Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2052

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2052/2003 tas-17 ta’ Novembru 2003 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards tal-marketing għall-bajd

    ĠU L 305, 22.11.2003, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2007; Impliċitament imħassar minn 32006R1028

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2052/oj

    32003R2052



    Official Journal L 305 , 22/11/2003 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2052/2003

    tas-17 ta’ Novembru 2003

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards tal-marketing għall-bajd

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Mill-1 ta’ Jannar 2004, il-leġislazzjoni Komunitarja tipprovdi biss għal żewġ kategoriji ta’ bajd. Għalhekk ma jkunx iktar possibbli li jinbiegħ bajd tal-klassi B bħala bajd tal-mejda. Dan joħloq ċerta ansjeta speċjalment f’xi Stati Membri fejn il-ħasil tal-bajd huwa komuni u l-preferenza tal-konsumaturi hija favur xiri ta’ bajd maħsul. Il-Kummissjoni għalhekk intalbet tippermetti l-passi tal-ħasil tal-bajd tissokta.

    (2) Sakemm rapport xjentifiku eżawrjenti li għandu jinkiteb mill-Awtorita Ewropea dwar is-Sigurezza ta’ l-Ikel biex ikun identifikat kull riskju għas-saħħa konness ma’ ħasil tal-bajd, huwa xieraq li jsir provvediment għal deroga li tagħmel possibbli li bajd tal-mejda jinħasel fuq bażi volontarja. F’dan il-każ, bajd maħsul għandu jikkonforma mal-kriterji preskritti għal bajd tal-klassi A imma għandu jkun ittekkjat fuq il-pakk bħala "bajd maħsul". Din id-deroga għandha tkun suġġetta għall-adozzjoni, mill-awtorita kompetenti, ta’ standards stretti u għall-istabbiliment ta’ kontrolli stretti.

    (3) Bl-istess mod, minħabba l-possibbilta ta’ perikoli għas-saħħa, il-perjodu ta’ din id-deroga għandu jkun limitat u ż-żoni għat-tqegħid fis-suq ta’ bajd maħsul ristretti għal dawk il-partijiet tat-territorju Komunitarju li fih l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni jeżegwixxu l-kontrolli tagħhom.

    (4) Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 [2] ma kinux applikati fl-imgħoddi għal bejgħ ta’ bajd minn produtturi fi swieq lokali ħlief fi swieq b’irkant. Kontroll fuq din id-deroga nstab diffiċli b’mod partikolari dwar il-limitazzjoni tagħha għall-produzzjoni proprja tal-gabillotti. Biex il-kontrolli jkunu ffaċilitati, produtturi għandhom iwaħħlu l-kodiċi distintiv tagħhom fuq bajd tal-mejda intenzjonat għall-bejgħ fi swieq lokali.

    (5) Wara l-għaqda tal-klassi B u Ċ mill-1 ta’ Jannar 2004, bajd tal-klassi B jinsta’ jinbiegħ biss lill-industrija. Ċerti dispożizzjonijiet dwar l-immarkar ta’ dan il-bajd u l-pakki tiegħu għandhom ikunu adattati.

    (6) Minħabba d-dewmien ta’ trasport u ta’ kondizzjonijiet klimatiċi, il-preżervazzjoni ta’ bajd intenzjonat għall-kummerċ bl-imnut fid-dipartimenti barranin Franċiżi tippresupponi s-sodisfazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ fornitura; għalhekk għandha tingħata awtorizzazzjoni għall-bajd intenzjonat għal dik il-parti ta’ territorju komunitarju biex jintbagħat imkessaħ.

    (7) Ir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandu għalhekk ikun emendat,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. Is-subparagrafu li ġej għandu jinżdied ma’ l-Artikolu 2(3):

    "Madankollu, bajd mibjugħ mill-produttur f’suq pubbliku lokali għandu jġib il-kodiċi ddefinit fl-Artikolu 7(1)(a).";

    2. il-paragrafi li ġejjin għandhom jinżdiedu ma’ l-Artikolu 6:

    "4. Ċentri ta’ ppakkjar li, fl-1 ta’ Ġunju 2003, kienu awtorizzati jaħslu l-bajd għall-kunsinna lill-konsumatur finali jistgħu, għal perjodu transizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2006, jkunu awtorizzati jissoktaw jaħslu bajd tali, taħt sorveljanza stretta mill-awtorita kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat. Bajd tali jista’ jitqiegħed fis-suq (marketed) mal-partijiet kollha tat-territorju Komunitarju li l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri li joħorġu l-awtorizzazzjonijiet jeżerċitaw il-poteri (setgħat) tagħhom.

    Bajd maħsul għand jikkonforma mal-kriterji tal-bajd tal-klassi A imma għandu jkun ikklassifikat bħala ‘bajd maħsul’.

    Stati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra bl-ismijiet u l-indirizzi taċ-ċentri ta’ ppakkjar awtorizzati u l-miżuri ta’ sorveljanza applikati.

