EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1401

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1401/2003 tas-6 ta’ Awissu 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 245/2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 dwar l-organizzazzjoni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb imkabbar għall-ħjut.

ĠU L 199, 7.8.2003, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0507

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1401/oj

32003R1401



Official Journal L 199 , 07/08/2003 P. 0003 - 0003


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1401/2003

tas-6 ta’ Awissu 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 245/2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 dwar l-organizzazzjoni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb imkabbar għall-ħjut.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u tal-qanneb imkabbra għall-ħjut [1], kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 651/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Taħt it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2001 [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 651/2002, l-għajnuna biex jiġi ipproċessat it-tiben tal-kittien u l-qanneb għandha titħallas fuq il-ħjut tal-kittien u l-qanneb biss meta jkun ġie miksub qabel l-1 ta’ Mejju ta’ wara l-aħħar tas-sena tat-tqegħid fuq is-suq in kwistjoni. Taħt l-Artikolu 12(2) ta’ dak ir-Regolament, l-għajnuna għall-ipproċessar u, meta xieraq, l-għajnuna addizzjonali għandha titħallas mill-Istati Membri li fuq it-territorji tagħhom ikun ġie maħsud it-tiben tal-kittien u l-qanneb qabel l-1 t’ Awissu wara l-limitu ta’ żmien imsemmi aktar kmieni.

(2) Tenut kont taż-żmien meħtieġ biex il-formalitajiet u l-kontrolli amministrativi jkunu tlestew qabel l-approvazzjoni u l-ħlas ta’ l-aħħar ta’ l-għajnuna, il-limitu ta’ żmien għall-ħlas ta’ l-għajnuna mill-Istati Membri għandu jiġi estiż. Biex tiġi assigurata l-kontinwità, huwa meħtieġ illi tiġi preskritta l-applikazzjoni retroattiva tal-miżura mill-1 ta’ Awissu, 2003.

(3) It-terminu peremptorju li fih l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni fuq is-sena tat-tpoġġija fuq is-suq lill-Kummissjoni għandu għaldaqstant ikun emendat.

(4) Il-miżuri prevvisti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-kittien u qanneb,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 245/2001 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 12(2), "l-1 ta’ Awissu" hija mibdula bil-"15 ta’ Ottubru";

2. fl-Artikolu 15(3), "it-30 ta’ Settembru" hija mibdula bil-"15 ta’ Diċembru".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jsir applikabbli mill-1 ta’ Awissu 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Awissu 2003.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 16.

[2] ĠU L 101, tas-17.04.2002, p. 3.

[3] ĠU L 35, tas-6.2.2001, p. 18.

--------------------------------------------------

Top