Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1466

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1466/2003 tad-19 ta’ Awissu 2003 li jistabbilixxi l-istandard tal-marketing għal qaqoċċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 963/98

    ĠU L 210, 20.8.2003, p. 6–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1221

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1466/oj

    32003R1466



    Official Journal L 210 , 20/08/2003 P. 0006 - 0010


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1466/2003

    tad-19 ta’ Awissu 2003

    li jistabbilixxi l-istandard tal-marketing għal qaqoċċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 963/98

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3)(c) tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-qaqoċċ huma fost il-prodotti mniżżlin fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għal liema standards għandhom jiġu adottati. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 963/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 li jistabbilixxi l-istandards tal-marketing applikabbli lill-pastard u l-qaqoċċ [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 46/2003 [4], għandu jiġi emendat fir-rigward għad-definizzjoni tat-tipi ta’ qaqoċċ "Poivrade" u "Bouquet".

    (2) Fl-interess taċ-ċarezza, l-istandards applikabbli lill-qaqoċċ għandhom jiġu stabbiliti f’Regolament separat u r-Regolament (KE) Nru 963/98 għandu jiġi emendat skond dan. Għal dak l-iskop, u fl-interess tal-preservazzjoni tat-trasparenza fis-suq dinji, konsiderazzjoni għandha tiġi meħuda ta’ l-istandard għal qaqoċċ irrakkomandata mill-Grupp ta’ Ħidma fuq l-Istandardizazzjoni ta’ Prodotti li Jitħassru u l-Iżvilupp tal-Kwalità tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE).

    (3) L-applikazzjoni ta’ l-istandards ġodda għandha tneħħi prodotti ta’ kwalità mhux soddisfaċenti mis-suq, iġġib l-produzzjoni in konformità mall-ħtiġijiet tal-konsumatur u tiffaċilita l-kummerċ ibbażat fuq kompetizzjoni ġusta, b’hekk tgħin biex tittejjeb il-vantaġġi.

    (4) L-istandards huma applikabbli fl-istadji tal-marketing kollha. It-trasport għal distanza twila, il-ħażna għal ċertu perjodu u l-proċessi varji li jagħdu minnhom il-prodotti jistgħu jikkawżaw xi grad ta’ deterjorament minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti jew in-natura tagħhom li jitħassru. Konsiderazzjoni għandha tiġi meħuda ta’ dan id-deterjorament meta qed tiġi applikata l-istandard fl-istadji tal-marketing li jiġu wara d-dispaċċ. Peress li prodotti fil-klassi "Extra" għandhom ikunu rranġati u ppakkjati b’kawtela partikolari, in-nuqqas ta’ freskezza u n-nefħa biss għandhom jiġi meħudin in konsiderazzjoni fil-każ tagħhom.

    (5) Certi varjetajiet ta’ qaqoċċ prodotti fir-reġjuni Taljani tas-Sqallija, Puglia, Sardegna, Campania, Lazio u t-Toskana huma tradizzjonalment mibjugħa fir-regjun ta’ produzzjoni f’mazzi mdawra minn weraq u bi zkuk itwal minn 10 ċentimetri. Fuq it-talba ta’ l-Italja, din il-prattika tal-marketing ġiet awtorizzata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/97 tas-7 ta’ Marzu 1997 li tidderoga, għal ċerti reġjuni fl-Italja, mill-istandards tal-kummerċ stabbiliti għall-qaqoċċ [5]. Sabiex ikunu kkjarifikati u ssimimplifikati regoli tal-Komunità, dik id-deroga għandha tiġi integrata f’dan ir-Regolament u r-Regolament Nru 448/97 għandu jiġi mħassar.

    (6) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-istandard tal-marketing għall-qaqoċċ li jaqaw fil-kodiċi NM 07091000 għandu jkun kif stabbilit fl-Anness.

