EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1724

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1724/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jemenda għat-23 darba ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċertu miżuri speċifiċi kontra ċertu persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' l-Al-Qaeda u it-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal- Kunsill (KE) Nru 467/2001

ĠU L 247, 30.9.2003, p. 18–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1724/oj

32003R1724



Official Journal L 247 , 30/09/2003 P. 0018 - 0019


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1724/2003

tad-29 ta' Settembru 2003

li jemenda għat-23 darba ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċertu miżuri speċifiċi kontra ċertu persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' l-Al-Qaeda u it-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal- Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 881/2002 li jimponi ċertu miżuri speċifiċi kontra ċertu persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' l-Al-Qaeda u it-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal- Kunsill (KE) Nru 467/2001 u li jipprojbixxi l-esport ta' ċertu merkanzija u servizzi lill-Afganistan, li ssaħħaħ il-projbizzjoni kontra kwalunkwe safar u li testendi għall-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji fil-qasam tat-Taliban, Afganistan [1] hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1607/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) l-ewwel inċiż tiegħ,

Billi:

(1) l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru.881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet li huma milquta mill-iffriżar ta' l-assi u rizorsi ekonomiċI msemmiija f'dak ir-Regolament.

(2) Fit- 23 ta' Settembru 2003 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċida li jemenda l-elenku ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika il-friża ta' l-assi u tar-Riżorsi ekonomiċi. Għaldaqstant, l-Anness I għandu jiġi emendat kif xieraq.

(3) Sabiex ikun żgurat illi l-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Settembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, pġ. 9.

[2] ĠU L 229, tat-13.9.2003, pġ. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif ġej:

Dan li ġejjin għandhom jiġu miżjuda taħt l- Intestatura "Persuni Naturali":

1. Shadi Mohamed Mustafa ABDALLA, rue de Pavie 42, 1000 Brussel, Belġju (isem fittizju (a) Emad Abdelhadie, imwieled fis-27 Settembru 1976 fl-Alhamza; (b) Shadi Mohammed Mustafa Abdalla, imwieled is-27 ta' Settembru 1976 f'Irbid; (ċ) Shadi Abdallha, imwieled is- 27 ta' Settembru 1976 f'Irbid, il-Ġordan; (d) Shadi Abdallah, imwieled is-27 ta' Settembru 1976 f' Irbid; (e) Emad Abdekhadie, imwieled fis-27 ta' Settembru 1976 f' Athamse; (f) Zidan Emad Abdelhadie, imwieled fis- 27 ta' Settembru 1976 f'Alhamza; (ġ) (Użat fil- Belġju) Shadi Mohammed Mostafa Hasan, imwieled fis- 27 ta' Settembru 1976 f'Beġe, l-Iraq; (g) Zidan; (h) Zaidan; (ħ) Al Hut (Ingliż: the shark); (i) Emad Al Sitawi). the shark); (ie) Emad Al Sitawi). Data tat-twelid: 27 ta' Settembru 1976. Post tat-twelid: Irgid, il-Ġordan. Ċittadinanza: Ġordan ta' oriġini Palestinjana. Nru tal-Passaport: (a) Passaport tal-Ġordan Nru D 862663, maħruġ f' Irgid, il-Ġordan, nhar l-10 ta' Awwissu 1993; (b) Passaport tal-Ġordan Nru.H 641183 maħruġ f'Irgid, il-Ġordan, fis-17 ta' April 2002; (ċ) dokument ta' l-ivvjaġġar Internazzjonali Ġermaniż Nru 0770479, maħruġ minn Dortmund, il-Ġermanja nhar is-16 ta' Frar 1998. Informazzjoni Ulterjuri: (a) Isem tal-Missier: Mohamed Abdalla; (b) Isem ta' l-Omm: Jawaher Abdalla, née Almadaneie; (ċ) Preżentement miżmum f'detenzjoni jistenna l-proċess.

2. Mohamed ABU DHESS (isem fittizju (a) Yaser Hassan, imwieled fl-1 ta' Frar 1966 f'Hasmija; (b) Abu Ali Abu Mohamed Dhees, imwieled fl-1 ta' Frar 1966 f' Hasmija; (ċ) Mohamed Abu Dhess, imwieled fl-1 ta' Frar 1966 f' Hashmija, l-Iraq). Data tat-twelid: 22 ta' Frar 1964. Post tat-twelid: Irbid, il-Ġordan. Ċittadinanza: Ġordanjana. Nru. Tal-Passaport: (a) dokument Internazzjonali ta' l-ivvjaġġar Ġermaniż Nru 0695982, magħluq; (b) dokument Internazzjonali ta' l-ivvjaġġar Ġermaniż Nru 0785146, validu sat- 8 ta' April 2004. informazzjoni Ulterjuri: (a) Isem tal-Missier: Mouhemad Saleh Hassan; (b) Isem ta'l-Omm: Mariam Hassan, née Chalabia; (ċ) Karatteristiċi partikolari: (ċ) għebusija/deformazzjoni ta' l-indiċi fuq in-naħa tax-xellug; (d) Preżentement miżmum f'detenzjoni jistenna l-proċess.

