Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1928

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1928/2004 tal- 25 ta’ Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2287/2003 li jiffissa għall-2004 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet fuq il-qabda

    ĠU L 332, 6.11.2004, p. 5–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 76–82 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0492

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1928/oj

    7.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    76


    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1928/2004

    tal-25 ta’ Ottubru 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2287/2003 li jiffissa għall-2004 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet fuq il-qabda

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2287/2003 (2) jistabbilixxi limitazzjoni interim għall-isforz tas-sajd u kundizzjonijiet addizzjonali għal monitoraġġ, spezzjoni u sorveljanza fil-kuntest ta’ rkupru ta’ ċerti ħażniet ta’ ħut. Minn dak iż-żmien il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 423/2004 tas-26 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru ta’ ħażniet ta’ merluzz (3). Hu xieraq li d-disposizzjonijiet ta’ l-Anness V jkunu allinejati ma’ dawk fir-Regolament (KE) Nru 423/2004. Barra minn hekk l-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness uriet li ċerti disposizzjonijiet tiegħu hemm bżonn li jew jiġu ċċarati jew magħmula aktar flessibli, sabiex tiġi mtejba l-applikabilità u l-effettivita tiegħu. Jeħtieġ li jkun żgurat li kull tibdil lill-iskema ma jirriżultax f’valur inqas ta’ konservazzjoni għall-miżuri in kwistjoni.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2287/2003 għandu għalhekk jiġi hekk emendat,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2287/2003 għandu jiġi mibdul bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lusssemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. VERDONK


    (1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

    (2)  ĠU L 344, 31.12.2003, p. 1.

    (3)  ĠU L 70, 9.3.2004, p. 8.


    ANNESS

    “ANNESS V

    LIMITAZZJONI INTERIM TA’ L-ISFORZ TAS-SAJD U KONDIZZJONIJIET ADDIZZJONALI GĦAL MONITORAĠĠ, SPEZZJONI U SORVELJANZA FIL-KUNTEST TA’ L-IRKUPRU TA’ ĊERTI ĦAŻNIET TA’ ĦUT

    Disposizzjonijiet ġenerali

    1.

    Il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità ta’ tul globali daqs jew aktar minn 10 metri.

    2.

    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, iż-żona ġeografika li ġejja għandha tapplika:

    (a)

    Kattegat (ICES Diviżjoni IIIa n-nofsinhar),

    Skagerrak u l-Baħar tat-Tramuntana (ICES Diviżjoni IVa, b, ċ IIIa tramuntana u IIa KE)

    l-Punent ta’ l-Iskozja (ICES Diviżjoni VIa),

    Il-Kanal ta’ l-Lvant (ICES Diviżjoni VIId) u

    Il-Baħar Irlandiż (ICES Diviżjoni VIIa).

    (b)

    Għal bastimenti notifikati lill-Kummissjoni li huma mgħammra b’sistemi xierqa ta’ monitoraġġ tal-bastimenti, id-definizzjoni li ġejja għaż-żona tal-Punent ta’ l-Iskozja, (ICES Diviżjoni VIa) għandha tapplika:

    ICES Diviżjoni VIa eskluża dik il-parti li tinsab fuq in-naħa tal-punent ta’ linja miġbuda billi tgħaqqad b’mod sekwenzjali b’linji dritti l-koordinati ġeografiċi li ġejjin:

     

    60o 00’ N, 04o 00’W

     

    59o 45’ N, 05o 00’W

     

    59o 30’ N, 06o 00’W

     

    59o 00’ N, 07o 00’W

     

    58o 30’ N, 08o 00’W

     

    58o 00’ N, 08o 00’W

     

    58o 00’ N, 08o 30’W

     

    56o 00’ N, 08o 30’W

     

    56o 00’ N, 09o 00’W

     

    55o 00’ N, 09o 00’W

     

    55o 00’ N, 10o 00’W

     

    54o 30’ N, 10o 00’W.

    3.