    5. Bajd intenzjonat għall-kummerċ bl-imnut fid-dipartimenti barranin Franċiżi jista’ jintbagħat imkessaħ għal dik il-parti tat-territorju Komunitarju. F’dak il-każ, minħabba ż-żmien meħtieġ għat-trasport, il-limitu massimu ta’ żmien għal kunsinna lill-konsumatur li jipprovdi għalih l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/371/KE għandu jkun stabbilit skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75.";

    3. il-punt 1(a) ta’ l-Artikolu 7 għandu jkun isostitwit b’li ġej:

    "(a) Bajd tal-klassi A u bajd maħsul għandu jkun ittimbrat b’kodiċi li jġib in-numru distintiv tal-produttur u li jippermetti li l-metodu ta’ farming ikun identifikat.";

    4. il-paragrafi (2) u (3) ta’ l-Artikolu 8 għandhom ikunu ssostitwiti b’li ġej:

    "2. Bajd tal-klassi A u bajd maħsul li m’għandhomx iktar il-karatteristiċi ffissati għal dawk il-klassijiet għandhom jitbaxxew għall-klassi B. Huma għandhom ikunu kkunsinnati direttament lil impriżi industrijali ta’ l-ikel approvati skond id-Direttiva 89/437/KEE jew lill-industrija mhix ta’ l-ikel, u l-pakki tagħhom għandhom ikunu ttimbrati b’mod ċar biex juru din id-destinazzjoni.";

    5. il-punti (e), (f) u (g) ta’ l-Artikolu 10(1) għandhom ikunu ssostitwiti b’li ġej:

    "(e) id-data ta’ durabilita minima segwita b’rakkomandazzjonijiet ta’ ħażna xerqin, għal bajd tal-klassi A u għal bajd maħsul;

    (f) id-data ta’ ppakkjar għal bajd tal-klassi B;

    (g) il-metodi ta’ farming għal bajd tal-klassi A u għal bajd maħsul. Dawn il-partikolaritajiet għandhom ikunu użati skond ir-regoli li għandhom ikunu ddeterminati skond il-proċeduri preskritti fl-Artikolu 20;

    (h) partikolaritajiet dwar tkessiħ, f’għamla mhux ikkodifikata, fir-rigward ta’ bajd mibjugħ fid-dipartimenti barranin Franċżi;

    (i) il-kliem "bajd maħsul"; għal bajd awtorizzat li jkun maħsul skond l-Artikolu 6(4).";

    6. L-Artikolu 13 għandu jkun issostitwit b’li ġej:

    "L-Artikolu 13

    1. Bajd għall-wiri jew offrut għal bejgħ fil-kummerċ bl-imnut għandu jkun ippreżentat bi gradazzjonijiet ta’ kwalità u piż u b’metodi ta’ farming. Il-gradazzjonijiet differenti ta’ kwalità u piż kif ukoll il-metodi ta’ farming għandhom ikunu indikati fuq l-ixkafef tal-wiri tal-bajd b’manjiera tali li jkunu viżibbli b’mod ċar u mhux ambigwu għall-konsumatur.

    2. L-informazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tingħata fil-każ ta’ bajd mhux ippakkjat li jkun għall-wiri għall-bejgħ:

    (a) in-numru ta’ identita taċ-ċentru ta’ ppakkjar li ggrada l-bajd jew, fil-każ ta’ bajd importat, il-pajjiż terz ta’ oriġini;

    (b) id-data ta’ durabilita minima segwita minn rakkomandazzjonijiet ta’ ħażna xerqin;

    (ċ) partikolaritajiet dwar tkessiħ, f’għamla mhux ikkodifikata, fir-rigward ta’ bajd mibjugħ fid-dipartimenti barranin Franċiżi;

    3. Bajd tal-klassi A, ħlief għal bajd tal-klassi A immarkat "extra"; skond l-Artikolu 12, jista’ jinbiegħ f’pakki żgħar li jistgħu jkunu ta’ gradazzjoni ta’ piż differenti. F’dan il-każ, il-pakki għandhom iġibu informazzjoni addizzjonali li tagħti l-piż nett totali u għandhom jew ikunu mmarkati "bajd ta"; daqsijiet differenti’ jew għandhom jagħtu indikazzjoni tal-gradazzjonijiet ta’ piż differenti.";

    7. il-punt (ee) ta’ l-Artikolu 15(b) għandu jkun issostitwit b’li ġej:

    "(ee) id-data ta’ ppakkjar u d-data ta’ durabilita minima segwiti minn rakkomandazzjonijiet ta’ ħażna xerqin, għal bajd tal-klassi A, u d-data ta’ ppakkjar għal bajd tal-klassi B".

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    għandU jgħodd mil-1 Jannar 2004, minbarra l-Artikolu 1(1) li għandu jgħodd mil-1 Lulju 2005.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Novembru 2003.

    F’isem il-Kunsill

    G. Alemanno

    Il-President

    [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.05.2003, p. 1).

    [2] ĠU L 173, tas-6.07.1990, p. 5. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 5/2001 (ĠU L 2, tal-5.01.2001, p. 1).

    --------------------------------------------------

    Top