This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0454
2004/454/EC:Commission Decision of 29 April 2004 amending Annexes I, II and III to Decision 2003/858/EC laying down the animal health conditions and certification requirements for imports of live fish, their eggs and gametes intended for farming, and live fish of aquaculture origin and products thereof intended for human consumption (notified under document number C(2004) 1680) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2004 li temenda l-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni 2003/858/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ħtiġijiet ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta’ ħut ħaj, il-bajd u l-gameti tagħhom għall-biedja u ħut ħaj mill-akkwakultura u prodotti ġejjin minnu biex jikkunsmawhom in-nies (innotifikat f’dokument nru K (2004)1680)Test b’rilevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2004 li temenda l-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni 2003/858/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ħtiġijiet ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta’ ħut ħaj, il-bajd u l-gameti tagħhom għall-biedja u ħut ħaj mill-akkwakultura u prodotti ġejjin minnu biex jikkunsmawhom in-nies (innotifikat f’dokument nru K (2004)1680)Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 32–48
(IT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 27–38
(FI, SV)
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 29–41
(NL)
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 34–46
(DE, EL)
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 32–49
(DA)
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 33–44
(FR)
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 31–45
(ES)
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 29–40
(EN)
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 31–46
(PT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R1251
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003D0858 | Sostituzzjoni | anness 1 | 30/04/2004 | |
Modifies | 32003D0858 | Sostituzzjoni | anness 3 | 30/04/2004 | |
Modifies | 32003D0858 | Sostituzzjoni | anness 2 | 30/04/2004 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32004D0454R(01) | (DA, DE, EL, EN, ES, FI, FR, IT, NL, PT, SV) | |||
Corrected by | 32004D0454R(02) | (DA, DE, EL, EN, ES, FI, FR, IT, NL, PT, SV) | |||
Implicitly repealed by | 32008R1251 | 01/01/2009 |
Official Journal L 156 , 30/04/2004 P. 0033 - 0044
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2004 li temenda l-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni 2003/858/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ħtiġijiet ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta’ ħut ħaj, il-bajd u l-gameti tagħhom għall-biedja u ħut ħaj mill-akkwakultura u prodotti ġejjin minnu biex jikkunsmawhom in-nies (innotifikat f’dokument nru K (2004)1680) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2004/454/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE: tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-bejgħ ta’ annimali u prodotti mill-akkwakultura [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 21(2) tiegħu. Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/858/KE [2] tippreskrivi l-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali u ċertifikati mudell li jgħoddu għal pajjiżi terzi li, minn għandhom, Stati Membri jistgħu jimpurtaw ħut ħaj, il-bajd u l-gameti tagħhom għall-biedja u ħut ħaj mill-akkwakultura u prodotti ġejjin minnu biex jikkunsmawhom in-nies. (2) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE tad-29 ta’ April 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE dwar miżuri kontra xi mard f’annimali ta’ l-akkwakultura [3] id-Danimarka, il-Fillandja, l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit ingħataw iżjed garanziji għal xi mard imsemmi fl-Anness I, Kolonna 1, Lista III tad-Direttiva 91/67/KEE. (3) Dawk il-garanzijii għandhom jgħoddu ukoll meta ħut ħaj jiddaħħal minn pajjiżi terzi. L-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni 2003/858/KE għandhom iqisu ukoll dawk il-garanziji oħrajn u jridu jkunu emendati skondhom. (4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2003/858/KE hija emendata kif ġej: 1. L-Anness I jinbidel bit-test fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni. 2. L-Anness II jinbidel bit-test fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. 3. L-Anness III jinbidel bit-test fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ April 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, pġ. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KU) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, pġ. 1). [2] ĠU L 324, tal-11.12.3, pġ. 37 [3] ĠU L 156, tat-30.4.4. -------------------------------------------------- ANNESS I ANNESS I +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS II ANNESS II +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNEX III “ANNEX III Noti esplanatorji (a)Iċ-ċertifikati jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jkun qed jesporta, mibni fuq il-mudell ix-xieraq li qed jidher fl-Anness II, IV jew V ta' din id-Deċiżjoni, b'konsiderazzjoni għal kif se jkun jinyiża l-ħut wara li jasal fil-Komunità.(b)Fuq in-naħa tal-lemin, fuq nett ta' kull paġna, ikun immarkat bħala oriġinal u jkollu numru ta' kodiċi speċifiku, maħruġ mill-awtorità kompetenti.(c)Il-paġni kollha taċ-ċertifikat ikunu nnumerati — (numru tal-paġna) minn (għadd totali tal-paġni).Iċ-ċertifikat l-oriġinali u t-tikketti msemmijin fl-eżempju taċ-ċertifikat isiru minn ta' l-inqas b'ilsien uffiċjali wieħed ta' l-Istat Membru tal-Komunità fejn se ssir spezzjoni mal-bordura u ta' l-Istat Membru tal-Komunità tad-destinazzjoni.(d)Madanakollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jħallu ilsna oħrajn, jekk ikun meħtieġ, flimkien ma traduzzjoni uffiċċjali. | (e)ċ-ċertifikat l-oriġinali jrid jitlesta dakinhar li l-kunsinna titgħabba biex tkun esportata lejn il-Komunità b'timbru uffiċjali u ffirmata minn spettur uffiċjali nnominat mill-Awtorità kompetenti. B'hekk, Awtorità kompetenti tal-pajjiż li qed jesporta tiżgura li l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni jiswew daqs dawk stabbiliti fid-Direttiva 96/93/KE ikunu segwiti.It-timbru, sakemm ma jkunx imqabbeż, u l-firma, jridu jkunu ta' lewn differenti mill-istampar.(f)Jekk, biex jingħarfu affarijiet fil-kunsinna, jinthemżu paġni żejda maċ-ċertifikat, dawn il-paġni jitqiesu daqs li kieku huma biċċa mill-oriġinal u kull paġna tkun iffirmata u stampata mill-ispettur uffiċjali li jkun qed jiċċertifika.(g)Iċ-ċertifikat l-Oriinali jrid jibqa' mal-kunsinna sakemm din tasal fil-post ta' spezzjoni mal-bordura tal-Komunità.(h)i Iċ-ċertifikat jibqa' validu għal 10 ijiem minn meta jinħareġ. F'każ ta' trasport b'vapur, iż-żmien ta' validità jitwal daqs iż-żmien tal-vjaġġ bil-baħar.(i)Il-ħut, il-bajd u l-gameti tagħhom ma jistgħux jinġarru ma' bajd jew gameti ta' ħut oħrajn li jew mhux għall-Komunità jew l-istat ta' saħħa tagħhom huwa iktar baxx. Barra minn hekk, ma jistgħux jinġarru f'kondizzjonijiet li jistgħu jibdlulhom l-istat ta' saħħithom.(j)Il-possibbiltà li jinsabu patoġeni fl-ilma hi importanti biex jitqies l-istat tas-saħħa tal-ħut ħaj, bajd u gameti. L-uffijċali li jiċċertifika, għalhekk, għandu jqis dan li ġej: Il-post ta' l-Oriġini għandu jkun il-lokalizzazzjoni tar-razzett minn fejn trabbew il-ħut, il-bajd jew il-gameti sakemm laħqu daqs kummerċjali li jgħodd għall-kunsinna li għaliha hemm dan iċ-ċertifikat.' | --------------------------------------------------