    L-istandard għandu jgħodd fl-istadji tal-marketing kollha taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

    Madankollu, fi stadji wara d-dispaċċ, il-prodotti jistgħu juru fejn għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet ta’ l-istandard:

    (a) nuqqas żgħir ta’ freskezza u nefħa,

    (b) għal prodotti ggradati fi klassijiet barra mill-klassi "Extra", deterjorament \g]ir min]abba l-i\vilupp tag]hom u t-tendenza tag]hom li ji]assru.

    Artikolu 2

    1. B’deroga mill-Anness, il-qaqoċċ prodotti fir-reġjuni Taljani ta’ Sqallija, Puglia, Sardegna, Campania, Lazio u Toskana jistgħu jiġu mibjugħa min-negozju tal-bejgħ ġo dawn ir-reġjuni f’mazzi mdawra b’ weraq u zokk itwal minn 10 ċm.

    2. Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafu 1, kull kunsinna għandha jkollha, barra mill-informazzjoni meħtieġa oħra, l-indikazzjoni li ġejja fuq id-dokument jew notifika msejħa fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96:

    "Destinato alla vendita al dettaglio unicamente in… (reġjun ta’ produzzjoni)"

    Artikolu 3

    Ir-Regolament (KE) Nru 963/98 hu emendat kif ġej:

    1. Fit-titolu, il-kliem "u qaqoċċ" huma mħassrin.

    2. L-Artikolu 1(1) hu mibdul b’dan li ġej:

    "1. L-istandard tal-marketing għal pastard li jaqaw fil-kodiċi NM 0704 10 għandu jkun kif stabbilit fl-Anness."

    3. L-Anness II hu mħassar.

    4. Fl-Anness I, il-kliem "L-Anness I" huma mibdula bil-kelma "L-Anness".

    Artikolu 4

    Ir-Regolament (KE) Nru 448/97 hu mħassar.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 il-ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Awissu 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 297, tal-21.11.96, p. 1.

    [2] ĠU L 7, tal-11.1.3, p. 64.

    [3] ĠU L 135, tat-8.5.98, p. 18.

    [4] ĠU L 7, tal-11.1.3, p. 61.

    [5] ĠU L 68, tat-8.3.1997, p. 17.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    L-ISTANDARD GĦAL QAQOĊĊ

    I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTTI

    Dan l-istandard japplika lill-irjus tal-qaqoċċ tal-varjetajiet (cultivars) imkabbrin mill-Cynara scolymus L. li għandu jkun fornit frisk lill-konsumatur, qaqoċċ għall-ipproċessar industrijali huma esklużi.

    L-ismijiet "Poivrade" u "Bouquet" jirreferu għal qaqoċċ żgħir fl-età li għandu l-forma ta’ kon tat-tip vjola.

    II. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-KWALITÁ

    L-iskop ta’ l-istandard hu li jiddefinixxi l-ħtiġijiet ta’ kwalità għal qaqoċċ, wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

    A. Ħtiġijiet minimi

    Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-qaqoċċ għandu jkun:

    - intatt,

    - b’saħħtu; il-prodott affettwat mit-tinwir jew mid-deterjorament hekk li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum jiġi mwarrab,

    - nadif, prattikament ħieles minn kull materja barranija li tista’ tidher bl-għajnejn,

    - frisk fl-apparenza, u partikolarment li ma jurix ebda sinjal ta’ dbiel,

    - prattikment ħieles minn insetti jew annimali li jeqirdu,

    - prattikament ħieles mill-ħsara kawżata mill-insetti jew annimali li jeqirdu,

    - ħieles minn umdità mhux tas-soltu fuq barra,

    - ħieles minn kull riħa u/jew togħma barranija.

    L-izkuk għandhom ikunu maqtugħin sewwa u m’għandhomx ikunu itwal minn 10 ċm. Din id-dispożizzjoni ta’ l-aħħar mhijiex applikabbli lill-qaqoċċ ippakkjat f’mazzi, jiġifieri: magħmul minn ċerta numru ta’ rjus maqfulin flimkien madwar l-izkuk, jew lill-qaqoċċ tal-varjetà "Spinoso".

