Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0039

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2003 li tniżżel kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti mis-sajd mill-Kenya, u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/759/KE (notifikata taħt dokument numru K(2003) 5027)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 8, 14.1.2004, p. 22–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/39(1)/oj

    32004D0039



    Official Journal L 008 , 14/01/2004 P. 0022 - 0026


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-23 ta’ Diċembru 2003

    li tniżżel kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti mis-sajd mill-Kenya, u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/759/KE

    (notifikata taħt dokument numru K(2003) 5027)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2004/39/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabilixxi kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

    Billi:

    (1) Twttqet spezzjoni fil-Kenya għan-nom tal-Kummissjoni biex jiġu verifikati l-kondizzjonijiet li taħthom prodotti mis-sajd huma prodotti, maħżuna u mibgħuta lejn il-Komunità.

    (2) Il-ħtiġiet tal-leġislazzjoni tal-Kenya dwar l-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-immonitorjar ta’ prodotti mis-sajd jistgħu jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE.

    (3) B’mod partikolari, d-Dipartiment tas-Sajd (FD), huwa kapaċi li effettivament jivverifika l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni fis-seħħ.

    (4) L-FD ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali fir-rigward tal-konformità ma’ l-istandards għall-kontrolli tas-saħħa u l-immonitorjar ta’ prodotti mis-sajd kif stipulati fil-Kapitolu V ta’ l-Anness li jinsab mad-Direttiva 91/493/KEE u fir-rigward tat-tħaris tal-ħtiġiet iġjeniċi ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dik id-Direttiva.

    (5) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw il-prodotti mis-sajd importati fil-Komunità mill-Kenya, skond id-Direttiva 91/493/KEE.

    (6) Huwa wkoll meħtieġ li titħejja lista ta’ stbbilimenti approvati, bastimenti fabbrika, jew imħażen tal-friża, u lista tal-bastimenti friża mgħamra skond il-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li tippreskrivi r-regoli minimi ta’iġjene applikabbli għall-prodotti mis-sajd maqbuda abbord ċerti bastimenti skond l-Artikolu 3(1)(a)(i) tad-Direttiva 91/493/KEE [2]. Dawn il-listi għandhom jitħejjew fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mill-FD lill-Kummissjoni.

    (7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/759/KE ta’ l-1 ta’ Diċembru 2000 li tħassar id-Deċiżjoni 1999/253/EC dwar miżuri protettivi fir-rigward ta’ ċerti prodotti mis-sajd li joriġinaw mill-Kenya u t-Tanzania u li temenda ċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa għall-prodotti mis-sajd li joriġinaw mill- [3], tipprovdi għaż-żieda li tissemma’ xi ħaġa speċifika fiċ-ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja l-prodotti mis-sajd importati mill-Kenya. Minħabba li din id-Deċiżjoni tipprovdi għal mudell ġdid taċ-ċertifikat tas-saħħa, huwa xieraq li titħassar id-Deċiżjoni 2000/759/KE.

    (8) Huwa xieraq li din id-Deċiżjoni tiġi applikata 45 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha biex tipprovdi għall-perjodu transitorji meħtieġ.

    (9) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Dipartiment tas-Sajd (FD), għandu jkun l-awtorità kompetenti fil-Kenya identifikata għall-finijiet tal-verifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-prodotti mis-sajdmal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

    Artikolu 2

    Il-prodotti mis-sajd importati fil-Komunità mill-Kenya għandhom iħarsu l-ħtiġiet preskritti fl-Artikoli 3, 4 u 5.

    Artikolu 3

    1. Kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat oriġinali numerat tas-saħħa skond il-mudell muri fl-Anness I u magħmul minn paġna waħda, debitament mimlija iffirmata u datata.

    2. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jitħejja f’ta’ l-anqas waħda mill-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn jitwettqu l-verifiki.

    3. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jġorr l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappresentant ta’l-FD, u t-timbru uffiċjali ta’ dan imsemmi l-aħħar f’kulur differenti minn dak ta’ l-endorsjar.

    Artikolu 4

    Il-prodotti mis-sajd għandhom ikunu ġejjin minn stabbilimenti approvati, bastimenti fabbrika, jew imħażen tal-friża, jew mill-bastimenti tal-friża elenkati fl-Anness II.

    Artikolu 5

    Il-pakketti kollha għandhom iġorru l-kelma "KENYA" u n-numru ta’ l-approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen tal-friża jew bastiment friża ta’ l-oriġini f’ittri li ma jitħassrux, fil-fil-każ ta’prodotti mis-sajd ifftiżati fi kwantità u maħsuba għall-manifattura ta’ ikel ippriservat.

    Artikolu 6

    Id-Deċiżjoni 2000/759/KE hija mħassra.

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mit-28 ta’ Frar 2004.

    Artikolu 8

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

    [2] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41.

    [3] ĠU L 304, 05.12.00, p. 18.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    LISTA TA’ STABBILIMENTI U BASTIMENTI

    PP : Impjant ta' l-ipproċessar

    ZV : Freezer Vessels.

    Nru ta' approvazzjoni | Isem | Belt reġjun | limitu ta' approvazzjoni | Kategorija |

    02/LA/KEN | W.E. Tilley (Muthaiga) Ltd | PO Box 11880 — Nairobi | | PP |

    O3/LC/KEN | East African Sea Foods Ltda | PO Box 2354 — Kisumu | | PP |

    O4/LC/KEN | Afro Meat Ltd | PO Box 1163 — Kisumu | | PP |

    09/LE/KEN | Prinsal Enterprises Ltd | PO Box 590 —Migori | | PP |

    10/LB/KEN | Transafrica Fisheries Ltd | PO Box 80492 — Mombasa | | PP |

    08/LC/KEN | Peche Foods | PO Box 1064 — Kisumu | | PP |

    05/LD/KEN | Capital Fish (K) Ltd | PO Box 607 — Homa Bay | | PP |

    16/LC/KEN | Fish Processors (Two Thousand) Ltd | PO Box 9083 — Kisumu | | PP |

    18//LA/KEN | Samlaki (2000) Ltd | POBox 31567 —Nairobi | | PP |

    19/LB/KEN | Sea Harvest (K) Ltd | PO Box 2175 — Mombasa | | PP |

    12/WB/KEN | MV. Alpha Manyara (East African Sea Food Ltd) | PO Box 40268 — Mombasa | | ZV |

    13/WB/KEN | MV. Alpha Serengeti (East African Sea Food Ltd) | PO Box 40268 — Mombasa | | ZV |

    14/WB/KEN | MV. Alpha Amboseli (East African Sea Food Ltd) | PO Box 40268 — Mombasa | | ZV |

    15/WB/KEN | MV. Venture II (Basta and Sons Ltd) | PO Box 80782 — Mombasa | | ZV |

    --------------------------------------------------

    Top