatura

Deskrizzjoni tal-prodotti

0403

Xorrox tal-butir, ħalib imbaqqat u krema, jogurt, kephir u ħalib jew krema iffermentat/a jew aċidifikat/a, konċentrat jew mhux jew li fih iz-zokkor miżjud jew sustanzi oħra ta' ħlewwa jew ta' togħma jew li fih frott, ġwież jew kakaw miżjud:

.10

– Jogurt:

ex .10

– – Bit-togħma jew li fih il-frott, ġwież jew kakaw miżjud

.90

– Oħrajn:

ex .90

– – Bit-togħma jew li fih il-frott, ġwież jew kakaw miżjud

0405

Butir u xaħmijiet u żjut oħra dderivati mill-ħalib; dlik magħmul minn prodotti tal-ħalib u /jew bajd:

.20

– Dlik magħmul minn prodotti tal-ħalib u/jew bajd:

ex .20

– Ta' kontenut tax-xaħam, (piż), ta' 39 % jew aktar, iżda anqas minn 75 %

1517

Marġerin, taħlit kommestibbli jew preparazzjonijiet ta' xaħmijiet jew żjut tal-bhejjem jew veġetali jew ta' frazzjonijiet ta' xaħmijiet differenti jew żjut ta' dan il-Kapitolu, li m'humiex xaħmijiet jew żjut kommestibbli jew il-frazzjonijiet tagħhom ta' l-intestatura Nru 1516:

.10

– Marġerin, eskluż il-marġerin likwidu:

ex .10

– – Li fih aktar minn 10 % iżda mhux aktar minn 15 % tal-piż f'xaħmijiet tal-ħalib

.90

– Oħrajn:

ex .90

– – Li fih aktar minn 10 % iżda mhux aktar minn 15 % piż ta' xaħmijiet tal-ħalib

1704

Ħelu taz-zokkor (inkluża ċ-ċikkulata bajda), li ma fihx kakaw

1806

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta' l-ikel li fihom il-kakaw

1901

Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta' l-ikel tad-dqiq; xgħir u barli mitħun oħxon, nuħħala, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihx trab tal-kakaw jew li fih anqas minn 40 % tal-piż kakaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, mhux speċifikat x'imkien ieħor jew inkluż; preparazzjonijiet ta' l-ikel ta' oġġetti taħt l-intestaturi Nru 0401 sa 0404, li ma fihomx kakaw jew li fihom anqas minn 5 % tal-piż kakaw, ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor

1902

Għaġin, imsajjar jew mhux imsajjar jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħra) jew ippreparat mod ieħor, bħalma huma l-ispagetti, mqarrun, tarja, lasanja, injokki, ravjul, kannelloni, kuskus, ippreparat jew mhux

1904

Ikel ippreparat miksub permezz ta' l-infiq jew l-inkaljar taċ-ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju korn flejks); ċereali (li mhux mais (qamħirrum)) fil-forma granulari jew fil-forma ta' flejks jew granuli maħduma (ħlief għad-dqiq, xgħir u nuħħala), imsajjar minn qabel, jew ippreparat mod ieħor, mhux speċifikat jew inkluż x' imkien ieħor

1905

Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u għaġniet oħra, li fihom il-kakaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta tat-tip li huma tajbin għall-użu farmaċewtiku, wejfers tas-siġillar, karta ta' l-ostja u prodotti simili oħra

2004

Ħxejjex oħra ppreparati jew ippriżervati b'mod ieħor li m'huwiex ħall jew acidu aċetiku, iffriżat, ħlief għall-prodotti taħt l-intestatur Nru 2006:

.10

– Patata:

ex .10

– – Fil-forma ta' dqiq, nuħħala jew flejks

2005

Ħxejjex oħra ppreparati jew ippriżervati b'mod ieħor li m'huwiex ħall jew acidu aċetiku, mhux iffriżat, ħlief għall-prodotti taħt l-intestatur Nru 2006:

.20

– Patata:

ex .20

– Fil-forma ta' dqiq, nuħħala jew flejks

2008

Frott, ġwież u partijiet oħra kommestibbli ta' pjanti, ippreparati jew ippriżervati mod ieħer, li fihom iz-zokkor jew sustanza oħra jew spirtu ta' ħlewwa miżjud/a, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor:

– Ġwież, ġwież mitħuna u żrieragħ oħra, imħalltin flimkien jew le:

.11

– – Ġwież mitħuna:

ex .11

– – – Butir tal-karawett

2101

Estratti, essenzi u konċentrati, tal-kafè, tè jew matè u preparazzjonijiet b'bażi ta' dawn il-prodotti jew b'bażi ta' kafè, tè jew matè; ċikwejra nkaljata u sostituti tal-kafè oħra mixwija, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom:

– Estratti, essenzi u konċentrati, tal-kafè u preparazzjonijiet b'bażi ta' dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati jew b'bażi tal-kafè:

.12

– – Preparazzjonijiet b'bażi ta' dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati jew b'bażi tal-kafè:

ex .12

– – – Li fihom 1.5 % jew aktar tal-piż f'xaħam tal-ħalib, 2.5 % jew aktar proteini tal-ħalib, 5 % jew aktar zokkor jew 5 % jew aktar lamtu

.20

– Estratti, essenzi u konċentrati, ta' tè jew matè u preparazzjonijiet b'bażi ta' dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati jew b'bażi ta' tè jew matè:

ex .20

– Li fihom 1.5 % jew aktar tal-piż f'xaħam tal-ħalib, 2.5 % jew aktar proteini tal-ħalib, 5 % jew aktar zokkor jew 5 % jew aktar lamtu

2103

Zlazi u preparazzjonijiet għaz-zlazi; kondimenti mħallta u ħwawar imħallta, dqiq tal-mustarda u nuħħala u mustarda ppreparata:

.20

– Keċap tat-tadam u zlazi oħra tat-tadam

.90

– Oħrajn:

ex .90

– – Oħrajn ħlief ċatni tal-mang, likwidu

2104

Sopop u brodi u preparazzjonijiet għalihom; preparazzjonijiet ta' l-ikel komposti omoġenizzati

2105

Ġelat u silġ ieħor kommestibli, kemm jekk fih il-kakaw u kemm jekk le

2106

Preparazzjonijiet ta' l-ikel mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor:

.10

– Konċentrati tal-proteini u sustanzi tal-proteini b'konsistenza:

ex .10

– – Li fihom aktar minn 1 % ta' xaħmijiet tal-ħalib, 1 % ta' xaħmijiet oħra u aktar minn 5 % ta' zokkor

.90

– Oħrajn

2208

Alkoħol etiliku mhux denaturant ta' saħħa alkoħolika b'volum ta' anqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż:

ex .90

– Ħlief għall-alkoħol etiliku mhux denaturat ta' saħħa alkoħolika b'volum ta' anqas minn 80 % vol u ħlief għall-ġus ikkonċentrat ta' l-għeneb li fiħ l-ispirtu miżjud

3501

Kaseina, Kaseinati u derivattivi oħra tal-kaseina, kolol mill-kaseina:

.10

– Kaseina

.90

– Oħrajn:

ex .90

– – Li mhux kolol mill-Kaseina

SKEDA II

Prodotti tal-kummerċ ħieles

HS Intestatura Nru

Deskrizzjoni tal-prodotti

0501

Xagħar tal-bnedmin, mhux maħdum, maħsul jew mnaddaf u mhux; skart tax-xagħar tal-bnedmin

0502

Lanżit u xagħar tal-ħanżir jew tal-qażquż, xagħar tal-badger u xagħar ieħor li jintuża għall-ixkupilji; tilqit ta' lanżit jew xagħar

0503

Xagħar taż-żwiemel jew tilqit ta' xagħar taż-żwiemel, kemm jekk fi strat jew le b'materjal ta' appoġġ jew mingħajru

