Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1464

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/2003 tad-19 ta’ Awissu 2003 li jistabbilixxi l-prezz minimu li għandu jitħallas lill-produtturi għall-għajnbaqar niexef u l-produzzjoni ta’ pruna għas-sena ta’ marketing 2003/2004

    ĠU L 210, 20.8.2003, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/08/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1464/oj

    32003R1464



    Official Journal L 210 , 20/08/2003 P. 0003 - 0003


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/2003

    tad-19 ta’ Awissu 2003

    li jistabbilixxi l-prezz minimu li għandu jitħallas lill-produtturi għall-għajnbaqar niexef u l-produzzjoni ta’ pruna għas-sena ta’ marketing 2003/2004

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-frott ipproċessat u l-prodotti tal-ħaxix [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 453/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 6b(3) u l-Artikolu 6ċ(7) ta’ dan,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 449/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward ta’ l-iskema ta’ għajnuna fis-settur fi prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1426/2002 [4]stabbilixxa d-dati tas-snin ta’ marketing.

    (2) Il-kriterji biex jiġi stabbilit il-prezz minimu u l-għajnuna għall-produzzjoni huma stabbiliti fl-Artikoli 6b u 6ċ rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.

    (3) Il-prodotti li għalihom il-prezz minimu u l-għajnuna għandhom jiġu stabbiliti huma mniżżla fl-Artikoli 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 464/1999 tat-3 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ għajnuna għall-pruna [5] u l-karrateristiċi li dawn il-prodotti għandhom ikollhom huma stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament. Il-prezz minimu u l-għajnuna għall-produzzjoni għandhom għalhekk jiġu stabbiliti għas-sena ta’ marketing 2003/2004.

    (4) Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjon għall-Prodott Ipproċessati mill-Frott u l-Ħaxix,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-sena ta’ marketing 2003/2004:

    (a) il-prezz minimu msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għal għanbaqar niexef "d’Ente" għandu jkun EUR 1935,23 għal kull tunnellata nett bil-prezz ta’ kif joħroġ mill-bini tal-produttur;

    (b) l-għajnuna għall-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għall-pruna għandu jkun EUR 804,15 għal kull tunnellata nett.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Awissu 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 297, tal-21.11.96, p. 29.

    [2] ĠU L 72, ta' l-14.3.2, p. 9.

    [3] ĠU L 64, tas-6.3.1, p. 16.

    [4] ĠU L 206, tat-3.8.2, p. 4.

    [5] ĠU L 56, ta' l-4.3.99, p. 8.

    --------------------------------------------------

    Top