3. Aschraf AL-DAGMA (isem fittizju (a) Aschraf Al-Dagma, imwieled fit-28 ta' April 1969 f'Kannyouiz, it-territorju Palestinjan; (b) Aschraf Al Dagma, imwieled fit-28 ta' April 1969 fil-Medda ta' Gaza, Territorju Palestinjan; (ċ) Aschraf Al Dagma, imwieled fit-28 ta' April 1969 it-territorju Palestinan; (d) Aschraf Al Dagma, imwieled fit-28 ta' April 1969 f'Abasan, fil-Medda ta' Gaza). Data tat-twelid: 28 ta' April 1969. Post tat-twelid: Absan, il-Medda ta'Gaza, it-territorju Palestinjan. ċittadinanza: Mhux ċerta/Oriġini Palestinjana Numru tal-passaport: document ta' l-ivjaġġar tar- refuġjati ta' l-ivvjaġġar maħruġ minn Landratsamt Altenburger Land (uffiċċju ta' l-Amministrazzjoni tal-kontea ta'Altenburg), il-Ġermanja, datat 30 ta' April 2000. Informazzjoni Ulterjuri: Preżentement miżmum f'detenzjoni jistenna l-proċess.

4. Ahmad Fadil Nazal AL-KHALAYLEH (isem fittizju (a) Abu Musab Al-Zarqawi; (b) Muhannad; (ċ) Al-Muhajer; (d) Garib). Data tat-twelid: 30 ta' Ottubru 1966. Post tat-twelid: Al-Zarqaa, il-Ġordan.

5. Djamel MOUSTFA (isem fittizju (a) Ali Barkani, imwieled fit-22 ta'Awwissu 1973 il-Marokk; (b) Kalad Belkasam, imwieled fil-31 ta' Diċembru 1979; (ċ) Mostafa Djamel, imwieled fil- 31 ta' Diċembru 1979 Maskara, l- Alġeria; (d) Mostefa Djamel, imwieled fis-26 ta' Settembru 1973 Mahdia, l-Alġeria; (e) Mustafa Djamel, imwieled fil-31 ta' Diċembru 1979 Mascara, l-Alġeria; (f) Balkasam Kalad, imwieled fis-26 ta' Awwissu 1973 Algiers,l-Alġeria; (ġ) Bekasam Kalad, imwieled fis-26 ta' Awwissu 1973 Algiers, l-Alġeria; (g) Belkasam Kalad, imwieled fis-26 ta' Awwissu 1973 Algiers,l-Alġeria; (i) Damel Mostafa, imwieled fil- 31 ta' Diċembru 1979 Algiers, l-Alġeria; (h) Djamal Mostafa, imwieled fil-31 ta' Diċembru 1979 Maskara, l- Alġeria; (ħ) Djamal Mostafa, imwieled fl-10 ta' Ġunju 1982; (i) Djamel Mostafa, imwieled fil-31 ta' Diċembru 1979 Maskara, Alġeria; (ie) Djamel Mostafa, imwieled 31 ta' Diċembru 1979 Algiers, l-Alġeria; (j) Fjamel Moustfa, imwieled fit- 28 ta' Settembru 1973 Tiaret, Alġeria; (k) Djamel Mustafa, imwieled fil- 31 ta' Diċembru 1979; (l) Djamel Mustafa, imwieled fil- 31 ta' Diċembru 1979 Mascara, Alġeria; (m) Mustafa). Data tat-twelid: 28 ta' Settembru 1973. Post tat-twelid: Tiaret, l-Alġeria. ċittadinanza: Alġerina. Numru tal-passaport: (a) liċenzja tas-sewqan daniża ffalzifikata Nru 20645897, magħmula għal Ali Barkani, fit- 22 ta' Awwissu 1973 il-Marokk; (b) Ċertifikat tat-twelid Alġerin maħruġ għall- Djamel Mostefa, imwieled fil- 25 ta' Settembru 1973 Mehdia, provinċja ta' Tiaret, Alġeria. Informazzjoni Ulterjuri: (a) Isem tal-Missier: Djelalli Moustfa; (b) Isem ta' l-Omm: Kadeja Mansore; (ċ) Preżentement miżmum f'detenzjoni jistenna l-proċess.

6. Ismail Abdallah Sbaitan SHALABI (isem fittizju (a) Ismain Shalabe, (b) Ismail Abdallah Sbaitan Shalabi). Data tat-twelid: 30 ta' April 1973. Post tat-twelid: Beckum,Ġermanja. ċittadinanza: Ġordanjana ta' Oriġini Palestinjana. Numru tal-passaport: (a) Passaport tar-Renju ta' Hashemite il-Ġordan Nru: E778675, maħruġ f' Rusaifah nhar it-23 ta' Ġunju 1996, validu sat-23 ta' 2001; (b) Passaport tar-Renju ta' Hashemite il-Ġordan Nru:No: H401056, JOR 9731050433, maħruġ nhar il- 11 ta' April 2001, validu sa l-10 ta' April 2006. Kummenti: Informazzjoni Ulterjuri: (a) Isem tal-Missier: Abdullah Shalabi; (b) Isem tal-Omm: Ammnih Shalabi; (ċ) Preżentement miżmum f'detenzjoni jistenna l-proċess.

--------------------------------------------------

Top