0505

Ġlud u partijiet oħrajn ta' l-għasafar, bir-rix jew bl-ewwel rix li jtellgħu, rix u partijiet ta' rix (kemm jekk bit-truf mirqum jew le) u l-ewwel rix, mhux maħdum iktar minn imnaddaf, diżinfettat jew ittrattat għall-preservazzjoni; trab u tilqit ta' rix jew partijiet tar-rix

10

– Rix ta' tip użat għall-mili, down

ex 90

– Oħrajn (ħlief għall-għalf)

0506

Għadam u l-intern tal-qrun, mhux maħdum, bix-xaħam imneħħi, ippreparat b'mod sempliċi, iżda mhux maqtugħ, ittrattat bl-aċidu jew deġelatinizzat; trab u tilqit ta' dawn il-prodotti

0507

Ivorju, qoxra tal-fekruna, għadam tal-baliena u xagħar ta' l-għadam tal-baliena, qrun, qrun ta' ċriev, dwiefer tal-bhejjem, dwiefer, dwiefer u munqari tat-tjur, mhux maħdumin jew sempliċement ippreparati iżda mhux imfasslin; trab u tilqit ta' dawn il-prodotti

0508

Qroll jew materjali simili, mhux maħdumin jew sempliċement preparati iżda mhux maħdumin b'xi mod ieħor; qxur ta' molluski, krostaċji jew ekinodermi u għadam tas-siċċa, mhux maħdumin jew sempliċement ippreparati iżda mhux imfasslin, trab u tilqit tagħhom

ex 00

– Oħrajn ħlief għall-għalf

0509

Sponoż naturali b'oriġini mill-annimali

0510

Ambra griża, castoreum, ċivetta u musk; kantaridi; bili (bile), kemm jekk imnixxef jew le; glandoli u prodotti ta' l-annimali oħrajn użati fil-preparazzjoni ta' prodotti farmaċewtiċi, friski, kesħin, iffriżati jew ippreservati proviżorjament b'xi mod ieħor

0710

Ħaxix, iffriżat:

40

– Qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata)

0711

Ħaxix ippreservat proviżorjament (per eżempju, b'gass tad-diossidju tal-kubrit, fl-ilma mielaħ, f'ilma tal-kubrit jew f'soluzzjonijiet ta' preservazzjoni oħrajn), iżda mhux addattati f'dak l-istat għall-konsum immedjat:

90

– Ħxejjex oħrajn; taħlit ta' ħaxix:

ex 90

– – Qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata)

0901

Kafè, kemm jekk inkaljat jew dekaffeinat, qxur u fosdoq tal-kafè; sostituti tal-kafè li fihom il-kafè f'kull proporzjon

0902

Tè, kemm jekk bl-essenza tat-togħma, kemm jekk le

0903

Maté

1212

Harrub, ħass tal-baħar u alka oħra, pitravi taz-zokkor u qasab taz-zokkor, frisk, kemm mitħun u kemm jekk le, għadam qlub tal-frott u prodotti veġetali oħra (inklużi l-egħruq mhux inkaljati taċ-ċikwejra tal-varjetà Cichorium intybus sativum) tat-tip użat primarjament għall-konsum tal-bniedem, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor:

ex 20

– Ħass tal-baħar u algi oħrajn (ħlief għall-għalf)

1302

Saps u estratti veġetali; sustanzi pectic, pectinates u pectates; agar-agar u mucilages u koagulanti oħrajn, kemm jekk modifikati jew le, derivati minn prodotti veġetali

1401

Materjali veġetali ta' tip użat primarjament għall-immaljar (plaiting) (per eżempju, bambù, rattans, qasab, rushes, żavżava, raffja, imnaddfin, tiben taċ-ċereali, u qoxra taz-zokk tal-lumiċell)

1402

Materjali veġetali tat-tip użati primarjament għall-mili jew bħala padding (per eżempju, kapok, xagħar veġetali u eel-grass), kemm jekk magħmul f'saffi u kif ukoll le b'materjal ta' support jew mingħajru