    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, jum preżenti fiż-żona u assenti mill-port għandu jkun:

    (a)

    il-perijodu ta’ 24 siegħa bejn 00: 00 Siegħa ta’ jum kalendarju u 24: 00 Siegħa ta’ l-istess jum kalendarju jew kwalunkwe parti ta’ tali perijodu li matulu bastiment ikun preżenti f’waħda miż-żoni definiti f’punt 2 u assenti minn port, jew

    (b)

    kwalunkwe perijodu kontinwu ta’ 24 siegħa kif irrekordjat fil-ġurnal ta’ abbord tal-KE li matulu bastiment ikun preżenti fi kwalunkwe waħda miż-żoni definiti fil-punt 2 u assenti mill-port jew kull parti ta’ perijodu ta’ ħin bħal dan.

    Stat Membru li jixtieq juża t-tifsira ta’ jum preżenti fiż-żona u assenti mill-port stabbilita taħt is-subpunt (b) għandu jinnotifika l-Kummissjoni bil-mezzi ta’ monitoraġġ ta’ l-attivitajiet ta’ bastiment biex jiżgura konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fis-subpunt (b).

    4.

    Għal finijiet ta’ dan l-Anness, il-gruppi ta’ tagħmir tas-sajd li ġejjin għandhom japplikaw:

    (a)

    xibka għas-sajd tat-tkarkir għall-ħut tal-qiegħ, tartarun jew tagħmir simili ta’ l-irmunkar ta’ xibka tad-daqs ta’ jew ikbar minn 100 mm minbarra xbieki tat-tkarkir bit-travu;

    (b)

    xbieki tat-tkarkir bit-travu ta’ qies daqs jew ikbar minn 80mm;

    (ċ)

    xbieki statiċi għall-ħut tal-qiegħ li jinkludu xbieki li fih il-ħut jeħel mill-garġi, parit u xbieki tat-tħabbil;

    (d)

    konzijiet għall-ħut tal-qiegħ;

    (e)

    xibka tat-tkarkir għall-ħut tal-qiegħ, tartarun jew tagħmir simili ta’ l-irmunkar ta’ xibka tad-daqs ta’ bejn 70mm u 99 mm min barra xbieki tat-travu b’ xibka daqs bejn 80 mm u 99 mm;

    (f)

    xibka tat-tkarkir għall-ħut tal-qiegħ, tartarun jew tagħmir simili ta’ l-irmunkar ta’ xibka ta’ bejn 16 mm u 31 mm minbarra xbieki tat-travu;

    Sforz tas-sajd

    5.

    Kull Stat Membru għandu jiżgura li, meta jinġarr abbord kull tip ta’ tagħmir tas-sajd li hemm referenza għalih fil-punt 4, bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu u reġistrati fil-Komunità għandhom ikunu preżenti fiż-żona u assenti mill-port għal mhux aktar min-numru ta’ jiem speċifikat fil-punt 6.

    6.

    (a)

    In-numru massimu ta’ jiem fi kwalunkwe xahar kalendarju li għalihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żona u assenti mill-port meta jkun ġarr abbord kwalunkwe wieħed mit-tagħmir tas-sajd imsemmi fil-punt 4 jidher fit-Tabella I.

    Tabella I

    Numru ta’ jiem massimu preżenti fiż-żona u assenti mill-port skond tagħmir tas-sajd

    Żona definita f’punt:

    Gruppi ta’ tagħmir tas-sajd imsemmija f’punt:

    4a

    4b

    4d

    4e

    4f

    2a. Kattegat, Skagerrak u l-Baħar tat-Tramunta, l-Iskozzja tal-Punent, Kanal tal-Lvant, il-Baħar Irlandiż

    10

    14

    14

    17

    22

    20

    (b)

    Stat Membru jista’ jgħodd flimkien il-jiem preżenti fiż-żona u assenti mill-port f’Tabella I fil-perijodi ta’ amministrazzjoni sa ħdax-il xahar tal-kalendarju. Stati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jgħoddu flimkien il-perijodu ta’ amministrazzjoni qabel il-bidu ta’ kull perijodu li ngħadd flimkien.

    (ċ)

    Numru addizzjonali ta’ jiem li fihom bastiment jista’ jkun preżenti f’żona jew assenti mill-port meta jġorr abbord kwalunkwe mit-tagħmir imsemmi fil-punt 4 jista’ jkun allokat lil Stati Membri mill-Kummissjoni abbażi tar-riżultati miksuba ta’ programmi ta’ tneħħija mill-użu li seħħew mill-1 ta’ Jannar 2002.

