This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1822
Commission Regulation (EC) No 1822/2003 of 16 October 2003 amending Regulation (EC) No 2760/98 concerning the implementation of a programme for cross-border cooperation in the framework of the Phare programme
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1822/2003 tas-16 ta' Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2760/98 li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta' programm ta' kooperazzjoni bejn il-fruntieri fil-qafas tal-programm Phare
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1822/2003 tas-16 ta' Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2760/98 li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta' programm ta' kooperazzjoni bejn il-fruntieri fil-qafas tal-programm Phare
ĠU L 267, 17.10.2003, p. 9–9
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31998R2760 | Sostituzzjoni | artikolu 2.1 | 01/01/2004 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32006R1085 | 01/01/2007 |
Official Journal L 267 , 17/10/2003 P. 0009 - 0009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1822/2003 tas-16 ta' Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2760/98 li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta' programm ta' kooperazzjoni bejn il-fruntieri fil-qafas tal-programm Phare. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Kommunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 tat-18 ta' Diċembru 1989 dwar għajnuna ekonomika lil ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa [1] ċentrali u tal-lvant, kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 8 tiegħu, Billi: (1) Il-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen tat-12 u 13 ta' Diċembru 2002 ikkonkluda in-negozjati ta' l-adeżjoni ta' Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Lituwanja, Malta, Polonja, l-Islovakkja u l-Islovenja u ffissa d-data ta' l-adeżjoni bħala 1 ta' Mejju 2004. Għalhekk dawk il-pajjiżi li għandhom jissieħbu għandhom jiġu mneħħija mil-lista ta' fruntieri eliġibbli għall-programm Phare ta' kooperazzjoni bejn il-fruntieri. (2) Il-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen adotta pjanijiet imfasslin għall-Bulgarija u r-Rumanija biex jappoġġa l-isforzi ta' dawn iż-żewġ pajjiżi applikanti biex jiksbu l-għanijiet li jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-2007. (3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummisjoni ta' l-1 ta' Lulju 2003 biex titwitta t-triq għal Mezz ta' Viċinanza [3] ġdid tipproponi, għall-perjodu 2004 sa 2006, l-introduzzjoni ta' programmi ta' viċinanza li jkopru l-fruntieri esterni ta' l-Unjoni kif imkabbra. Konsegwentement il-fruntieri tar-Rumanija u l-Bulgarija ma' pajjiżi ġirien mhux applikanti għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-fruntieri eliġibbli. (4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/98 [4], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1596/2002 [5], jipprevedi l-estensjoni tal-programm ta' koperazzjoni bejn il-fruntieri għal ma' pajjiżi ġirien oħra li jkunu qegħdin jibbenifikaw minn programmi oħra ta' għajnuna tal-Komunità; huwa xieraq li jiġi estiż il-programm Phare ta' koperazzjoni bejn il-fruntieri biex ikopri wkoll il-fruntiera Bulgara mat-Turkija. (5) Ir-Regolament (KE) Nru 2760/98 għandu, għalhekk, jiġi emendat kif ġej. (6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għar-Ristrutturar Ekonomiku f'ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2760/98 jiġi mibdul b' dan li ġej: "1. Il-fruntieri eliġibbli huma dawk bejn (a) ir-Rumanija u l-Ungerija, ir-Rumanija u l-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Ukrajna, ir-Rumanija u l-Moldova, ir-Rumanija u s-Serbja u Montenegro; (b) il-Bulgarija u l-Greċja, il-Bulgarija u r-Rumanija, il-Bulgarija u t-Turkija, il-Bulgarija u dik li kienet ir-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja, il-Bulgarija u s-Serbja u Montenegro." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel,fis-16 ta' Ottubru 2003. Għall-Kummissjoni Günter Verheugen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 375, 23.12.89, p. 11. [2] ĠU L 122, 16.05.03, p. 36. [3] KUM(2003) 393 finali. [4] ĠU L 345, 19.12.98, p. 49. [5] ĠU L 240, 07.09.02, p. 33. --------------------------------------------------