1403

Materjali veġetali tat-tip użat primarjament fi xkupi jew fi xkupilji (per eżempju, broomcorn, piassava, couch-grass u istle), kemm jekk f'hanks jew soror kif ukoll jekk le

1404

Prodotti veġetali mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor:

10

– Materjali veġetali nejjin tat-tip użat primarjament biex jingħata l-kulur u għall-ikkonzar

20

– Linters tal-qoton

ex 90

– Oħrajn (ħlief għall-għalf)

1505

Xaħam tas-suf tan-nagħaġ u sustanzi xaħmija meħudin minnu (inkluża l-lanolina):

ex 00

– Oħrajn ħlief għall-għalf

1516

Xaħmijiet ta' l-annimali jew mill-ħxejjex u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, idroġenati kompletament jew parzjalment, inter-esterifikati, ri-esterifikati jew elainizzati, kemm raffinati u kemm jekk le, iżda mhux preparati aktar minn hekk:

20

– Xaħmijiet veġetali u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom:

ex 20

– – Żejt idroġenizzat tar-riġnu, “opal-wax”

1517

Marġerin, taħlit kommestibbli jew preparazzjonijiet ta' xaħmijiet jew żjut tal-bhejjem jew veġetali jew ta' frazzjonijiet ta' xaħmijiet differenti jew żjut ta' dan il-Kapitolu, li m'humiex xaħmijiet jew żjut kommestibbli jew il-frazzjonijiet tagħhom ta' l-intestatura Nru 1516:

90

– Oħrajn:

ex 90

– – Taħlit kommestibbli jew preparazzjonijiet tat-tip li jistgħu jintużaw bħala sustanzi għall-ħelsien tal-forom

1518

Xaħmijiet jew żjut ta' l-annimali jew veġetali u l-frazzjonijiet tagħhom, mgħollija, ossidati, deidrati, sulforizzati, minfuħa, polimerizzati bis-sħana f'vakuum jew f'gass li ma jirreaġġix (inert) modifikat kimikament mod ieħor, esklużi dawk bl-intestatura Nru 1516; taħlit li ma jittiekilx jew preparazzjonijiet ta' xaħmijiet jew żjut ta' l-annimali jew veġetali u l-frazzjonijiet ta' xaħmijiet u żjut differenti ta' dan il-Kapitolu, mhux imsemmija jew speċifikati x'imkien ieħor:

ex 00

– Linoxina

1520

Gliċerolu, nej; ilma tal-gliċerolu u lyes tal-gliċerolu:

1521

Xama' veġetali (ħlief għat-trigliċeridi), xama' tan-naħal, xama' ta' xort' oħra mill-insetti u spermaċeti, kemm jekk raffinati jew mogħtija l-kulur u kemm jekk le

1522

Degras; residwi li jirriżultaw mit-trattament ta' sustanzi mxaħħmin jew xama' mill-annimali jew veġetali

1702

Zokkor ieħor, inkluż il-lattożi kimikament pura, maltożi, glukożi u fruttożi, fil-forma solida; zokkor, ġulepp li ma fihx ħwawar miżjuda jew sustanza li tagħti l-kulur; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma' għasel naturali jew le; karamella:

50

– Fruttożi kimikament pura:

90

– Oħrajn, inkluż zokkor invers u zokkor u taħlit ta' ġulepp taz-zokkor li fihom fl-istat niexef 50 % fil-piż ta' fruttożi:

ex 90

– – Maltożi kimikament pura (ħlief għall-għalf)

1803

Taħlita tal-kakaw kemm mingħajr xaħmijiet, kemm jekk le

1804

Butir, xaħam u żejt tal-kakaw

1805

Trab tal-kakaw li ma fihx zokkor miżjud jew essenza ħelwa

1903

Tapjoka u sostituti għalhekk ippreparati mill-lamtu fil-forma ta' flejks, granuli, perli, mgħarblin, jew f'forom simili

