Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1805

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1805/2003 tat-13 ta’ Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2596/97 li jestendi l-perjodu previst fl-Artikolu 149(1) ta’ l-Att ta’ Adezjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja

    ĠU L 265, 16.10.2003, p. 5–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1805/oj

    32003R1805



    Official Journal L 265 , 16/10/2003 P. 0005 - 0005


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1805/2003

    tat-13 ta’ Ottubru 2003

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2596/97 li jestendi l-perjodu previst fl-Artikolu 149(1) ta’ l-Att ta’ Adezjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 149(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

    Billi:

    (1) It-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2596/97 [3] ittawwal sal- 31 Diċembru 2003 il-perjodu li matulu jistgħu jiġu adottati miżuri temporanji dwar il-kriterji tal-kontenut ta’ xaħam fil-ħalib li jitpoġġa fis-suq taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Att tas-Sħubija ta’ l-1994.

    (2) Fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-kriterji dwar il-kontenut ta’ xaħam fil-ħalib għall-konsum tal-bniedem qed ikompli joħloq problemi għall-Finlandja u l-Isvezja.

    (3) Huwa, għalhekk, meħtieġ li jsir użu mill-possibbiltà mogħtija fl-Artikolu 149(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994 biex jitwal il-perjodu in kwistjoni. Jidher xieraq li jkun hemm perjodu żejjed li jibqa’ sejjer sat-30 ta’ April 2009.

    (4) Ir-Regolament (KE) Nru 2596/97 għandu, għalhekk, jiġi emendat,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    It-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2596/97, għandu jinbidel b’dan li ġej:

    "Madankollu, dwar il-kriterji tal-kontenut ta’ xaħam fil-ħalib għall-konsum tal-bniedem li ġie prodott fil-Finlandja u l-Isvezja, il-perjodu hawnhekk qed jitwal sat-30 ta’ April 2009."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-13 ta’ Ottubru 2003.

    F’isem il-Kunsill

    G. Alemanno

    Il-President

    [1] Opinjoni mogħtija fid-9 ta’ Ottubru 2003 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] Opinjoni mogħtija fl-24 ta’ Settembru 2003 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 351, tat-23.12.97, p. 12. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2703/1999 (ĠU L 327, tal-21.12.99, p. 11).

    --------------------------------------------------

    Top