    L-iżvilupp u l-kondizzjoni tal-qaqoċċ għandu jkun tali li jħallihom:

    - jifilħu għat-trasprot u t-tqandil bl-idejn, u

    - jaslu f’kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

    B. Klassifika

    Il-qaqoċċ huma kklassifikati fi tlett klassijiet iddefiniti hawn taħt:

    (i) Il-Klassi "Extra"

    Qaqoċċ f’din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Għandhom ikunu karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali. L-iskaldi ċentrali għandhom ikunu magħluqin sew, skond il-varjetà.

    Għandhom ikunu ħielsa minn difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali żgħar ħafna tal-qoxra ta’ l-iskaldi sakemm dawn ma jaffettwawx l-apparenza ġenerali tal-prodott, il-kwalità tiegħu, l-manteniment ta’ kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

    Il-kanali fil-bażi m’għandhomx juru l-bidu ta’ linifikazzjoni.

    (ii) Il-Klassi I

    Il-qaqoċċ f’din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalità tajba. Għandhom ikunu karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali. L-iskaldi ċentrali għandhom ikunu magħluqin sew, skond il-varjetà.

    Id-difetti zgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu ikunu permessi sakemm dawn ma jaffetwawx l-apparenza ġenerali tal-prodott, il-kwalità tiegħu, l-manteniment ta’ kwalità u l-presentazzjoni fil-pakkett:

    - difett żgħir fil-forma,

    - deterjorament żgħir minħabba ġlata (xaqqijiet),

    - tbenġil żgħir ħafna.

    Il-kanali fil-bażi m’għandhomx juru l-bidu ta’ linifikazzjoni.

    (iii) Il-Klassi II

    Din il-klassi tinkludi qaqoċċ li ma jikkwalifikawx għal inklużjoni fil-klassijiet għola, imma li jissodisfaw il-ħtiġijiet minimi speċifikati hawn fuq. Jistgħu jkunu ftit miftuħin.

    Id-difetti li ġejjin jistgħu jkunu permessi sakemm il-qaqoċċ iżommu l-karatteristiċi essenzali tagħhom fir-rigward tal-kwalità, l-manteniment ta’ kwalità u l-preżentazzjoni:

    - difetti fil-forma,

    - deterjorament minħabba ġlata (qaqoċċ "nipped"),

    - tbenġil żgħir,

    - tebgħat żgħar fuq l-skaldi ta’ barra,

    - bidu ta’ linifikazzjoni tal-kanali fil-bażi.

    III. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-GĦOTI TAD-DAQS

    Id-daqs hu stabbilit mid-dijametru massimu tat-taqsima eqwatorjali tar-ras.

    Id-dijametru massimu hu stabbilit għal 6 ċm.

    L-iskala mogħtija hawn isfel hi ta’ bilfors għall-Klassi "Extra" u l-Klassi I u b’għażla għall-Klassi II:

    - dijametru ta’ 13 ċm u iżjed,

    - dijametu minn 11-il ċm sa, imma eskluż 13–il ċm,

    - dijametru minn 9 ċm sa, imma eskluż 11-il ċm,

    - dijametru minn 7,5 ċm sa, imma eskluż 9 ċm,

    - dijametru minn 6 ċm sa, imma eskluż 7,5 ċm.

    Barra dan, dijametru minn 3,5 ċm sa, imma eskluż 6 ċm hu permess għal qaqoċċ tat-tip "Poivrade" u t-tip "Bouquet".

    IV. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IT-TOLLERANZI

    Tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom ikunu permessi f’kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi indikata,

    A. Tolleranzi fir-rigward tal-kwalità

    (i) Il-Klassi "Extra"

    5 % min-numru ta’ qaqoċċ li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi, imma li jilħaq dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li jaqaw fit-tolleranzi ta’ dik il-klassi.