2001

Ħxejjex, frott, ġwież u partijiet kommestibbli oħra tal-pjanti, ippreparati jew ippriżervati permezz tal-ħall jew ta' l-aċidu aċetiku:

90

– Oħrajn:

ex 90

– – Qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata); qlub tal-palm; jam; patata ħelwa u partijiet tal-pjanti simili kommestibbli taħt l-intestatur 0714

2004

Ħxejjex oħra ppreparati jew ippriżervati b'mod ieħor li m'huwiex ħall jew aċidu aċetiku, iffriżat, ħlief għall-prodotti taħt l-intestatur Nru 2006:

90

– Ħxejjex oħrajn; taħlit jew ħxejjex:

ex 90

– – Qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata)

2005

Ħxejjex oħra ppreparati jew ippriżervati b'mod ieħor li m'huwiex ħall jew aċidu aċetiku, mhux iffriżat, ħlief għall-prodotti taħt l-intestatur Nru 2006:

80

– Qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata)

2006

Ħxejjex, frott, ġwież u partijiet kommestibbli oħra tal-pjanti, ippreparati jew ippriżervati permezz taz-zokkor, ġelu jew kristallizzat):

ex 00

– Qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata)

2007

Ġammijiet, jellies tal-frott, marmellati, puré tal-frott jew tal-ġwież u taħlit tal-frott jew tal-ġwież, miksuba permezz tat-tisjir, kemm jekk fihom iz-zokkor miżjud jew sustanzi ħelwin oħra u kemm jekk le

2008

Frott, ġwież u partijiet oħra kommestibbli ta' pjanti, ippreparati jew ippriżervati mod ieħer, li fihom iz-zokkor jew sustanza oħra jew spirtu ta' ħlewwa miżjud/a, mhux speċifikat x'imkien ieħor jew inkluż :

– Ġwież, ġwież mitħuna u żrieragħ oħra, imħalltin flimkien jew le:

11

– – Ġwież mitħuna:

ex 11

– – – Ġwież mitħuna, inkaljati

– Oħrajn, inkluż taħlitiet li ma jaqgħux taħt is-sub intestatura Nru 2008 19:

91

– – Qlub tal-Palm

99

– – Oħrajn:

ex 99

– – – Mais (qamħirrum), li mhux qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata)

2101

Estratti, essenzi u konċentrati, tal-kafè, tè jew maté u preparazzjonijiet b'bażi ta' dawn il-prodotti jew b'bażi ta' kafè, tè jew maté; ċikwejra nkaljata u sostituti tal-kafè oħra mixwija, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom:

– Estratti, essenzi u konċentrati, tal-kafè u preparazzjonijiet b'bażi ta' dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati jew b'bażi tal-kafè:

11

– – Estratti, essenzi u konċentrati

12

– – Preparazzjonijiet b'bażi ta' dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati jew b'bażi tal-kafè:

ex 12

– – – Li ma fihx xaħmijiet tal-ħalib, proteini tal-ħalib, zokkor jew lamtu jew li fih anqas minn 1.5 % tal-piż tiegħu xaħmijiet tal-ħalib, 2.5 % ta' proteini, 5 % ta' zokkor jew 5 % ta' lamtu

20

– Estratti, essenzi u konċentrati, ta' tè jew maté u preparazzjonijiet b'bażi ta' dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati jew b'bażi ta' tè jew maté:

ex 20

– – Li ma fihx xaħmijiet tal-ħalib, proteini tal-ħalib, zokkor jew lamtu jew li fih anqas minn 1.5 % tal-piż tiegħu xaħmijiet tal-ħalib, 2.5 % ta' proteini, 5 % ta' zokkor jew 5 % ta' lamtu

30

– Ċikwejra inkaljata u sostituti oħra inkaljati tal-kafè, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom

2102

Ħmira (attiva jew inattiva); mikro-organiżmi uniċellulari oħra, mejta (iżda li ma jinkludux it-tilqim ta' l-intestatura Nru 3002); trab tal-ħami ppreparat:

ex 10

– Ħmira attiva (ħlief għall-ħmira tal-furnara u li ma tintużax għall-għalf)

ex 20

– Ħmira inattiva; mikro-organiżmi uniċellulari oħra, mejta (li ma tintużax għall-għalf)

30

– Trab tal-ħami ppreparat

2103

Zlazi u preparazzjonijiet għaz-zlazi; kondimenti mħallta u ħwawar imħallta, dqiq tal-mustarda u nuħħala u mustarda ppreparata:

10

– Zalza tas-soja

30

– Dqiq u nuħħala tal-mustarda u mustarda ppreparata:

ex 30

– – Dqiq u nuħħala tal-mustarda ħlief għal dik għall-għalf; mustarda ppreparata:

90

– Oħrajn:

ex 90

– – Ċatni tal-mang, likwidu

2106

Preparazzjonijiet ta' l-ikel mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor:

10

– Konċentrati tal-proteini u sustanzi tal-proteini b'konsistenza:

ex 10

– – Li ma fihomx aktar minn 1 % ta' xaħmijiet tal-ħalib, 1 % ta' xaħmijiet oħra u aktar minn 5 % ta' zokkor

2201

Ilma, inkluż ilma minerali u ilma ossiġenat, li ma fihx zokkor miżjud jew sustanza li żżid il-ħlewwa jew mhux bit-togħma; silġ

2202

Ilma, inkluż ilma minerali u ilma ossiġenat, li fih zokkor miżjud jew sustanza li żżid il-ħlewwa jew bit-togħma, u xorb mhux alkoħoliku ieħor, minbarra meraq tal-frott jew tal-ħaxix ta' l-intestatura 2009:

10

– Ilma, inkluż ilma minerali u ilma ossiġenat, li fih zokkor miżjud jew sustanza li żżid il-ħlewwa oħra jew bit-togħma

ex 90

– Oħrajn li mhux ġus tal-frott jew tal-ħaxix miżjud bl-ilma jew ossiġenat

2203

Birra magħmula mix-xgħir

2205

Vermouth u inbid ieħor ta' għeneb frisk imħawwar bil-pjanti jew sustanzi aromatiċi

2207

Alkoħol ethyl mhux denaturat b'kontenut alkoħoliku mil-volum ta' 80 % vol jew iktar; alkoħol ethyl u spirti oħrajn, denaturati, ta' kwalunkwe qawwa:

2208

Alkoħol etiliku mhux denaturat ta' saħħa alkoħolika b'volum ta' anqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż:

20

– Spirti miksuba permezz tad-distillazzjoni ta' l-inbid ta' l-għenba jew il-karfa ta' l-għenba

30

– Wiski

40

– Rum u tafia

50

– Ġinn u Gnibru

60

– Vodka

70

– Likuri u cordials

2209

Ħall u sostituti għall-ħall miksuba mill-aċidu aċetiku

SKEDA III

Prezzijiet ta' referenza Svizzeri u tal-KE (4)

Materjal agrikolu mhux ipproċessat

Prezz ta' referenza Svizzeru

CHF għal kull 100 kg netti

Prezz ta' referenza tal-KE

CHF għal kull 100 kg netti

Differenza: prezz ta' l-Isvizzera/tal-KE

CHF għal kull 100 kg netti

Qamħ komuni

64,00

19,45

44,55

Qamħ durum

43,22

28,46

14,76

Segala

58,00

15,98

42,02

Barli

32,46

11,81

20,65

Mais

38,97

18,87

20,10

Dqiq tal-qamħ komuni

105,88

27,23

78,65

Trab tal-ħalib sħiħ

607,00

382,77

224,23

Trab tal-ħalib xkumat

481,04

295,49

185,55

Butir

922,00

336,10 (1)/455,20

466,80/585,90 (1)

Zokkor abjad

0,00

Bajd (2)

250,75

186,70

64,05

Patata Friska

42,00

21,14

20,86

Xaħam veġetali (3)

360,00

147,25

212,75

SKEDA IV

Ir-Reġim ta' Importazzjoni Svizzeru

(a)

L-imposta doganali għall-prodotti elenkati fl-Appendiċi għal din l-Iskeda hija komponent agrikolu kkalkulat fuq il-bażi tal-piż nett. Ir-riċetti standard huma speċifikati fl-Appendiċi.