    Stati Membri li jixtiequ jibbenefikaw minn tali allokazzjonijiet għandhom jagħmlu talba lill-Kummissjoni b’rapporti li fihom id-dettalji tal-programmi ta’ tneħħija mill-użu kompletati tagħhom.

    Abbażi ta’ talba bħal din il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, tista’ temenda n-numru ta’ jiem definiti fil-punt (a) għal dak l-Istat Membru.

    (d)

    Derogi min-numru ta’ jiem preżenti fiż-żona u assenti mill-port imniżżla fit-Tabella I jistgħu jiġu allokati lil bastimenti ta’ Stati Membri taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fit-Tabella II.

    Stati Membri li jixtiequ japplikaw din l-allokazzjoni għola ta’ jiem għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni bid-dettalji tal-bastimenti li ser jibbenefikaw u bid-dettalji tat-track records ta’ l-inqas ġimgħatejn qabel l-allokazzjoni ogħla ta’ jiem għandhom jingħataw.

    Tabella II

    Derogi minn jiem preżenti fiż-żona u assenti mill-port fit-Tabella I u kondizzjonijiet assoċjati

    Żona Definita f’ punt 2

    Tagħmir definit f’ punt 4

    track record ta’ bastiment 2002 (*)

    Jiem

    2(a)

    4(a), 4(e)

    Inqas minn 5 % ta’ kull wieħed minn merluzz, lingwata u barbun

    l-ebda restrizzjoni ta’ jiem (**)

    2(a)

    4(a), 4(b)

    Inqas minn 5 % merluzz

    100 sa < 120 mm u sa 14 ≥ 120 mm sa 15

    2(a) Kattegat (ICES Diviżjoni IIIa nofsinhar), il-Baħar tat-Tramuntana

    4 (ċ) tagħmir li d-daqs tax-xibka tiegħu hu daqs jew ikbar minn 220 mm

    Inqas minn 5 % merluzz u iktar minn 5 % ta’ barbun imperjali u lumpfish

    Sa 16-il jum

    2(a) Kanal tal-Lvant ICES Diviżjoni VIId

    4 (ċ) tagħmir li d-daqs tax-xibka tiegħu hu daqs jew ikbar minn 110 mm

    Bastimenti ta’ inqas minn 15-il metru f’tul bi żbark ta’ iktar minn 35 % ta’ speċi mhux regolati u assenti mill-port għal mhux iktar minn 24 siegħa (***)

    Sa 20 jum

    Jekk din l-allokazzjoni ogħla ta’ jiem tingħata lill-bastiment, bħala riżultat ta’ track record tiegħu ta’ persentaġġ baxx ta’ qbid ta’ ċertu speċi, dak il-bastiment m’ għandux fi kwalunkwe ħin iżomm aktar mill-persentaġġ ta’ dawk l-ispeċi abbord kif jidher fit-Tabella II. Meta din il-kundizzjoni ma tintlaħaqx minn bastiment, dak il-bastiment għandu b’effett immedjat ma jkunx iktar intitolat għall-jiem addizzjonali.

    (e)

    Fuq it-talba ta’ Stat Membru l-Kummissjoni tista’ talloka deroga taħt l-ewwel linja tat-Tabella II fir-rigward tas-sajd għas-saithe mingħajr il-ħtieġa ta’ track record fi snin li għaddew ta’ sajd ta’ inqas minn 5 % ta’ kull wieħed minn merluzz, lingwata u barbun. Flimkien mat-talba tiegħu l-Istat Membru għandu jibgħat dettalji tal-bastimenti li jkunu jibbenefikaw, b’evidenza tal-kwota li għandhom huma u l-attività ppjanata. It-talba għandha tiġi preżentata lill-Kummissjoni ta’ l-inqas erbà gimgħat qabel il-bidu ta’ l-ewwel perijodu ta’ amministrazzjoni li fihom il-jiem għandhom ikunu allokati.