    (ii) Għall-Klassi I

    10 % min-numru ta’ qaqoċċ li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi, imma li jilħaq dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, li jaqaw fit-tolleranzi ta’ dik il-klassi.

    (iii) Għall-Klassi II

    10 % min-numru ta’ qaqoċċ li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi, u lanqas il-ħtiġijiet minimi, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti afftettwati mit-tinwir jew kwalunkwe deterjorazzjoni oħra li tagħmlu mhux tajjeb għal konsum.

    B. Tolleranzi fir-rigward tad-daqs

    Għall-klassijiet kollha (jekk mogħtija daqs): 10 % min-numru ta’ qaqoċċ li ma jissodisfax il-ħtiġijiet fir-rigward ta’ l-għoti ta’ daqs u d-daqs indikat, imma li hu in konformità mad-daqs immedjatament fuq u/jew taħt dak speċifikat, b’minmu ta’ 5 ċm fi dijametru għal qaqoċċ ikklassifikat fl-iżgħar daqs (6 sa 7,5 ċm).

    l-ebda tolleranza fir-rigward tad-daqs hi permessa għal qaqoċċ tat-tip "Poivrade" jew it-tip "Bouquet".

    V. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-PREŻENTAZZJONI

    A. L-uniformità

    Il-kontenuti ta’ kull pakkett għandhom ikunu uniformi u jkunu jinsabu fihom biss qaqoċċ ta’ l-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs (jekk mogħtija daqs).

    Il-parti li tidher tal-kontenuti tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenuti kollha.

    Minkejja d- dispożizzjonijiet ta’ qabel f’dan il-punt, prodotti koperti minn dan ir-Regolament jistgħu jkunu mħalltin, f’pakketti għall-bejgħ ta’ piż net ta’ tlett kilogrammi jew inqas, b’tipi differenti ta’ frott u ħaxix frisk fuq il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 48/2003(1).

    B. L-ippakkjar

    Il-qaqoċċ għandu jkun ippakkjat f’tali mod li l-prodott ikun protett b’mod xieraq.

    Il-materjali wżati ġewwa l-pakkett iridu jkunu ġodda, nodfa u ta’ kwalità hekk li jevitaw illi jikkawżaw kwalunkwe ħsara fuq barra u fuq ġewwa tal-prodott. L-użu ta’ materjali, partikolarment karta jew timbri, li għandhom speċifikazzjonijiet tal-kummerċ hu permess sakemm l-istampar jew l-immarkar ġie magħmul b’inka jew kolla li mhumiex tossiċi.

    Il-pakketti għandhom ikunu ħielsa mill-materja barranija kollha.

    VI. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW L-IMMARKAR

    Kull pakkett għandu jkollu d-dettalji li ġejjin f’ittri f’grupp fuq l-istess naħa, mmarkat f’mod li jinqara’ u li hu permanenti, u viżibbli minn barra:

    A. L-identifikazzjoni

    Min jippakkja u/jew min jiddispaċċja: isem u indirizz jew marka tal-kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment. Madankollu, fil-każ fejn marka tal-kodiċi hi wżata, ir-referenza "Min jippakkja u/jew min jiddispaċċja (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti)" għandu jkun indikat fi prossimitá viċina għall-marka tal-kodiċi.

    B. In-natura tal-prodott

    - "Qaqoċċ", jekk il-kontenuti mhumiex viżibbli minn barra,

    - L-isem tal-varjetà għall-Klassi "Extra",

    - "Poivrade" jew "Bouquet", fejn xieraq,

    - "Spinoso", fejn xieraq.

    C. L-oriġini tal-prodott

    Il-pajjiż ta’ l-oriġini u, b’għażla, id-distrett fejn hu mkabbar jew l-isem nazzjonali, reġjunali jew lokali tal-post.

    D. L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

    - Il-Klassi,

    - Numru ta’ rjus,

    - Daqs (jekk mogħti daqs) espress fi dijametri minimi u massimi ta’ l-irjus.

    E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (b’għażla)

    --------------------------------------------------

    Top