(b)

Għall-prodotti elenkati fl-Appendiċi l-ammonti bażiċi li jmiss għall-materjal agrikolu mhux ipproċessat huma kkunsidrati għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

Materjal agrikolu mhux ipproċessat

Ammont bażiku applikat mid-data tad-dħul fis-seħħ

Ammont bażiku applikat minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ

CHF għal kull 100 kg netti

CHF għal kull 100 kg netti

Qamħ komuni

40,00

38,00

Qamħ durum

13,00

12,00

Segala

37,00

36,00

Barli

18,00

18,00

Mais

18,00

18,00

Dqiq tal-qamħ komuni

70,00

67,00

Trab tal-ħalib sħiħ

201,00

191,00

Trab tal-ħalib xkumat

167,00

158,00

Butir

466,00

466,00

Zokkor abjad

,

,

Xejn

36,00

36,00

Bajd

18,00

18,00

Patata Friska

191,00

181,00

(ċ)

L-imposta doganali għall-prodotti elenkati fl-iskeda hawn taħt huwa xejn.

Intestatura tat-tariffa Svizzera

Kummenti

1901.9099

 

1904.9020

 

1905.9040

 

2103.2000

 

ex2103.9000

Oħrajn ħlief ċatni tal-mang, likwidu

2104.3000

 

2106.9010

 

2106.9024

 

2106.9029

 

2106.9030

 

2106.9040

 

2106.9099

 

2208.9099

 

(d)

Mill-applikazzjoni ta' dan il-Protkoll, l-imposti doganali għall-prodotti elenkati fl-iskeda t'hawn taħt huma mnaqqsa għal żero fi tliet passi indaqs ta' sena.

Intestatura tat-tariffa Svizzera

Imposta applikata mid-data tad-dħul fis-seħħ

Imposta applikata minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ

Imposta applikata minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ

CHF għal kull 100 kg grossi

CHF għal kull 100 kg grossi

CHF għal kull 100 kg grossi

2208.9021

27,30

13,70

,

2208.9022

46,70

23,30

,

(e)

L-intestaturi tariffarji stipolati f'din l-Iskeda jirreferu għal dawk applikabbli fl-Isvizzera fl-1 ta' Jannar 2002. Minkejja l-Artikolu 12bis ta' dan il-Ftehim, it-termini ta' din l-Iskeda m'humiex ser ikunu affetwati minn bidliet li jistgħu iseħħu fin-nomenklatura tariffarja.


(1)  Għall-prodotti li jibbenefikaw mill-assistenza għall-butir mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2571/97 tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar il-bejgħ ta' butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir ikkonċentrat sabiex jintużaw fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti tal-pastiċċiera, il-ġelat u oġġetti oħra ta' ikel.

(2)  Derivati mill-prezzijiet għall-bajd ta' l-għasafar likwidi, mhux fil-qoxra, mmoltiplikati b'fattur ta' 0.85.

(3)  Prezzijiet għal xaħmijiet veġetali (għall-industrija tal-ħami u ta' l-ikel) b' kontenut ta' 100 % xaħam.

(4)  Il-prezzijiet ta' referenza tal-KE u dawk Svizzeri għall-materjali agrikoli mhux ipproċessati msemmija fl-Artikolu 3 u 4 li huma elenkati fl-Iskeda III huma bbażati fuq l-informazzjoni ta' l-1 ta' Jannar 2002. Għandhom jiġu riveduti mill-Kumitat Konġunt qabel l-applikazzjoni ta' dan il-Protkoll.

Top