    Kull bastiment allokat jiem żejda taħt din id-disposizzjoni ma jistax fi kwalunkwe ħin iżomm abbord aktar minn 5 % minn kull wieħed minn merluzz, lingwata u barbun.

    Spezzjoni u sorveljanza fuq il-baħar u fil-port mill-awtoritajiet kompetenti għandhom isiru għal verifikazzjoni ta’ konformità mal-kondizzjonjijiet meħtieġa msemmija hawn fuq. Kull bastiment misjub mhux konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa għandu b’effett immedjat ma jkunx intitolat iktar għall-jiem addizzjonali.

    (f)

    B’rikonoxximent lejn l-għeluq taż-żona fil-Baħar Irlandiż għall-protezzjoni tal-bajd tal-ħut u frott tal-baħar u l-preżunt nuqqas ta’ mwiet ta’ merluzz, jumejn addizzjonali ser ikunu disponnibli għal bastimenti fil-grupp ta’ tagħmir ta’ sajd 4a u 4b li jqattgħu aktar min-nofs il-jiem allokati lilhom f’ċertu perijodu ta’ amministrazzjoni tas-sajd fil-Baħar Irlandiż.

    7.

    Qabel l-ewwel jum ta’ kull perijodu ta’ amministrazzjoni l-kaptan ta’ bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment qed itajjar il-bandiera liema tagħmir hu għandu l-intenzjoni juża waqt il-perijodu ta’ amministrazzjoni li jmiss. Sakemm tali notifika tiġi provduta l-bastiment ma jkunx intitolat li jistad fiż-żoni definiti fil-punt 2 bi kwalunkwe tip ta’ tagħmir imsemmi f’ punt 4.

    Fejn kaptan ta’ bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu jinnotifika l-użu ta’ tnejn mill-gruppi ta’ tagħmir ta’ sajd definiti taħt il-punt 4, in-numru totali ta’ jiem disponnibli matul il-perijodu ta’ amministrazzjoni li jmiss m’ għandux ikun aktar minn nofs is-somma ta’ jiem li għalihom il-bastiment hu eliġibbli għal kull tagħmir, mgħaduda sa l-eqreb jum sħiħ. Mhux ser ikun permess li jintuża l-ebda wieħed mit-tagħmir konċernat għal aktar jiem min-numru ta’ jiem stipulat għal dak it-tagħmir f’ Tabella I.

    L-għażla li jintużaw iż-żewġ tipi ta’ tagħmir għandha tkun disponibbli biss jekk l-arranġamenti addizzjonali ta’ monitoraġġ li ġejjin huma jintlaħqu:

    Matul vjaġġ speċifiku l-bastiment tas-sajd jista’ jġorr abbord wieħed mit-tagħmir tas-sajd imsemmi fil-punt 4 biss;

    Qabel kwalunkwe vjaġġ il-kaptan tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jagħti notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tat-tip ta’ tagħmir tas-sajd li ser jinġarr abbord sakemm it-tip ta’ tagħmir tas-sajd ma nbidilx minn dak notifikat għall-vjaġġ ta’ qabel.

    Spezzjoni u sorveljanza fuq il-baħar jew fil-port mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu magħmula għal verifika ta’ konformità maż-żewġ kondizzjonijiet t’hawn fuq. Kwalunkwe bastiment li jinstab mhux konformi ma’ dawn il-kondizzjonijiet għandu b’effett immedjat ma jitħalliex juża żewġ gruppi ta’ tagħmir tas-sajd.

    Bastiment li jixtieq jikkombina l-użu ta’ wieħed jew iktar mit-tagħmir tas-sajd msemmi fil-punt 4 (tagħmir regolat) ma’ kwalunkwe tagħmir ta’ sajd ieħor mhux imsemmi fil-punt 4 (tagħmir mhux regolat) ma jkunx ristrett fl-użu tiegħu ta’ tagħmir mhux regolat. Bastimenti bħal dawn iridu jinnotifikaw minn qabel meta t-tagħmir regolat għandu jiġi wżat. Meta l-ebda tali notifika ma ġiet mogħtija l-ebda tagħmir imsemmi fil-punt 4 ma jista’ jinġarr abbord. Bastimenti bħal dawn iridu jiġu awtorizzati u ekwipaġġati biex jagħmlu l-attività tas-sajd alternattiva.

    8.

    Bastiment li hu preżenti fi kwalunkwe waħda miż-żoni definiti fil-punt 2 u li jġorr abbord wieħed mit-tagħmir tas-sajd imsemmi fil-punt 4 ma jistax fl-istess ħin iġorr abbord xi wieħed mit-tagħmir l-ieħor imsemmi fil-punt 4.

    9.

    (a)

    F'kull perijodu ta' amministrazzjoni speċifiku bastiment li uża n-numru ta' jiem preżenti fiż-żona u assenti millport li għalihom hu eliġibbli għandu jibqa' fil-port jew barra minn kull żona msemmija fil-punt 2 għall-bqija talperijodu ta' amministrazzjoni sakemm ma jużax tagħmir mhux regolat kif deskritt fil-punt 7.

    (b)

    F'kull perijodu ta' amministrazzjoni speċifiku bastiment jista' jagħmel attivitajiet li mhux relatati mas-sajd, mingħajr ma dak iż-żmien jingħadd kontra l-jiem allokati għalih taħt il-punt 6, sakemm il-basitment l-ewwel jinnotifika lill-Istat Membru bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel hekk, in-natura ta' l-attività tiegħu u li jċedi l-liċenzja tas-sajd tiegħu għal dan il-perijodu. Bastimenti bħal dawn ma jistgħux iġorru tagħmir tas-sajd jew ħut abbord waqt dak iż-żmien.

    10.

    (a)

    Stat Membru jista’ jagħti permess lil kwalunkwe wieħed mill-bastimenti tas-sajd tiegħu li jittrasferixxu l-jiem preżenti fiż-żona u assenti mill-port li għalihom hu eliġibbli lil bastiment ieħor għall-istess perijodu ta’ amministrazzjoni u fl-istess żona sakemm il-prodott tal-jiem riċevuti minn bastiment immultiplikat bil-qawwa tal-magna tiegħu f’kilowatts (jiem kilowatt) hu daqs jew inqas mill-prodott ta’ jiem trasferiti mill-bastiment donatur multiplikat bil-qawwa tal-magna f’kilowatts ta’ dak il-bastiment. Il-qawwa tal-magni f’kilowatts tal-bastimenti għandha tkun dik irrekordjata għal kull bastiment fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità.

    (b)

    In-numru totali ta’ jiem preżenti fiż-żona u assenti mill-port trasferit taħt is-sub-punt (a) multiplikat bil-qawwa tal-magna f’kilowatts tal-bastiment donatur m’għandhiex tkun ogħla minn dik tal-medja ta’ jiem annwali tal-bastiment donatur kif verifikat mill-ġurnal ta’ abbord tal-KE fis-snin 2001, 2002 u 2003, multiplikat bil-qawwa tal-magna f’kilowatts ta’ dak il-bastiment.

    (ċ)

    It-trasferiment ta’ jiem kif deskritt fis-sub-punt (a) għandu jkun permess biss bejn bastimenti li joperaw fi ħdan l-istess grupp ta’ tagħmir u kategoriji ta’ żoni msemmija fil-punt 6 (a) u matul l-istess perijodu ta’ amministrazzjoni.

    (d)

    L-ebda trasferiment ta’ jiem minn bastiment li jibbenifika mill-allokazzjoni msemmija fil-punti 6(d), 6(e) u 7 ma hu permess.

    (e)

    Fuq talba mill-Kummissjoni, Stati Membri għandhom jipprovdu rapporti fuq it-trasferimenti li seħħew.

    11.

    Bastiment mingħajr ebda track record ta’ sajd f’waħda miż-żoni definiti fil-punt 2 jista’ jaqsam dawn iż-żoni sakemm l-ewwel ikun innotifika l-awtoritajiet bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel hekk. Waqt li dak il-bastiment ikun f’waħda miż-żoni definiti fil-punt 2 kwalunkwe tagħmir tas-sajd li jinġarr abbord irid ikun marbut u stivat skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 (1).

    12.

    Stat Membru m’ għandux jippermetti sajd b’tagħmir definit fil-punt 4 fi kwalunkwe żona definita fil-punt 2 minn kwalunkwe mill-bastimenti tiegħu li m’għandhomx rekord ta’ tali attività ta’ sajd fis-snin 2001, 2002 jew 2003 f’dik iż-żona sakemm jiżgura li kapaċità ekwivalenti, mkejla f’kilowatts, ma jitħalliex jistad fiż-żona regolata.

    Madankollu, bastiment bi track record ta’ użu ta’ tagħmir definit fil-punt 4 jista’ jkun awtoriżżat biex juża tagħmir differenti definit fil-punt 4, provdut li n-numru ta’ jiem allokati għal dan it-tagħmir ta’ l-aħħar huwa aktar minn jew daqs in-numru ta’ jiem allokati lill-ewwel tagħmir.

    13.

    Stat Membru m’għandux jgħodd kontra l-jiem allokati lil kwalunkwe wieħed mill-bastimenti tiegħu taħt dan l-Anness la l-jiem meta l-bastiment kien assenti mill-port imma ma setax jistad għax kien qed jassisti bastiment ieħor fil-bżonn ta’ għajnuna ta’ emerġenza u lanqas jiem fejn il-bastiment kien assenti mill-port imma ma setax jistad għax kien qed jitrasporta membru ta’ l-ekwipaġġ ferut għall-għajnuna ta’ emerġenza medika. L-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien xahar ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda fuq din il-bażi b’evidenza assoċjata ta’ l-emerġenza mill-awtoritajiet kompetenti.

    Monitoraġġ, spezzjoni u sorveljanza

    14.

    Minkejja l-Artikolu 19a tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, l-Artikoli 19b, 19ċ, 19d, 19e u 19k ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għal bastimenti li jġorru abbord it-tagħmir tas-sajd definit fil-punt 4 u li joperaw fiż-żoni definiti fil-punt 2.

    15.

    Stati Membri jistgħu jimplimentaw miżuri ta’ kontroll alternattivi biex jiżguraw konformità ma’ obbligazzjonijiet ta’ rappurtaġġ imsemmija fil-punt 14 ta’ dan l-Anness li huma effettivi u trasparenti daqs dawn l-obligazzjonijiet ta’ rappurtaġġ. Miżuri alternattiva bħal dawn għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni qabel ma’ jiġu implimentati.

    16.

    Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità, jew ir-rappreżentant tiegħu, qabel kwalunkwe daħla f’port jew lok ta’ żbark ta’ Stat Membru wara li kien preżenti f’żona msemmija fit-Tabella III b’iktar mill-kwantitajiet ta’ kwalunkwe speċi indikati fuq dik it-tabella, għandhom jinfurmaw, minn ta’ l-inqas erba’ siegħat qabel daħla bħal din, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru:

    l-isem tal-port jew lok ta’ żbark,

    il-ħin ta’ meta bejn wieħed u ieħor ser jasal f’ dak il-port jew il-lok ta’ żbark,

    il-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ piż ħaj għall-ispeċi kollha li minnhom inżammu abbord aktar minn 50kg.

    17.

    L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih żbark li jirrikjedi li ssir notifikazzjoni minn qabel jista’ jitlob li r-rilaxx tal-qabda miżmuma abbord ma jibdiex sakemm awtorizzat minn dawk l-awtoritajiet.

    Tabella III

    Kwantitajiet ta’ żbark f’tunnelati skond iż-żona u l-ispeċi li fuqhom japplikaw kondizzjonijiet speċjali

    Żona definita f’punt

    Volum ta’ Speċi f’tunnelati metriċi:

    Merluzz

    PN

    DP

    Kattegat, il-Baħar tat-Tramuntana u Skagerrak, il-Punent ta’ l-Iskozja, il-Kanal tal-Lvant, il-Baħar Irlandiż

    1

    2

    PN — Notifikazzjoni minn Qabel kif imsemmija fil-Punt 16

    DP — Port Magħżul kif imsemmi fil-Punt 19

    18.

    Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentant tiegħu li jixtieq li jaqsam jew jirrilaxxa fuq il-baħar kwalunkwe kwantita miżmuma abbord jew li jidħol f’port jew lok ta’ żbark ta’ pajjiż terz għandu jinforma l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li tiegħu qed tittajjar il-bandiera ta’ l-inqas 24 siegħa qabel jaqsam jew jirrilaxxa fuq il-baħar jew jinżel f’pajjiż terz l-informazzjoni msemmija fil-punt 16.

    19.

    Mhux permess li jitniżżlu kwantitajiet akbar ta’ kwalunkwe speċi msemmija fit-Tabella III (taħt l-intestatura DP) għal bastiment tas-sajd li kien fiż-żona definita fit-tabella barra l-port imsemmi.

    Kull Stat Membru għandu jitrasmetti lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament il-lista ta’ portijiet magħżula u, fi żmien 30 jum wara dan, it-termini u l-kondizzjonijiet għar-rekordjar u r-rappurtaġġ tal-kwantitajiet ta’ kwalunkwe speċi u ħażniet imsemmija fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament f’kull żbark. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-Istati Membri kollha.

    20.

    B’deroga mill-Artikolu 5 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-irrekordjar ta’ informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ ħut (1) ta’ l-Istati Membri, l-marġini ta’ tolleranza permessa, meta jkunu qed jiġu stmati l-kwantitajiet, f’kilogrammi miżmuma abbord ta’ bastimenti msemmija fil-punt 14 għandom ikunu 8 % tal-figura fil-ġurnal ta’ abbord.

    21.

    Għandu jkun projbit li jinżamm abbord bastiment tas-sajd fi kwalunkwe kontenitur kull kwantità ta’ merluzz imħallat ma’ kwalunkwe speċi oħra ta’ organiżmi tal-baħar. Kontenituri b’merluzz għandhom ikunu stivati fl-istiva b’tali mod li jkunu miżmuma separati mill-kontenituri l-oħra.

    22.

    L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jeħtieġu li kull kwantità ta’ merluzz maqbud f’kwalunkwe żona speċifikata fil-punt 2 u l-ewwel żbark f’dak l-Istat Membru jintiżen fil-preżenza ta’ kontrolluri qabel jiġi trasportat mill-port ta’ l-ewwel żbark. Għall-merluzz l-ewwel żbarkat f’port magħżul taħt il-punt 19, kampjuni rappreżentativi, li jammontaw għal ta’ l-inqas 20 % ta’ l-iżbark, għandhom jintiżnu fil-preżenza ta’ kontrolluri awtoriżżati mill-Istati Membri qabel ma jiġu offruti għall-ewwel bejgħ u mibjugħa. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, dettalji tar-reġim ta’ teħid ta’ kampjuni li għandu jiġi applikat.

    23.

    B’deroga mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, kwantitajiet ikbar minn 50kg ta’ kwalunkwe speċi msemmija fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament li huma trasportati lejn post ieħor mill-post ta’ żbark jew ta’ importazzjoni għandhom ikunu akkompanjati b’kopja ta’ waħda mid-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikolu 8 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn l-ispeċi trasportati. L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13 (4)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 m’ għandhiex tapplika.

    24.

    B’deroga mill-Artikolu 34c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-programm speċifiku ta’ monitoraġġ għal kwalunkwe mill-ħażniet imsemmija fl-Artikolu 12 jistgħu jibqgħu jeżistu għal iktar minn sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.


    (*)  Kif verifikat mill-ġurnal ta’ abbord tal-KE – medja annwali ta’ żbark f’piż ħaj.

    (**)  Minkejja din id-disposizzjoni, id-deroga għandha tapplika wkoll għal massimu ta’ sitt bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza u reġistrati fil-Komunità ta’ tul globali daqs jew aktar minn 15-il metru. Lista ta’ dan it-tip ta’ bastimenti għandha tiġi preżentata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Frar 2004.

    (***)  Il-bastimenti jistgħu jkunu preżenti fiż-żona għan-numru ta’ jiem fix-xahar ikkonċernat.

    (1)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1954/2003 (ĠU L 289, 7.11.2003, p. 1).

    (1)  ĠU L 276, 10.10.1983, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1965/2001 (ĠU L 268, 9.10.2001, p. 23).”


    Top